EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0408

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 tal- 11 ta' Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 67, 12.3.2015, p. 18–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 31/07/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/408/oj

12.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/408

tal-11 ta' Marzu 2015

dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanzi attivi jridu jiġu identifikati bħala kandidati għas-sostituzzjoni jekk jissodisfaw wieħed jew aktar mill-kriterji stabbiliti fil-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Skont l-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-Kummissjoni trid tistabbilixxi lista ta' sustanzi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, minn hawn 'il quddiem: “lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni”.

(3)

Sabiex tiżgura l-konsistenza tal-politika tal-Unjoni fir-rigward tas-sustanzi attivi li għandhom proprjetajiet li jidentifikawhom bħala kandidati għas-sostituzzjoni u sabiex tapplika trattament indaqs lil tali sustanzi, il-Kummissjoni għandha tinkludi wkoll f'dik il-lista, is-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 b'konformità mad-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Artikolu 80(1).

(4)

Mill-informazzjoni inkluża fir-rapport ta' analiżi jew mill-konklużjonijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (3) jew mill-Abbozz tar-Rapport ta' Valutazzjoni u l-addenda u r-rapporti ta' evalwazzjoni bejn il-pari relatati, jew mill-klassifikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), kien possibbli li jiġu identifikati s-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Dawn id-dokumenti jipprovdu informazzjoni, fejn rilevanti, dwar id-Doża Aċċettabbli ta' Kuljum (ADI), id-Doża Akuta ta' Referenza (DAR) jew il-Livell Aċċettabbli ta' Espożizzjoni tal-Operatur (AOEL), informazzjoni dwar proprjetajiet ta' sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi (PBT), informazzjoni dwar l-effetti kritiċi msemmija fit-tielet inċiż tal-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-proporzjon ta' isomeri mhux attivi, il-klassifikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, bħala kategorija karċinoġena 1A jew 1B u tossika għall-kategorija ta' riproduzzjoni 1A jew 1B, il-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali. Abbażi ta' dik l-informazzjoni, is-sustanzi stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament ġew identifikati bħala li jissodisfaw wieħed jew aktar mill-kriterji stabbiliti fil-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-informazzjoni ġiet ikkonsolidata u tista' tinsab f'għodda ta' sostenn għall-ħolqien tal-lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni, li hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni (5).

(5)

Id-Doża Aċċettabbli ta' Kuljum (ADI) tas-sustanzi attivi 1-metilċiklopropen, amitrol, diklofop, dimetoat, etoprofos, fenamifos, fipronil, fluwometuron, ħalossifop-P, metam, ossamil, sulkotrijon u triażossidu hija ferm aktar baxxa minn dik tal-maġġoranza tas-sustanzi attivi approvati fi ħdan il-gruppi ta' sustanzi/kategoriji ta' użu rispettivi tagħhom. Id-Doża Akuta ta' Referenza (DAR) tas-sustanzi attivi dimossistrobin, fenamifos, metomil u ossamil hija ferm aktar baxxa minn dik tal-maġġoranza tas-sustanzi attivi approvati fi ħdan il-gruppi ta' sustanzi/kategoriji ta' użu rispettivi tagħhom. Il-Livell Aċċettabbli ta' Espożizzjoni tal-Operatur (AOEL) tas-sustanzi attivi amitrol, bromadijolon, difenakum, dimetoat, dikwat, etoprofos, fenamifos, flukwinkonażol, metam, sulkotrion, triażossidu u warfarin huwa ferm aktar baxx minn dak tal-maġġoranza tas-sustanzi attivi approvati fi ħdan il-gruppi ta' sustanzi/kategoriji ta' użu rispettivi tagħhom. Għaldaqstant, jixraq li dawk is-sustanzi attivi jiġu inklużi fil-lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni.

(6)

Is-sustanzi attivi lufenuron, ossifluworfen u kwinossifen jissodisfaw il-kriterji biex jitqiesu bħala sustanza persistenti u bijoakkumulattiva. Is-sustanzi attivi amitrol, bifentrin, bromukonażol, klorotoluron (sterjokimika mhux iddikjarata), komposti tar-ram (il-varjanti idrossidu tar-ram, ossiklorur tar-ram, ossidu tar-ram, taħlita Bordeaux u sulfat tar-ram tribażiku), ċiprokonażol, ċiprodinil, difenokonażol, diflufenikan, dimossistrobin, dikwat, epossikonażol, ossidu tal-fenbutatin, fludijossonil, flufenaċet, fluwopikolid, flukwinkonażol, ħalossifop-P, imażamoks, imażosulfuron, isoproturon, isopirażam, lenaċil, lufenuron, metkonażol, metribużin, metsulfuron-metil, miklobutanil, nikosulfuron, ossadiażon, ossifluworfen, paklobutrażol, pirimikarb, prokloraż, propikonażol, propossikarbażon, prosulfuron, kwinossifen, tebukonażol, tebufenpirad, tepralossidim, tri-allat, triasulfuron u żiram jissodisfaw il-kriterji biex jitqiesu bħala sustanza persistenti u tossika. Is-sustanzi attivi aklonifen, difenakum, esfenvalerat, etofenproks, etossażol, famossadon, lambda-cjalotrina, lufenuron, ossifluworfen, pendimetalin u kwinossifen jissodisfaw il-kriterji biex jitqiesu bħala sustanza bijoakkumulattiva u tossika. Għaldaqstant, jixraq li dawk is-sustanzi attivi jiġu inklużi fil-lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni.

(7)

Is-sustanzi attivi mekoprop u metalaksil fihom proporzjon sinifikanti ta' isomeri mhux attivi. Għaldaqstant, jixraq li dawk is-sustanzi attivi jiġu inklużi fil-lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni.

(8)

Is-sustanzi attivi karbendażim, epossikonażol, flumjossażin, glufosinat, linuron, ossadiarġil, kwiżalofop-P (il-varjant kwiżalofop-P-tefuril) u warfarin huma jew għandhom jiġu kklassifikati, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 bħala tossiċi għall-kategorija ta' riproduzzjoni 1 A jew 1B. Għaldaqstant, jixraq li dawk is-sustanzi attivi jiġu inklużi fil-lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni.

(9)

Billi għadhom ma ġewx adottati miżuri rigward kriterji xjentifiċi speċifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetatjiet li jfixklu s-sistema endokrinali, kif imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-punt 3.6.5 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, ried jiġi stabbilit, skont it-tielet paragrafu tiegħu, jekk sustanza tridx titqies li għandha proprjetajiet bħal dawn. Skont dik id-dispożizzjoni, is-sustanzi attivi klorotoluron (sterjokimika mhux iddikjarata), dimossistrobin, epossikonażol, molinat, profossidim, tepralossidim u tijakloprid għandhom jitqiesu li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali li jistgħu jħallu effetti negattivi fuq il-bnedmin. Għaldaqstant, jixraq li dawk is-sustanzi attivi jiġu inklużi fil-lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni.

(10)

L-Istati Membri u l-partijiet interessati għandhom jingħataw perjodu raġjonevoli biex jadattaw ruħhom għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kandidati għas-sostituzzjoni

Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandhom ikunu kif stabbilit fil-lista fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

L-ewwel paragrafu għandu japplika wkoll għas-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 skont il-miżuri tranżitorji tal-Artikolu 80(1).

Artikolu 2

Miżuri tranżitorji

L-Artikolu 1 u l-Anness ma għandhomx japplikaw għal applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ippreżentati qabel l-1 ta' Awwissu 2015.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(3)  http://www.efsa.europa.eu/en/publications/efsajournal.htm

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(5)  http://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/index_en.htm


ANNESS

 

1-metilċiklopropen

 

aklonifen

 

amitrol

 

bifentrin

 

bromadiolon

 

bromukonażol

 

karbendażim

 

klorotoluron (sterjokimika mhux iddikjarata)

 

komposti tar-ram (il-varjanti idrossidu tar-ram, ossiklorur tar-ram, ossidu tar-ram, taħlita Bordeaux, u sulfat tar-ram tribażiku)

 

ċiprokonażol

 

ċiprodinil

 

diklofop

 

difenakum

 

difenokonażol

 

diflufenikan

 

dimetoat

 

dimossistrobin

 

dikwat

 

epossikonażol

 

esfenvalerat

 

etoprofos

 

etofenproks

 

etossażol

 

famoksadon

 

fenamifos

 

ossidu tal-fenbutatin

 

fipronil

 

fludiossonil

 

flufenaċet

 

flumjossażin

 

fluwometuron

 

fluwopikolid

 

flukwinkonażol

 

glufosinat

 

alossifop-P

 

imażamoks

 

imażosulfuron

 

isoproturon

 

isopirażam

 

lambda-cjalotrina

 

lenaċil

 

linuron

 

lufenuron

 

mekoprop

 

metalaksil

 

metam

 

metkonażol

 

metomil

 

metribużin

 

metsulfuronmetil

 

molinat

 

miklobutanil

 

nikosulfuron

 

ossadiarġil

 

ossadiażon

 

ossamil

 

ossifluworfen

 

paklobutrażol

 

pendimetalin

 

pirimikarb

 

prokloraż

 

profossidim

 

propikonażol

 

propossikarbażon

 

prosulfuron

 

kwinossifen

 

kwiżalofop-P (il-varjant kwiżalofop-P-tefuril)

 

sulkotrion

 

tebukonażol

 

tebufenpirad

 

tepralossidim

 

tijakloprid

 

tri-allat

 

triasulfuron

 

triażossidu

 

warfarin

 

żiram


Top