Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0404

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/404 tal- 11 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward l-estenzjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi beflubutamid, kaptan, dimetoat, dimetomorf, etoprofos, fipronil, folpet, formetanat, glufosinat, metjokarb, metribużin, fosmet, pirimifos-metil u propamokarb Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 67, 12.3.2015, p. 6–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/404/oj

    12.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 67/6


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/404

    tal-11 ta' Marzu 2015

    li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward l-estenzjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi beflubutamid, kaptan, dimetoat, dimetomorf, etoprofos, fipronil, folpet, formetanat, glufosinat, metjokarb, metribużin, fosmet, pirimifos-metil u propamokarb

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod parikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

    (2)

    L-approvazzjonijiet tas-sustanzi kaptan, dimetoat, dimetomorf, etoprofos, fipronil, folpet, formetanat, glufosinat, metjokarb, metirbużin, fosmet, primifos-metil u propamokarb se jiskadu fit-30 ta' Settembru 2017 u l-approvazzjoni tas-sustanza attiva beflubutamid se tiskadi fit-30 ta' Novembru 2017. Għalhekk, tressqu l-applikazzjonijiet biex jiġġeddu l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi. Billi r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (3) japplikaw għal dawk is-sustanzi attivi, jeħtieġ li l-applikanti jingħataw żmien biżżejjed biex ilestu l-proċedura tat-tiġdid skont dak ir-Regolament. Għaldaqstant, l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi x'aktarx li se jiskadu qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għalhekk jeħtieġ li l-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

    (3)

    Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

    (4)

    Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, f'każijiet fejn qabel ma jgħaddu 30 xahar qabel id-data tal-iskadenza rispettiva stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament, ma jitressaqx dossier supplimentari skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, il-Kummissjoni tistabbilixxi d-data ta' skadenza fl-istess data bħal dik ta' qabel dan ir-Regolament jew fl-eqreb data minn hemm 'il quddiem.

    (5)

    Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, f'każijiet meta l-Kummissjoni tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li l-kriterji għall-approvazzjoni mhumiex sodisfatti, il-Kummissjoni tistabbilixxi d-data ta' skadenza fl-istess data bħal ta' qabel dan ir-Regolament, jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament, sakemm ma tiġġeddidx l-approvazzjoni tas-sustanza attiva, skont liema data tiġi l-aħħar.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Marzu 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


    ANNESS

    Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

    (1)

    Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 145, kaptan, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”;

    (2)

    Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 146, folpet, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”;

    (3)

    Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 147, formetanat, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”;

    (4)

    Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 148, metjokarb, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”;

    (5)

    Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 149, dimetoat, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”;

    (6)

    Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 150, dimetomorf, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”;

    (7)

    Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 151, glufosinat, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”;

    (8)

    Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 152, metribużin, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”;

    (9)

    Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 153, fosmet, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”;

    (10)

    Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 154, propamokarb, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”;

    (11)

    Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 155, etoprofos, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”;

    (12)

    Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 156, perimifos-metil, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”;

    (13)

    Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 157, fipronil, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”;

    (14)

    Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 158, beflubutamid, id-data tat-“30 ta' Novembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”;


    Top