This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1005
Commission Regulation (EU) 2015/1005 of 25 June 2015 amending Regulation (EC) No 1881/2006 as regards maximum levels of lead in certain foodstuffs (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1005 tal-25 ta' Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi taċ-ċomb f'ċerti oġġetti tal-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1005 tal-25 ta' Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi taċ-ċomb f'ċerti oġġetti tal-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 161, 26.6.2015, p. 9–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 24/05/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R0915
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32006R1881 | Tħassir | ENDNOTE 28 | 16/07/2015 | |
Modifies | 32006R1881 | Tħassir | ENDNOTE 8 | 16/07/2015 | |
Modifies | 32006R1881 | Tħassir | ENDNOTE 9 | 16/07/2015 | |
Modifies | 32006R1881 | Tlestija | ENDNOTE 52 | 16/07/2015 | |
Modifies | 32006R1881 | Tlestija | ENDNOTE 53 | 16/07/2015 | |
Modifies | 32006R1881 | Sostituzzjoni | ENDNOTE 11 | 16/07/2015 | |
Modifies | 32006R1881 | Sostituzzjoni | ENDNOTE 13 | 16/07/2015 | |
Modifies | 32006R1881 | Sostituzzjoni | ENDNOTE 16 | 16/07/2015 | |
Modifies | 32006R1881 | Sostituzzjoni | ENDNOTE 3 | 16/07/2015 | |
Modifies | 32006R1881 | Sostituzzjoni | ENDNOTE 44 | 16/07/2015 | |
Modifies | 32006R1881 | Sostituzzjoni | anness SUBSECTION 3.1 | 16/07/2015 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32015R1005R(01) | (DE, FR) | |||
Corrected by | 32015R1005R(02) | (HU) | |||
Implicitly repealed by | 32023R0915 | 25/05/2023 |
26.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1005
tal-25 ta' Ġunju 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi taċ-ċomb f'ċerti oġġetti tal-ikel
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jistabbilixxi livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel. |
(2) |
Il-Bord Xjentifiku dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (il-Bord CONTAM) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adotta opinjoni dwar iċ-ċomb fl-ikel fit-18 ta' Marzu 2010 (3). Il-Bord CONTAM identifika n-newrotossiċità fl-iżvilupp tat-tfal żgħar u effetti kardjovaskulari u n-nefrotossiċità fl-adulti bħala effetti negattivi kritiċi potenzjali taċ-ċomb li fuqhom tissejjes il-valutazzjoni tar-riskju. Indika wkoll li l-protezzjoni tat-tfal u tan-nisa fl-età tat-tqala kontra r-riskju potenzjali ta' effettifl-iżvilupp newroloġiku hija biżżejjed biex jiġu protetti l-popolazzjonijiet kollha mill-effetti negattivi l-oħrajn taċ-ċomb. Huwa għalhekk xieraq li jitnaqqas l-esponiment għaċ-ċomb fid-dieta billi jitbaxxew il-livelli massimi eżistenti fl-ikel u jiġu ffissati livelli massimi addizzjonali għaċ-ċomb fi prodotti rilevanti. |
(3) |
Diġà jeżistu livelli massimi għall-formoli tat-trabi u l-formoli ta' prosegwiment. Sabiex tiġi garantita aktar it-tkomplija tat-tnaqqis tal-esponiment fid-dieta tat-trabi u t-tfal żgħar, il-livelli massimi eżistenti għandhom jitbaxxew u għandhom jiġu stabbiliti livelli massimi ġodda għal ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali għal trabi u tfal żgħar u xarbiet, li huma ferm ikkunsmati minn dan il-grupp vulnerabbli ta' konsumaturi. |
(4) |
Dejta ta' okkorrenza ġdida turi li xi eżenzjonijiet eżistenti mil-livelli massimi awtomatiċi mhumiex aktar meħtieġa peress li l-livelli massimi awtomatiċi jistgħu jiġu mħarsa permezz ta' prassi tajba jew ikunu jistgħu jintlaħqu livelli massimi aktar baxxi. Għaldaqstant, il-livelli massimi speċifiċi ma għadhomx meħtieġa għall brassika għajr għall-brassika mwerrqa, il-legumi friski, il-biċċa l-kbira tal-berries u l-frott żgħir filwaqt li l-livelli massimi eżistenti għandhom jitnaqqsu għaċ-ċefalopodi, il-biċċa l-kbira tal-ħxejjex tal-frott, il-biċċa l-kbira tal-meraq tal-frott, l-inbid u l-inbid aromatizzat. |
(5) |
Għal-leħjet il-bodbod, il-konformità mal-livelli massimi attwali hija diffiċli. Billi l-konsum ta' dan il-prodott huwa baxx u billi l-effetti fuq l-esponiment tal-bniedem huma negliġibbli, ikun xieraq li l-livelli massimi taċ-ċomb fil-leħjet il-bodbod jogħlew. |
(6) |
Is-sejbiet erratiċi ta' livelli għolja ta' ċomb fl-għasel qanqlu azzjonijiet ta' infurzar mill-Istati Membri b'livelli differenti ta' ċomb. Id-differenzi fir-regoli adottati mill-Istati Membri jistgħu jtellfu l-funzjonament tas-suq komuni, u għalhekk għandu jiġi stabbilit livell massimu għaċ-ċomb fl-għasel. |
(7) |
Billi l-konsum tat-te u l-infużjonijiet erbali jista' jkun kontributur importanti għall-esponiment fid-dieta, għandu jiġi stabbilit livell massimu għal dawn il-prodotti. Madankollu, fin-nuqqas ta' dejta dwar il-weraq nixfin tat-te u l-partijiet nixfin ta' pjanti oħra għall-preperazzjoni ta' infużjonijiet erbali li biha jista' jiġi stabbilit dan il-livell massimu, id-dejta ta' okkorrenza għandha tinġabar fid-dawl tal-iffissar possibbli ta' livell massimu speċifiku fil-ġejjieni. |
(8) |
Il-leġiżlazzjoni dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi u t-tfal żgħar u l-ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali ġiet sostitwita u wasslet għall-ħtieġa ta' bidliet għal ċerti noti tal-aħħar. |
(9) |
L-Istati Membri u l-operaturi fin-negozju tal-ikel għandhom jingħataw żmien biex jadattaw għal-livelli massimi ġodda stabbiliti b'dan ir-Regolament. Għalhekk, id-data tal-applikazzjoni tal-livelli massimi taċ-ċomb għandha tiġi differita. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 qed jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-livelli massimi għaċ-ċomb stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, kif emendat b'dan ir-Regolament, għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2016. Prodotti tal-ikel li ma jkunux konformi ma' dawn il-livelli massimi u li jitqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2016 jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati wara dik id-data sad-data ta' skadenza jew sad-data minima ta' durabilità tagħhom.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
(3) Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Scientific Opinion on Lead in Food. EFSA Journal 2010; 8(4):1570.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Is-Subtaqsima 3.1 (Ċomb), hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(2) |
In-nota tat-tmiem (3) għandha tiġi sostitwita bin-nota tat-tmiem li ġejja:
|
(3) |
In-noti tat-tmiem (8) u (9) huma mħassra. Ir-referenzi għan-noti tat-tmiem (8) u (9) huma sostitwiti b'referenzi għan-nota tat-tmiem (3). |
(4) |
In-nota tat-tmiem (11) għandha tiġi sostitwita bin-nota tat-tmiem li ġejja:
|
(5) |
In-nota tat-tmiem (13) għandha tiġi sostitwita bin-nota tat-tmiem li ġejja:
|
(6) |
In-nota tat-tmiem (16) għandha tiġi sostitwita bin-nota tat-tmiem li ġejja:
|
(7) |
In-nota tat-tmiem (28) hija mħassra. |
(8) |
In-nota tat-tmiem (44) għandha tiġi sostitwita bin-nota tat-tmiem li ġejja:
|
(9) |
In-noti tat-tmiem (52) u (53) li ġejjin huma miżjuda:
|