This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0234
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/234 of 13 February 2015 amending Regulation (EEC) No 2454/93 as regards the temporary importation of means of transport intended to be used by a natural person resident in the customs territory of the Union
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/234 tat- 13 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tal-importazzjoni temporanja ta' mezzi ta' trasport maħsuba biex jintużaw minn persuna fiżika residenti fit-territorju doganali tal-Unjoni
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/234 tat- 13 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tal-importazzjoni temporanja ta' mezzi ta' trasport maħsuba biex jintużaw minn persuna fiżika residenti fit-territorju doganali tal-Unjoni
ĠU L 39, 14.2.2015, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0481
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31993R2454 | Sostituzzjoni | artikolu 561 .2 | 01/05/2015 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32015R0234R(01) | (DE) | |||
Implicitly repealed by | 32016R0481 | 01/05/2016 |
14.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/13 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/234
tat-13 ta' Frar 2015
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tal-importazzjoni temporanja ta' mezzi ta' trasport maħsuba biex jintużaw minn persuna fiżika residenti fit-territorju doganali tal-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2) jistipula l-possibbiltà li l-mezzi tat-trasport ikunu importati b'mod temporanju fit-territorju dagonali tal-Unjoni u użati minn persuni fiżiċi f'dak it-territorju taħt ċerti kundizzjonijiet. |
(2) |
Inċidenti riċenti indikaw l-użu ħażin tal-importazzjoni temporanja ta' mezzi ta' trasport. |
(3) |
Hija meħtieġa emenda tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 biex tkun eskluża l-possibbiltà ta' dan l-użu ħażin. |
(4) |
Sabiex jiġi evitat li jinħoloq dejn doganali minħabba nuqqas ta' informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet il-ġodda, għandu jitħalla perjodu ta' żmien biex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jinfurmaw lill-pubbliku dwar is-sitwazzjoni legali ġdida. |
(5) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 561 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:
“2. Għandu jingħata ħelsien totali mid-dazji ta' importazzjoni fejn il-mezzi ta' trasport jintużaw kummerċjalment jew privatament minn persuna fiżika residenti fit-territorju doganali tal-Unjoni u impjegata mis-sid jew mill-kerrej tal-mezzi tat-trasport stabbilit barra dak it-territorju.
L-użu privat ta' mezz tat-trasport għandu jiġi permess għal vjaġġi bejn il-post tax-xogħol u l-post ta' residenza tal-impjegat jew bl-iskop li jwettaq xogħol professjonali tal-impjegat kif stipulat fil-kuntratt ta' impjieg.
Fuq talba tal-awtoritajiet doganali, il-persuna li tuża l-mezz ta' trasport għandha tippreżenta kopja tal-kuntratt tax-xogħol.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).