Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0141

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/141 tad- 29 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2014 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

    ĠU L 24, 30.1.2015, p. 11–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/141/oj

    30.1.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 24/11


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/141

    tad-29 ta' Jannar 2015

    li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2014 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014 (2) jistabbilixxi l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), kif ukoll l-ammonti disponibbli għas-snin baġitarji 2014 sal-2020 għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) skont l-Artikoli 10c(2), 136, 136a u 136b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (3) u l-Artikoli 14 u 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

    (2)

    F'konformità mal-Artikolu 7(2) tar- Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-prodott stmat tat-tnaqqis tal-pagamenti notifikati mill-Istati Membri u msemmija fl-Artikolu 11(6) ta' dak ir-Regolament għandu jkun disponibbli bħala appoġġ tal-Unjoni għal miżuri skont programmar ta' żvilupp rurali ffinanzjat mill-FAEŻR kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Il-limiti nazzjonali rilevanti ġew addattati permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1378/2014 (6).

    (3)

    Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 136a(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, sal-1 ta' Awwissu 2014 il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Rumanija nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jittrasferixxu ċertu perċentwal mil-limiti massimi nazzjonali annwali tagħhom ta' pagamenti diretti għas-snin kalendarji 2015 sa 2019 għall-ipprogrammar tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-FAEŻR kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Il-limiti massimi nazzjonali rilevanti ġew addattati permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1378/2014.

    (4)

    Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 136a(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, sal-1 ta' Awwissu 2014, l-Ungerija nnotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li tittrasferixxi għal pagamenti diretti ċertu perċentwal mill-ammont allokat għall-appoġġ għal miżuri taħt l-ipprogrammar tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-FAEŻR fil-perjodu 2016 sal-2020 kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Il-limiti massimi nazzjonali rilevanti ġew addattati permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1378/2014.

    (5)

    F'konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (7), is-sottolimitu massimu għall-infiq b'rabta mas-suq u l-pagamenti diretti tal-qafas finanzjarju pluriennwali stabbilit fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, għandhom jiġu aġġustati skont l-aġġustament tekniku stipulat fl-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament, wara li jsiru t-trasferimenti bejn il-FAEŻR u l-pagamenti diretti.

    (6)

    Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014 għandu jiġi emendat kif xieraq,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 1

    Il-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), skont l-Artikoli 10c(2), 136, 136a u 136b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikoli 7(2), 14 u 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, huwa stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.”

    (2)

    L-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Jannar 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2014 tal-10 ta' April 2014 li jiffissal-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (ĠU L 108, 11.4.2014, p. 13).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).

    (4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

    (5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

    (6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1378/2014 tas-17 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 367, 23.12.2014, p. 16).

    (7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


    ANNESS

    “ANNESS

    (EUR miljun — prezzijiet attwali)

    Sena tal-baġit

    L-ammonti disponibbli għall-FAEŻR

    L-ammonti ttrasferiti mill-FAEŻR

    Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

    L-Artikolu 10b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

    L-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

    L-Artikolu 136b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

    L-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

    L-Artikolu 136a(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

    L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

    L-Artikolu 136a(2) tar-Regolament Nru 73/2009 u l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

    2014

    296,3

    51,6

     

    4,0

     

     

     

    43 778,1

    2015

     

     

    51,600

    4,000

    621,999

     

    499,384

    44 189,785

    2016

     

     

     

    4,000

    1 138,146

    109,619

    573,047

    43 949,282

    2017

     

     

     

    4,000

    1 174,732

    111,975

    572,440

    44 144,733

    2018

     

     

     

    4,000

    1 184,257

    111,115

    571,820

    44 161,448

    2019

     

     

     

    4,000

    1 131,292

    112,152

    571,158

    44 239,714

    2020

     

     

     

    4,000

    1 132,133

    112,685

    570,356

    44 262,538 ”


    Top