27.3.2015
|
MT
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
|
L 82/14
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/516
tas-26 ta' Marzu 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 874/2004 li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' April 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-Qasam tal-Ogħla Livell .eu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,
Wara li kkonsultat ir-Reġistru bi qbil mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002,
Billi:
(1)
|
L-introduzzjoni tal-Ismijiet Internazzjonalizzati tad-Dominju (IDNs) ħolqot riskji ta' konfużjoni tal-ismijiet tad-dominju li ġew irreġistrati b'kaligrafji differenti, iżda li jistgħu joħolqu konfużjoni viżiva. Dan jista' jkun b'mod partikolari minħabba xebh viżiv bejn il-karattri kostituttivi tagħhom (pereżempju, bejn l-ittra żgħira taċ-Ċirilliku “п” u l-ittra żgħira tal-Latin “n”). Biex jitnaqqsu dawn ir-riskji, ir-Reġistru għandu jimplimenta kontrolli tekniċi, li jistgħu jwasslu għad-dikjarazzjoni ta' dawn l-IDNs bħala ineliġibbli għar-reġistrazzjoni. Tali kontrolli tekniċi għandhom ikunu f'konformità mal-istandards internazzjonali u jistgħu jiġu aġġornati minn żmien għal żmien.
|
(2)
|
Sabiex titkabbar is-sigurtà u l-kontrolli tal-abbużi dwar l-ismijiet tad-dominju .eu, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-verifika min-naħa tar-Reġistru tal-validità tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni sseħħ qabel u mhux biss wara r-reġistrazzjoni. Il-verifika għandha titwettaq fuq l-inizjattiva tar-Reġistru jew wara xi disputa fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-isem tad-dominju in kwistjoni.
|
(3)
|
L-operatur tar-Reġistru attwali tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu (TLD) ikkomunika lill-Kummissjoni li l-ismijiet tad-dominju “eurethix.eu”, “eurethics.eu” u “euthics.eu”, li qabel kienu riżervati mir-Reġistru skont l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004 (2), qatt ma huma se jintużaw u għalhekk għandhom jitneħħew mill-Artikolu msemmi u għandhom jiġu rilaxxati ladarba jiġi ppubblikat ir-Regolament emendat.
|
(4)
|
Meta l-IDNs ġew introdotti fl-ambitu tal-ismijiet tad-dominju .eu, l-użu ta' karattri speċjali, inklużi l-karattru ß (S qawwija Ġermaniża) u ς (Sigma finali tal-Grieg) ma kienx disponibbli. Peress li l-protokoll IDNA2008 ippermetta l-ġestjoni ta' dawk il-karattri, jixraq li dawn ikunu disponibbli għall-benefiċċju tal-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Wara konsultazzjonijiet mal-Istati Membri tal-UE, il-pajjiżi kandidati u l-Istati Membri taż-ŻEE, l-anness ġie aġġornat sabiex jinkorpora l-ismijiet tad-dominji li jkun fihom dawn il-karattri ġodda.
|
(5)
|
Fl-1 ta' Lulju 2013, il-Kroazja daħlet fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-Kroazja għandu jkollha l-possibbiltà li tirreġistra l-ismijiet tad-dominji li ġew riżervati għaliha, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 874/2004 u l-emendi sussegwenti tiegħu.
|
(6)
|
L-inkorporazzjoni tar-Regolamenti .eu fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea tippermetti lill-impriżi li jkollhom uffiċju reġistrat, amministrazzjoni ċentrali jew sede prinċipali tan-negozju tagħhom fl-Islanda, fin-Norveġja u fil-Liechtenstein, lill-organizzazzjonijiet stabbiliti fl-Islanda, fin-Norveġja u fil-Liechtenstein u lir-residenti fl- Islanda, fin-Norveġja u fil-Liechtenstein jirreġistraw ismijiet taħt it-TLD .eu.
|
(7)
|
Il-listi ta' ismijiet li jistgħu jiġu riżervati mill-Islanda, mil-Liechtenstein u min-Norveġja rispettivament, li sa issa huma stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness, għandhom jiġu trasferiti għall-punt 1 tal-Anness.
|
(8)
|
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja, bħala pajjiżi kandidati, għandhom jirriżervaw ismijiet rikonoxxuti madwar id-dinja li huma marbutin ma' kunċetti ġeografiċi u/jew ġeopolitiċi li jaffettwaw l-organizzazzjoni politika jew territorjali tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jiġu reġistrati f'data aktar tard.
|
(9)
|
Għaldaqstant, u biex tiġi żgurata ċ-ċarezza legali tad-drittijiet tal-Istati Membri u tal-Istati Membri futuri, jeħtieġ li l-listi fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 874/2004 (kif diġà emendati) jiġu aġġornati, sabiex iqisu l-ismijiet li fihom karattri li qabel ma kinux disponibbli, l-ismijiet li jistgħu jiġu riżervati u l-ismijiet li jistgħu jiġu rreġistrati.
|
(10)
|
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 874/2004 għandu jiġi emendat skont dan.
|
(11)
|
L-EURid, l-operatur tar-Reġistru .eu, ġie kkonsultat dwar il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 733/2002.
|
(12)
|
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Komunikazzjoni (3),
|
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 874/2004 huwa emendat kif ġej:
(1)
|
fl-Artikolu 3, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Kull verifika min-naħa tar-Reġistru tal-validità tal-applikazzjonijiet tar-reġistrazzjoni għandha sseħħ qabel ir-reġistrazzjoni fuq l-inizjattiva tar-Reġistru, jew wara r-reġistrazzjoni fuq l-inizjattiva tar-Reġistru, jew wara xi disputa fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-isem tad-dominju in kwistjoni.” ; |
(2)
|
għandu jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej:
“Artikolu 6a
Verifika addizzjonali fil-livell tal-karattri
1. Ir-Reġistru għandu jimplimenta miżuri tekniċi biex titnaqqas kemm jista' jkun il-possibbiltà ta' konfużjoni viżiva li tista' tirriżulta mill-użu ta' karattri fil-lingwi uffiċjali kollha msemmija fl-Artikolu 6(4). Dawk il-miżuri tekniċi għandhom ikunu parti mill-verifika tal-validità tal-applikazzjonijiet tar-reġistrazzjoni u jistgħu jirriżultaw f'dikjarazzjoni li l-isem tad-dominju li jkun qed jintalab ikun ineliġibbli għar-reġistrazzjoni.
2. Il-miżuri tekniċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti mir-Reġistru u għandhom ikunu raġonevoli, ċari u mhux diskriminatorji.
3. Il-miżuri tekniċi msemmija fil-paragrafu 1, (inklużi xi emendi li jistgħu jsiru minn żmien għal żmien) għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mir-Reġistru f'forma faċilment aċċessibbli, u għandhom isiru applikabbli mill-pubblikazzjoni tagħhom.
4. Qabel ma jimplimenta l-miżuri tekniċi msemmija fil-paragrafu 1, jew jemendahom minn żmien għal żmien, ir-Reġistru għandu jqis l-aħjar prattika internazzjonali, jikkonsulta lill-industrija u jikseb l-approvazzjoni tal-Kummissjoni.” ; |
(3)
|
fl-Artikolu 17, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“eurid.eu, registry.eu, nic.eu, dns.eu, internic.eu, whois.eu, das.eu, coc.eu” ; |
(4)
|
l-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 113, 30.4.2002, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004 tat-28 ta' April 2004 li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 40).
(3) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.
ANNESS
“ANNESS
1.
|
Lista tal-ismijiet għal kull pajjiż u l-pajjiżi li jistgħu jirreġistrawhom:
L-AWSTRIJA
62.
|
δημοκρατία-της-αυστρίας
|
63.
|
δημοκρατίατηςαυστρίας
|
IL-BELĠJU
17.
|
duitstalige-gemeenschap
|
20.
|
brussels-hoofdstedelijk-gewest
|
27.
|
communaute-germanophone
|
28.
|
communauté-germanophone
|
33.
|
région-de-bruxelles-capitale
|
34.
|
region-de-bruxelles-capitale
|
39.
|
flaemische-gemeinschaft
|
40.
|
flämische-gemeinschaft
|
41.
|
franzoesische-gemeinschaft
|
42.
|
französische-gemeinschaft
|
43.
|
deutschsprachige-gemeinschaft
|
47.
|
region-bruessel-hauptstadt
|
48.
|
region-brüssel-hauptstadt
|
54.
|
german-speaking-community
|
57.
|
brussels-capital-region
|
63.
|
comunidad-germanófona
|
64.
|
comunidad-germanofona
|
69.
|
region-de-bruselas-capital
|
70.
|
región-de-bruselas-capital
|
77.
|
communita-di-lingua-tedesca
|
78.
|
communità-di-lingua-tedesca
|
81.
|
regione-di-bruxelles-capitale
|
85.
|
comunidade-francofona
|
86.
|
comunidade-germanofona
|
91.
|
regiao-de-bruxelas-capital
|
92.
|
região-de-bruxelas-capital
|
95.
|
flamlaendskt-spraakomraade
|
96.
|
fransktalande-spraakomraade
|
97.
|
tysktalande-spraakomraade
|
98.
|
flamlaendska-regionen
|
101.
|
det-flamske-sprogsamfund
|
102.
|
det-franske-sprogsamfund
|
103.
|
det-tysktalende-sprogsamfund
|
105.
|
den-vallonske-region
|
106.
|
regionen-bruxelles-hovedstadsomraadet
|
108.
|
flaaminkielinen-yhteiso
|
109.
|
ranskankielinen-yhteiso
|
110.
|
saksankielinen-yhteiso
|
117.
|
vlamske-spolecenstvi
|
118.
|
francouzske-spolecenstvi
|
119.
|
germanofonni-spolecenstvi
|
127.
|
frankofonska-skupnost
|
128.
|
germanofonska-skupnost
|
IL-BULGARIJA
12.
|
the-republic-of-bulgaria
|
13.
|
the_republic_of_bulgaria
|
20.
|
repubblica-di-bulgaria
|
21.
|
repubblica_di_bulgaria
|
31.
|
δημοκρατιατησβουλγαριας
|
32.
|
δημοκρατια-της-βουλγαριας
|
33.
|
δημοκρατια_της_βουλγαριας
|
ĊIPRU
51.
|
ayinikola-lefkoșa-solya
|
59.
|
ayyanni-lefkoșa-malunda
|
60.
|
ayyorgi-lefkoșa-solya
|
61.
|
ayyorgi-mağusa-spathariko
|
76.
|
kalohoryo-lefkoșa-solya
|
115.
|
șehirselağaçlandırma
|
136.
|
αγία-βαρβάρα-λευκωσίας
|
138.
|
αγία-ειρήνη-κερύνειας
|
139.
|
αγία-ειρήνη-λευκωσίας
|
140.
|
αγία-μαρίνα-κελοκεδάρων
|
141.
|
αγία-μαρίνα-ξυλιάτου
|
142.
|
αγία-μαρίνα-σκυλλούρας
|
143.
|
αγία-μαρίνα-χρυσοχούς
|
153.
|
άγιος-αμβρόσιος-κερύνειας
|
154.
|
άγιος-αμβρόσιος-λεμεσού
|
155.
|
άγιος-ανδρόνικος-καρπασίας
|
156.
|
άγιος-ανδρόνικος-τρικώμου
|
158.
|
άγιος-γεώργιος-αμμοχώστου
|
159.
|
άγιος-γεώργιος-καυκάλλου
|
160.
|
άγιος-γεώργιος-κερύνειας
|
161.
|
άγιος-γεώργιος-λεμεσού
|
162.
|
άγιος-γεώργιοςλευκωσίας-σολέας
|
163.
|
άγιος-γεώργιος-πάφου
|
168.
|
άγιος-επιφάνιος-ορεινής
|
169.
|
άγιος-επιφάνιος-σολέας
|
173.
|
άγιος-θεόδωρος-αμμοχώστου
|
174.
|
άγιος-θεόδωρος-λάρνακας
|
175.
|
άγιος-θεόδωρος-λεμεσού
|
176.
|
άγιος-θεόδωρος-σολέας
|
177.
|
άγιος-θεόδωρος-τιλλιρίας
|
182.
|
άγιος-ιωάννης-λεμεσού
|
183.
|
άγιος-ιωάννης-μαλούντας-λευκωσίας
|
185.
|
άγιος-ιωάννης-σελέμανη
|
189.
|
άγιος-νικόλαος-αμμοχώστου
|
190.
|
άγιος-νικόλαος-λευκωσίας-σολέας
|
191.
|
άγιος-νικόλαος-πάφου
|
294.
|
βουνιπαναγιας-αμπελιτης
|
295.
|
βουνιπαναγιάς-αμπελίτης
|
329.
|
δημοκρατία-της-κύπρου
|
346.
|
ενωμένηκυπριακήδημοκρατία
|
347.
|
ενωμένη-κυπριακή-δημοκρατία
|
384.
|
καλό-χωριό-λευκωσίας-σολέας
|
479.
|
κυβέρνηση-της-κύπρου
|
620.
|
ομόσπονδηκυπριακήδημοκρατία
|
621.
|
ομόσπονδη-κυπριακή-δημοκρατία
|
670.
|
περιστερώνα-αμμοχώστου
|
671.
|
περιστερώνα-λευκωσίας
|
700.
|
πραστιό-λεμεσού-αυδήμου
|
701.
|
πραστιό-λεμεσού-κελλακίου
|
705.
|
πρόεδροςτηςδημοκρατίας
|
706.
|
πρόεδρος-της-δημοκρατίας
|
707.
|
πρόεδροςτηςκυπριακήςδημοκρατίας
|
708.
|
πρόεδρος-της-κυπριακής-δημοκρατίας
|
759.
|
τουρκικήδημοκρατίαβόρειαςκύπρου
|
760.
|
τουρκική-δημοκρατία-βόρειας-κύπρου
|
761.
|
τουρκοκυπριακό-ομόσπονδο-κράτος
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
2.
|
den-tjekkiske-republik
|
14.
|
tsjechische-republiek
|
IL-KROAZJA
ID-DANIMARKA
L-ESTONJA
IL-FINLANDJA
FRANZA
26.
|
französische-republik
|
27.
|
französische_republik
|
29.
|
franzosische-republik
|
30.
|
franzosische_republik
|
31.
|
franzoesischerepublik
|
32.
|
franzoesische-republik
|
33.
|
franzoesische_republik
|
85.
|
provence-alpes-cote-d-azur
|
86.
|
provence-alpes-côte-d-azur
|
87.
|
provencealpescotedazur
|
88.
|
provencealpescôtedazur
|
99.
|
saint-pierre-et-miquelon
|
100.
|
saintpierreetmiquelon
|
115.
|
terres-australes-et-antarctiques-françaises
|
116.
|
terres-australes-et-antarctiques-françaises
|
117.
|
terresaustralesetantarctiquesfrançaises
|
118.
|
terresaustralesetantarctique-françaises
|
IL-ĠERMANJA
2.
|
federalrepublicofgermany
|
3.
|
bundesrepublik-deutschland
|
4.
|
bundesrepublikdeutschland
|
6.
|
republiquefederaled'allemagne
|
8.
|
repúblicafederaldealemania
|
10.
|
repubblicafederaledigermania
|
12.
|
federalrepublicofgermany
|
14.
|
forbundsrepublikkentyskland
|
16.
|
bondsrepubliekduitsland
|
18.
|
spolkovárepublikanemecko
|
20.
|
republicafederaldaalemanha
|
22.
|
republikafederalnaniemiec
|
24.
|
németországiszövetségiköztársaság
|
26.
|
vokietijosfederacinerespublika
|
28.
|
vacijasfederativarepublika
|
30.
|
bundesrepublikdäitschland
|
32.
|
repubblikafederalitagermanja
|
34.
|
poblachtchnaidhmenagearmaine
|
38.
|
zweznarepublikanemcija
|
41.
|
saksanliittotasavalta
|
51.
|
Mecklenburg-Western-Pomerania
|
52.
|
Mecklenburg-Vorpommern
|
55.
|
northrhine-Westphalia
|
79.
|
Free-State-of-Bavaria
|
80.
|
Stato-Libero-di-Baviera
|
85.
|
freieundhansestadthamburg
|
86.
|
freie-und-hansestadt-hamburg
|
87.
|
freiehansestadthamburg
|
88.
|
freie-hansestadt-hamburg
|
110.
|
northrhinewestphalia
|
111.
|
northrhine-westfalia
|
113.
|
rhenanie-du-nord-westphalie
|
114.
|
rhenaniedunordwestphalie
|
IL-GREĊJA
L-UNGERIJA
L-IŻLANDA
24.
|
larepubblicadiislanda
|
25.
|
larepúblicadeislandia
|
42.
|
ΔημοκρατίατηςΙσλανδίας
|
58.
|
bolungarvíkurkaupstaâur
|
91.
|
grímsnes-oggrafningshreppur
|
95.
|
hafnarfjarâarkaupstaâur
|
146.
|
seltjamarneskaupstaâur
|
147.
|
seyâisfjarâarkaupstaâur
|
153.
|
skeiâa-oggnúpverjahreppur
|
168.
|
svalbarâsstrandarhreppur
|
169.
|
sveitarfélagiâálftanes
|
170.
|
sveitarfélagiâárborg
|
171.
|
sveitarfélagiâgarâur
|
172.
|
sveitarfélagiâhornafjörâur
|
173.
|
sveitarfélagiâskagafjörâur
|
174.
|
sveitarfélagiâskagaströnd
|
177.
|
tálknafjarâarhreppur
|
L-IRLANDA
L-ITALJA
IL-LATVJA
19.
|
Latvijskajarespublika
|
34.
|
δημοκρατίατησλετονιας
|
35.
|
δημοκρατίατησλετονίας
|
IL-LIECHTENSTEIN
1.
|
fyrstendømmetliechtenstein
|
2.
|
fürstentumliechtenstein
|
3.
|
principalityofliechtenstein
|
4.
|
liechtensteinivürstiriiki
|
5.
|
liechtensteininruhtinaskunta
|
6.
|
principautédeliechtenstein
|
7.
|
πριγκιπάτοτουλιχτενστάιν
|
8.
|
furstadæmisinsliechtensteins
|
9.
|
principatodelliechtenstein
|
10.
|
lichtenšteinokunigaikštystė
|
11.
|
lihtenšteinasfirstiste
|
12.
|
prinċipalitàtal-liechtenstein
|
13.
|
vorstendomliechtenstein
|
14.
|
fyrstedømmetliechtenstein
|
15.
|
księstwoliechtenstein
|
16.
|
principadodoliechtenstein
|
17.
|
furstendömetliechtenstein
|
18.
|
lichtenštajnskékniežatstvo
|
20.
|
principadodeliechtenstein
|
21.
|
lichtenštejnskéknížectví
|
22.
|
lichtensteinihercegség
|
IL-LITWANJA
29.
|
republic-of-lithuania
|
30.
|
republic_of_lithuania
|
33.
|
republique-de-lituanie
|
34.
|
republique_de_lituanie
|
37.
|
republica-de-lituania
|
38.
|
republica_de_lituania
|
42.
|
litovskaja-respublika
|
43.
|
litovskaja_respublika
|
50.
|
δημοκρατιατησλιθουανιας
|
51.
|
δημοκρατια-της-λιθουανιας
|
52.
|
δημοκρατια_της_λιθουανιας
|
53.
|
δημοκρατίατηςΛιθουανίας
|
54.
|
δημοκρατία-της-Λιθουανίας
|
55.
|
δημοκρατία_της_Λιθουανίας
|
57.
|
repubblica-di-lituania
|
58.
|
repubblica_di_lituania
|
63.
|
republica-da-lituania
|
64.
|
republica_da_lituania
|
83.
|
repubblikatallitwanja
|
84.
|
repubblika-tal-litwanja
|
85.
|
repubblika_tal_litwanja
|
101.
|
литовская-республика
|
IL-LUSSEMBURGU
4.
|
großherzogtum-luxemburg
|
5.
|
großherzogtumluxemburg
|
7.
|
groußherzogtum-lëtzebuerg
|
8.
|
groußherzogtum-letzebuerg
|
MALTA
IL-PAJJIŻI L-BAXXI
IN-NORVEĠJA
IL-POLONJA
IL-PORTUGALL
48.
|
tras-os-montes-e-alto-douro
|
IR-RUMANIJA
IS-SLOVAKKJA
14.
|
slovakijos-respublika
|
21.
|
slovakiska-republiken
|
63.
|
slovākijos-respublika
|
IS-SLOVENJA
16.
|
repubblica-di-slovenia
|
SPANJA
56.
|
generalitatdecatalunya
|
57.
|
generalitatdecataluña
|
71.
|
comunidadautonomadeextremadura
|
72.
|
comunidadautónomadeextremadura
|
74.
|
comunidadautonomadegalicia
|
75.
|
comunidaautónomadegalicia
|
76.
|
comunidadeautonomadegalicia
|
77.
|
comunidadeautónomadegalicia
|
97.
|
navarracomunidadforal
|
98.
|
nafarroaforukomunitatea
|
99.
|
nafarroaforuerkidegoa
|
100.
|
communauteforaledenavarre
|
101.
|
communautéforaledenavarre
|
102.
|
foralcommunityofnavarra
|
123.
|
comunidad-valenciana
|
125.
|
comunitat-valenciana
|
L-ISVEZJA
IR-RENJU UNIT
|
2.
|
Lista tal-ismijiet għal kull pajjiż u l-pajjiżi li jistgħu jirriżervawhom:
DIK LI KIENET IR-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA
127.
|
cheshinovo-obleshevo
|
244.
|
североисточен-регион
|
IL-MONTENEGRO
16.
|
presidentofmontenegro
|
17.
|
president-of-montenegro
|
20.
|
predsjednik-crne-gore
|
24.
|
governmentofmontenegro
|
28.
|
government-of-montenegro
|
29.
|
montenegro-government
|
32.
|
parliamentofmontenegro
|
33.
|
parliament-of-montenegro
|
34.
|
montenegro-parliament
|
IS-SERBJA
10.
|
the-republic-of-serbia
|
IT-TURKIJA
18.
|
la-république-de-turquie
|
19.
|
larépubliquedeturquie
|
20.
|
république-de-turquie
|
29.
|
la-república-de-turquía
|
|