This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0612
Council Regulation (EU) 2015/612 of 20 April 2015 amending Regulation (EC) No 314/2004 concerning certain restrictive measures in respect of Zimbabwe
Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/612 tal-20 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe
Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/612 tal-20 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe
ĠU L 102, 21.4.2015, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32004R0314 | Emenda | anness IV paragrafu I | 22/04/2015 |
21.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/612
tal-20 ta' April 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-miżuri tal-Unjoni li jimplimentaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (1), inkluż l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ta' ċertu persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi, huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 (2). |
(2) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni u l-entitajiet li jibbenefikaw minn sospensjoni tal-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament. |
(3) |
Fid-19 ta' Frar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/277 (3) li permezz tagħha neħħa l-ismijiet ta' ħames persuni deċeduti mill-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK. |
(4) |
Dik il-miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk tinħtieġ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tiddaħħal fis-seħħ, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(5) |
Fid-19 ta' Frar 2015, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/275 (4) neħħa l-ismijiet tal-ħames persuni deċeduti mill-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004. |
(6) |
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussembrugu, l-20 ta' April 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2011/277 tad-19 ta' Frar 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 47, 20.2.2015, p. 20).
(4) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/275 tad-19 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 47, 20.2.2015, p. 15).
ANNESS
Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 314/2004, l-ismijiet tal-persuni fiżiċi li ġejjin jitneħħew mit-taqsima “I. Persuni”:
I. Persuni
|
Isem (u psewdonomi possibbli) |
|
Chindori-Chininga, Edward Takaruza |
|
Karakadzai, Mike Tichafa |
|
Sakupwanya, Stanley Urayayi |
|
Sekeremayi, Lovemore |
|
Shamuyarira, Nathan Marwirakuwa |