Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1517

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1517 tal-11 ta' Settembru 2015 li jemenda għall-236 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al Qaida

    ĠU L 239, 15.9.2015, p. 67–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1517/oj

    15.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 239/67


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1517

    tal-11 ta' Settembru 2015

    li jemenda għall-236 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

    (2)

    Fit-3 ta' Settembru 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) approva ż-żieda ta' persuna mal-lista tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet kontra Al Qaida li jidhru fiha persuni, gruppi u entitajiet li għandu japplika għalihom l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi.

    (3)

    Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat biex jirrifletti dan.

    (4)

    Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Settembru 2015.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    L-entrata li ġejja tiżdied mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

    “Sofiane Ben Goumo (magħruf ukoll bħala (a) Sufyan bin Qumu (b) Abou Fares al Libi). Data tat-twelid: 26.6.1959. Post tat-twelid: Derna, il-Libja. Nazzjonalità: Libjana. Indirizz: Il-Libja. Tagħrif ieħor: (a) Mexxej ta' Ansar al Charia Derna. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.9.2015.”


    Top