Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0753

    Regolament (UE) 2015/753 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar l-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija (kodifikazzjoni)

    ĠU L 123, 19.5.2015, p. 23–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/753/oj

    19.5.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 123/23


    REGOLAMENT (UE) 2015/753 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tad-29 ta' April 2015

    dwar l-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija

    (Kodifikazzjoni)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw l-proposta mressqa mill-Kummissjoni,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 (3) ġie emendat b'mod sostanzjali (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, dak ir-Regolament għandu jiġu kkodifikat.

    (2)

    Id-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsill KE-Turkija (5) jistabbilixxi s-sistema ta' preferenzi li japplikaw fir-rigward ta' importazzjonijiet fl- Unjoni ta' prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija.

    (3)

    Billi, fil-każ ta' prodotti li għalihom ir-Regolamenti tal-Unjonijeħtieġu li ċertu prezz ta' importazzjoni jkun osservata, l-applikazzjoni tas-sistema ta' tariffi preferenzjali hija soġġetta għall-osservanza ta' dak il-prezz.

    (4)

    Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

    ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli meħtieġa għall-applikazzjoni tal-iskema ta' importazzjoni għall-prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li joriġinaw mit-Turkija u li jiġu importati fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni KE-Turkija. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    1.   Fil-każ ta' prodotti li għalihom ir-Regolamenti tal-Unjoni jeħtieġu li ċertu prezz ta' importazzjoni jkun osservat, l-applikazzjoni tas-sistema ta' tariffi preferenzjali hija soġġetta għall-osservanza ta' dak il-prezz.

    2.   Fil-każ ta' prodotti tas-sajd li għalihom ġie stabbilit prezz ta' riferenza, l-applikazzjonitat-tariffa preferenzjali għandha tkun soġġetta għall-osservanza ta' dak il-prezz.

    Artikolu 3

    1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbilit bl-Artikolu 229 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    3.   Meta l-opinjoni tal-Kumitat għandha tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat jekk, fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-Kumitat jiddeċiedi hekk, jew mill-inqas kwart tal-membri tal-kumitat jitolbu hekk.

    Artikolu 4

    Ir-Regolament (KE) Nru 779/98 huwa mħassar.

    Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Strasburgu, id-29 ta' April 2015.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    M. SCHULZ

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA


    (1)  Opinjoni tal-10 ta' Diċembru 2014 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' April 2015.

    (3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 tas-7 ta' April 1998 fuq l-importazzjoni fil-komunità ta' prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 4115/86 u jemenda r-Regolament (KE) Nru 3010/95 (ĠU L 113, 15.4.1998, p. 1).

    (4)  Ara l-Anness I.

    (5)  Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsill KE-Turkija tal-25 ta' Frar 1998 fuq ir-reġim tan-negozju għall-prodotti agrikoli (ĠU L 86, 20.3.1998, p. 1).

    (6)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

    (7)  Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).


    ANNESS I

    Regolament imħassar flimkien mal-emenda tiegħu

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98

    (ĠU L 113, 15.4.1998, p. 1)

     

    Regolament (UE) Nru 255/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 57)

    Artikolu 2 biss


    ANNESS II

    Tabella ta' Korrelazzjoni

    Regolament (KE) Nru 779/98

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 2, l-ewwel paragrafu

    Artikolu 2(1)

    Artikolu 2, it-tieni paragrafu

    Artikolu 2(2)

    Artikolu 2a

    Artikolu 3

    Artikolu 3

    Artikolu 4

    Artikolu 4

    Artikolu 5

    Artikolu 5

    Anness I

    Anness II


    Top