Ce document est extrait du site web EUR-Lex
Document 32015R0678
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/678 of 29 April 2015 amending Implementing Regulation (EU) No 543/2011 as regards the trigger levels for additional duties on tomatoes, cucumbers, table grapes, apricots, cherries, other than sour, peaches, including nectarines, and plums
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/678 tad-29 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-ħjar, l-għeneb tal-mejda, il-berquq, iċ-ċirasa għajr iċ-ċirasa qarsa, il-ħawħ inkluż in-nuċiprisk u l-għanbaqar
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/678 tad-29 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-ħjar, l-għeneb tal-mejda, il-berquq, iċ-ċirasa għajr iċ-ċirasa qarsa, il-ħawħ inkluż in-nuċiprisk u l-għanbaqar
ĠU L 111, 30.4.2015, p. 24–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
En vigueur
Relation | Acte | Commentaire | Subdivision concernée | Du | à/au |
---|---|---|---|---|---|
modification | 32011R0543 | Sostituzzjoni | anness XVIII | 30/04/2015 |
Relation | Acte | Commentaire | Subdivision concernée | Du | à/au |
---|---|---|---|---|---|
abrogé implicite par | 32023R2429 | 01/01/2025 |
30.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 111/24 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/678
tad-29 ta' April 2015
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-ħjar, l-għeneb tal-mejda, il-berquq, iċ-ċirasa għajr iċ-ċirasa qarsa, il-ħawħ inkluż in-nuċiprisk u l-għanbaqar
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (2) jipprevedi s-sorveljanza tal-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness XVIII tiegħu. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3). |
(2) |
Għall-finijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, u abbażi tal-aħħar dejta disponibbli għall-2012, l-2013 u l-2014, jeħtieġ li jiġu modifikati l-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għall-ħjar u ċ-ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa mill-1 ta' Mejju 2015 u għat-tadam, l-għeneb tal-mejda, il-berquq, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk u l-għanbaqar mill-1 ta' Ġunju 2015. |
(3) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jiġi emendat skont dan. Għal raġunijiet ta' leġġibbiltà, jeħtieġ li l-Anness XVIII ta' dan ir-Regolament jinbidel fl-intier tiegħu. |
(4) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li toħroġ id-dejta, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness XVIII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-ħjar, l-għeneb tal-mejda, il-berquq, iċ-ċirasa għajr iċ-ċirasa qarsa, il-ħawħ inkluż in-nuċiprisk u l-għanbaqar, għandhom jiġu sostitwiti mil-livelli elenkati fil-kolonna korrispondenti ta' dan l-Anness kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
(4) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.
ANNESS
“ANNESS XVIII
DAZJI ADDIZZJONALI TAL-IMPORTAZZJONI: TITOLU IV, KAPITOLU I, TAQSIMA 2
Bla preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata bħala indikattiva biss. Il-kamp ta' applikazzjoni tad-dazji addizzjonali, għall-finijiet ta' dan l-Anness, huwa ddeterminat abbażi tal-kodiċijiet tan-NM kif ikunu jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.
Numru tal-ordni |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu tal-applikazzjoni |
Livelli tal-iskattar (f'tunnellati) |
78.0015 |
0702 00 00 |
Tadam |
Mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Mejju |
451 045 |
78.0020 |
Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru |
29 768 |
||
78.0065 |
0707 00 05 |
Ħjar |
Mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru |
16 093 |
78.0075 |
Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' April |
13 271 |
||
78.0085 |
0709 91 00 |
Qaqoċċ |
Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' Ġunju |
7 421 |
78.0100 |
0709 93 10 |
Zukkini |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru |
263 359 |
78.0110 |
0805 10 20 |
Larinġ |
Mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Mejju |
251 798 |
78.0120 |
0805 20 10 |
Klementini |
Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar |
81 399 |
78.0130 |
0805 20 30 0805 20 50 0805 20 70 0805 20 90 |
Mandolin (inklużi l-varjetajiet tangerine u satsuma); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili |
Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar |
101 160 |
78.0155 |
0805 50 10 |
Lumi |
Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru |
302 950 |
78.0160 |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju |
41 410 |
||
78.0170 |
0806 10 10 |
Għeneb tal-mejda |
Mill-21 ta' Lulju sal-20 ta' Novembru |
68 450 |
78.0175 |
0808 10 80 |
Tuffieħ |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu |
558 203 |
78.0180 |
Mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru |
464 902 |
||
78.0220 |
0808 30 90 |
Lanġas |
Mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April |
184 269 |
78.0235 |
Mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru |
235 468 |
||
78.0250 |
0809 10 00 |
Berquq |
Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju |
5 422 |
78.0265 |
0809 29 00 |
Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa |
Mill-21 ta' Mejju sal-10 ta' Awwissu |
29 831 |
78.0270 |
0809 30 |
Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk |
Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru |
4 701 |
78.0280 |
0809 40 05 |
Għanbaqar |
Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru |
17 825 ” |