Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0001

    Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1 tat- 30 ta’ Settembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għar-rappurtar perjodiku dwar it-tariffi imposti mill-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għall-fini ta’ superviżjoni kontinwa mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 2, 6.1.2015, p. 1–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/1/oj

    6.1.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 2/1


    REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1

    tat-30 ta’ Settembru 2014

    li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għar-rappurtar perjodiku dwar it-tariffi imposti mill-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għall-fini ta’ superviżjoni kontinwa mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(4a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 11(3) u l-punt 2 tal-Parti II tat-Taqsima E tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jobbligaw lil kull aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu biex kull sena tiżvela lill-ESMA il-lista ta’ tariffi li jiġu imposti lil kull klijent għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu individwali u għal kull servizzi anċillari, kif ukoll il-politika tagħha tal-ipprezzar, inklużi l-istruttura tat-tariffi u l-kriterji tal-ipprezzar relatati mal-klassifikazzjoni tal-kreditu għal kategoriji ta’ assi differenti. Huwa essenzjali li jiġu pprovduti d-dettalji tekniċi dwar il-kontenut li għandu jiġi rrappurtat u l-format li għandu jintuża mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu sabiex ikunu konformi mal-obbligi tagħhom u jippermettu lill-ESMA teżerċita s-setgħat superviżorji kontinwi tagħha.

    (2)

    Sabiex ikomplu jittaffew il-konflitti ta’ interess u tiġi faċilitata l-kompetizzjoni ġusta fis-suq ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, l-ESMA trid tiżgura li l-politiki tal-ipprezzar, il-proċeduri u finalment it-tariffi imposti mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu lill-klijenti ma jkunux diskriminatorji. Id-differenzi fit-tariffi imposti għall-istess tip ta’ servizz għandhom ikunu ġustifikabbli b’differenza fil-kostijiet effettivi f’dak li għadu x’jaqsam ma’ forniment ta’ dan is-servizz lil klijenti differenti. Barra minn hekk, it-tariffi imposti għas-servizzi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu lil xi emittent speċifiku ma għandhomx jiddependu fuq ir-riżultati jew fuq l-eżitu tal-ħidma li tkun saret.

    (3)

    L-informazzjoni dwar it-tariffi li trid tiġi sottomessa minn aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati għandha tippermetti lill-ESMA tidentifika klassifikazzjonijiet tal-kreditu li jkunu jeħtieġu aktar skrutinju u azzjonijiet ta’ segwitu u ta’ sorveljanza ulterjuri possibbli. Għandhom jiġu imposti tariffi simili għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu u servizzi anċillari b’karatteristiċi simili, filwaqt li d-differenzi fil-livelli tat-tariffi jiġu ġġustifikati fuq il-bażi ta’ differenzi fil-kostijiet. L-informazzjoni miġbura għandha tippermetti lill-ESMA tidentifika, għal kull aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata, servizzi paragunabbli u t-tariffi rispettivi tagħhom u għaldaqstant tiskopri xi devjazzjonijiet sinifikanti fit-tariffi imposti. L-ESMA tista’ wara dan, twettaq investigazzjonijiet sabiex tivverifika li kull tariffa bħal din tkun stabbilita skont il-politiki u l-proċeduri tal-ipprezzar legali u li d-differenzi fil-livelli tat-tariffi bbażati fuq id-differenzi fil-kostijiet huma konsistenti mal-prinċipji tal-kompetizzjoni ġusta, li ma jkunux dovuti għal kunflitti ta’ interess u li ma jiddependux fuq ir-riżultati jew l-eżitu tal-ħidma li tkun saret.

    (4)

    Il-politiki u l-proċeduri tal-ipprezzar għandhom jiġu rrapportati għal kull tip ta’ klassifikazzjoni. Għal finijiet ta’ rappurtar u għad-distinzjoni ċara bejn kull politika u proċedura tal-ipprezzar u l-aġġornamenti rispettivi tagħhom, kull verżjoni tal-politiki ta’ pprezzar bl-iskedi tariffarji rispettivi tagħha, tal-programmi ta’ tariffi u tal-proċeduri għandu jkollha numru ta’ identifikazzjoni. Għall-għanijiet l-oħrajn kollha, il-politiki tal-ipprezzar għandhom jinkludu l-istrutturi tariffarji kif ukoll il-kriterji tal-ipprezzar li jistgħu jiġu applikati mill-persuna jew persuni li qed jinnegozjaw it-tariffi li għandhom jitħallsu għal klassifikazzjoni ta’ kreditu individwali. Il-politiki tal-ipprezzar għandhom jinkludu wkoll kull frekwenza jew programmi tariffarji oħra li minnhom l-entità klassifikata jew l-abbonat jistgħu jibbenefikaw f’termini ta’ tariffi differenti imposti għal klassifikazzjoni individwali jew sett ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu. L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jirreġistraw l-istanzi kollha fejn il-politiki tal-ipprezzar, l-iskedi tariffarji, il-programmi u l-proċeduri tariffarji ma jkunux ġew applikati u l-istanzi kollha ta’ devjazzjonijiet mill-politika tal-ipprezzar kif applikata għal klassifikazzjoni ta’ kreditu individwali, b’identifikazzjoni ċara tal-klassifikazzjoni ta’ kreditu involuta.

    (5)

    L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li huma parti minn grupp, għandhom ikunu jistgħu jirrapportaw jew id-dejta dwar il-klassifikazzjonijiet tagħhom separatament lill-ESMA, jew jagħtu mandat lil xi aġenzija oħra ta’ klassifikazzjoni ta’ kreditu fi ħdan il-grupp biex din tissottometti d-dejta għan-nom tal-membri kollha tal-grupp li huma soġġetti għar-rekwiżiti tar-rapportar.

    (6)

    Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, l-“istrutturar ta’ ħruġ ta’ dejn” u “l-kwistjoni ta’ dejn” għandhom jinkludu strumenti finanzjarji jew assi oħra li jirriżultaw minn tranżazzjoni jew skema ta’ titolizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(61) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

    (7)

    Sabiex jippermettu lill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu reġistrati biex jiżviluppaw sistemi u proċeduri adegwati skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi pprovduti mill-ESMA u biex jiġu żgurati l-kompletezza u l-korrettezza tar-rapportar tad-dejta dwar it-tariffi, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati għandhom inizjalment jirrapportaw dwar id-dejta tat-tariffi individwali disa’ xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport inizjali għandu jsir fir-rigward ta’ dejta tat-tariffi mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Obbligu bħal dan ma għandux jiġi interpretat bħala kwittanza mill-obbligu fuq l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati biex jissottomettu informazzjoni perjodika dwar it-tariffi skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 1060/2009 fil-perjodu interim.

    (8)

    Il-politiki u l-proċeduri tal-ipprezzar għandhom jiġu pprovduti fuq bażi kontinwa b’tali mod li kull bidla materjali tiġi rrappurtata mingħajr dewmien żejjed wara l-adozzjoni tagħha u l-aktar tard sa 30 jum wara l-implimentazzjoni tagħha. L-informazzjoni li trid tiġi rrapportata għandha tinġabar f’format standard biex tippermetti lill-ESMA tirċievi u tipproċessa r-rekords awtomatikament fis-sistemi interni tagħha. Minħabba d-diffikultajiet tekniċi u l-progress tekniku maż-żmien, għadd ta’ struzzjonijiet tekniċi tar-rapportar dwar it-trasmissjoni jew il-format tal-fajls li għandhom jiġu sottomessi mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jista’ jkollhom jiġu aġġornati u kkomunikati mill-ESMA permezz ta’ komunikazzjonijiet jew linji gwida speċifiċi.

    (9)

    Fejn aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ma tikkonformax mar-rekwiżiti ta’ rappurtar tagħha, l-ESMA għandu jkollha s-setgħa li titlob l-informazzjoni permezz ta’ deċiżjoni maħruġa skont l-Artikolu 23b(3) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, jew li tieħu miżuri investigattivi oħrajn.

    (10)

    Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess lill-Kummissjoni mill-ESMA, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

    (11)

    L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa fir-rigward tal-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu dan ir-Regolament huwa bbażat, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prinċipji ġenerali

    1.   L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati jissottomettu t-tipi ta’ rapporti li ġejjin lill-ESMA:

    (a)

    il-politiki ta’ u l-proċeduri tal-ipprezzar kif stabbiliti fl-Artikolu 2;

    (b)

    dejta tat-tariffi għall-attivitajiet ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu pprovduti taħt il-mudell fejn l-emittent iħallas kif stabbilit fl-Artikolu 3(1);

    (c)

    dejta tat-tariffi għall-attivitajiet ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu pprovduti taħt il-mudell fejn l-abbonat jew l-investitur-iħallas kif stabbilit fl-Artikolu 3(2).

    2.   L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati jiżguraw l-eżattezza u l-kompletezza tal-informazzjoni u tad-dejta rapportati lill-ESMA.

    3.   Għal gruppi ta’ aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, il-membri ta’ kull grupp jistgħu jagħtu mandat lil membru wieħed biex jissottometti r-rapporti meħtieġa skont dan ir-Regolament f’isimhom. Kull aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li għan-nom tagħha jiġi sottomess rapport bħal dan għandha tiġi identifikata fid-dejta sottomessa lill-ESMA.

    Artikolu 2

    Il-politiki u l-proċeduri tal-ipprezzar

    1.   L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati jipprovdu lill-ESMA l-politiki tal-ipprezzar tagħhom, l-istruttura tariffarja jew l-iskedi tariffarji u l-kriterji tal-ipprezzar fir-rigward ta’ dawk l-entitajiet ikklassifikati jew l-istrumenti finanzjarji li fuqhom huma joħorġu l-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu u, fejn applikabbli, politiki tal-pprezzar li jirigwardaw is-servizzi anċillari.

    2.   L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati jiżguraw li għal kull tip ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu offrut, il-politiki tal-prezzijiet ikun fihom jew ikunu akkumpanjati mill-entrati li ġejjin:

    (a)

    l-ismijiet tal-persuni responsabbli għall-approvazzjoni u l-manutenzjoni tal-politiki tal-ipprezzar, l-iskedi tariffarji u/jew programmi tariffarji, inklużi dawk responsabbli għall-iffissar ta’ tariffi, l-identifikatur intern, il-funzjoni u d-dipartiment intern li għalihom il-persuni jappartjenu;

    (b)

    kull linja gwida interna għall-applikazzjoni tal-kriterji tal-ipprezzar fil-politiki tal-ipprezzar, kull skeda tariffarja u/jew programm tariffarju relatati mal-istabbiliment ta’ tariffi individwali;

    (c)

    deskrizzjoni dettaljata tal-firxa tariffarja jew l-iskeda tariffarja u l-kriterji applikabbli għat-tipi differenti ta’ tariffi, inklużi dawk stipulati fl-iskedi tariffarji;

    (d)

    deskrizzjoni dettaljata ta’ kull programm tariffarju, inkluż programm ta’ relazzjoni, il-frekwenza ta’ programm ta’ użu, programm ta’ lealtà, jew programm ieħor, u inklużi l-kriterji ta’ applikazzjoni u l-firxa tariffarja, li minnhom il-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu individwali jew sett ta’ klassifikazzjoni jistgħu jibbenefikaw f’termini tariffarji;

    (e)

    fejn applikabbli, il-prinċipji tal-ipprezzar u r-regoli li għandhom jintużaw kull meta jkun hemm relazzjoni jew konnessjoni bejn it-tariffi imposti għal servizzi ta’ klasifikazzjoni tal-kreditu u servizzi anċillari jew kull servizz ieħor ipprovdut lill-klijent, skont it-tifsira tat-tieni subparagrafu tal-punt 2 tal-Parti II tat-Taqsima E tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 (il-klijent), mill-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u/jew kull waħda mill-entitajiet li tappartjeni lill-grupp tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu skont it-tifsira tal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE (4), kif ukoll kull entità marbuta mal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jew kumpanija oħra tal-grupp tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;

    (f)

    l-ambitu ġeografiku tal-applikazzjoni tal-politika tal-ipprezzar, skeda tariffarja jew programm tariffarju f’dak li għandu x’jaqsam mal-lokazzjoni tal-klijenti u l-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jew l-aġenziji li japplikaw il-politika tal-ipprezzar, l-iskeda tariffarja jew il-programm tariffarju;

    (g)

    l-ismijiet tal-persuni awtorizzati biex jiffissaw tariffi u imposti oħra skont il-politika tal-ipprezzar rispettiva, skeda tariffarja jew programm tariffarju, inklużi dawk responsabbli għall-iffissar ta’ tariffi, l-identifikatur intern, il-funzjoni u d-dipartiment intern li għalihom jappartjenu l-persuni.

    3.   L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati jiżguraw li l-proċeduri tal-ipprezzar ikun fihom jew ikunu akkumpanjati mill-entrati li ġejjin:

    (a)

    l-ismijiet tal-persuni responsabbli għall-approvazzjoni u l-manutenzjoni tal-proċeduri li jimplimentaw il-politiki tal-ipprezzar, inklużi dawk responsabbli għall-iffissar ta’ tariffi, l-identifikatur intern, il-funzjoni u d-dipartiment intern li għalihom jappartjenu l-persuni;

    (b)

    deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri u l-kontrolli fis-seħħ biex dawn jiżguraw u jimmonitorjaw il-konformità stretta mal-politiki tal-ipprezzar;

    (c)

    deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri fis-seħħ għat-tnaqqis tat-tariffi jew biex b’mod ieħor wieħed jitbiegħed mill-iskedi tariffarji jew mill-programmi tariffarji;

    (d)

    l-ismijiet tal-persuni direttament responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-politiki tal-ipprezzar għal tariffi individwali, inkluż l-identifikatur intern, il-funzjoni u d-dipartiment intern li għalihom jappartjenu l-persuni;

    (e)

    l-ismijiet tal-persuni direttament responsabbli għall-iżgurar tal-konformità tat-tariffi individwali mal-politiki tal-ipprezzar, inkluż l-identifikatur intern, il-funzjoni u dipartiment intern li għalihom jappartjenu l-persuni;

    (f)

    deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li għandhom jiġu adottati f’każ ta’ ksur tal-politiki tal-ipprezzar, tal-iskedi tariffarji, il-programmi u l-proċeduri tariffarji;

    (g)

    deskrizzjoni dettaljata tal-proċedura għar-rappurtar lill-ESMA ta’ kull ksur materjali ta’ politiki jew proċeduri tal-ipprezzar li jista’ jirriżulta fi ksur tal-punt 3c tat-Taqsima B tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

    Artikolu 3

    Lista’ ta’ tariffi imposti fuq kull klijent

    1.   L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati li jipprovdu klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq mudell fejn l-emittent iħallas, jipprovdu lill-ESMA t-tariffi imposti fuqkull klijent għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu individwali u kull servizzi anċillari għal kull entità ġuridika kif ukoll dawk aggregati minn grupp ta’ kumpaniji.

    2.   L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati li jipprovdu klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq mudell fejn l-abbonat jew l-investitur iħallas, jipprovdu lill-ESMA, fuq bażi għal kull klijent, it-tariffi totali mħallsa għal servizzi bħal dawn kif ukoll għas-servizzi anċillari pprovduti.

    3.   Kull devjazzjoni mill-politiki jew mill-proċeduri tal-ipprezzar, jew in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ politika tal-ipprezzar, skeda tariffarja jew programm tariffarju, jew proċedura tal-ipprezzar għal klassifikazzjoni tiġi rreġistrata mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati, b’identifikazzjoni ċara tal-ispjegazzjonijiet ewlenin għad-devjazzjoni u l-klassifikazzjoni individwali involuti fil-format stipulat fit-Tabella 1 tal-Anness II. Dawn ir-rekords jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ESMA meta jintalbu.

    Artikolu 4

    It-tipi ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu

    L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jikklassifikaw il-klassifikazzjonijiet li jridu jiġu rrapportati skont it-tipi definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2 (5).

    Artikolu 5

    Dejta li għandha tiġi pprovduta

    1.   L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati jipprovdu lill-ESMA l-entrati stabbiliti fl-Artikolu 2(2) u (3), u d-dejta stipulata fit-Tabelli minn1 sa 4 tal-Anness I, kif ukoll il-politiki tal-ipprezzar, l-iskedi tariffarji, il-programmi u l-proċeduri tariffarji f’fajls separati.

    2.   L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati jipprovdu lill-ESMA bid-dejta stabbilita fit-Tabelli 1 u 2 tal-Anness II għad-dejta tariffarja dwar kull klassifikazzjoni tal-kreditu individwali maħruġa u t-tariffi imposti għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu u kull servizz anċillari għal kull klijent skont l-Artikolu 3(1).

    3.   L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati li pprovdew klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq il-mudell fejn l-abbonat jew l-investitur iħallas tipprovdi lill-ESMA d-dejta stipulata fit-Tabella 1 tal-Anness III għal kull klijent tas-servizzi ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu pprovduti, skont l-Artikolu 3(2).

    4.   Id-dejta speċifikata fit-Tabelli minn 1 sa 4 tal-Anness I, it-tabelli 1 u 2 tal-Anness II, u t-Tabella 1 tal-Anness III tiġi sottomessa lill-ESMA f’fajls separati.

    Artikolu 6

    Ir-rappurtar inizjali

    1.   Kull aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata tipprovdi d-dejta lill-ESMA billi timla t-tabelli minn 1 sa 4 tal-Anness I u fajls separati għall-politiki tal-ipprezzar, l-iskedi tariffarji, il-programmi u l-proċeduri tariffarji li hija qed tapplika għal kull tip ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li fih hija attiva, skont l-Artikolu 5(1), fi żmien 30 jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    2.   Ir-rapportar inizjali dwar it-tariffi msemmija fl-Artikolu 5(2) u (3) jiġi sottomess lill-ESMA disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u jinkludi d-dejta miġbura mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sat-30 ta’ Ġunju 2015.

    3.   It-tieni rapport dwar it-tariffi msemmi fl-Artikolu 5(2) u (3) jiġi sottomess lill-ESMA sal-31 ta’ Marzu 2016 u jinkludi d-dejta miġbura mill-1 ta’ Lulju 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015.

    Artikolu 7

    Ir-rappurtar kontinwu

    1.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ rappurtar inizjali stabbiliti fl-Artikolu 6, l-informazzjoni sottomessa skont l-Artikolu 5 tiġi sottomessa fuq bażi annwali sal-31 ta’ Marzu u tinkludi dejta u politiki tal-ipprezzar, skedi tariffarji, programmi tariffarji, u proċeduri tariffarji li jirrelataw mas-sena kalendarja preċedenti.

    2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, bidliet materjali għall-politiki tal-ipprezzar, l-iskedi tariffarji, il-programmi u l-proċeduri tariffarji jiġu rrappurtati lill-ESMA fuq bażi kontinwa mingħajr dewmien żejjed wara l-adozzjoni tagħhom u l-aktar tard sa 30 jum wara l-implimentazzjoni tagħhom.

    3.   L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati jinnotifikaw lill-ESMA minnufih dwar kull ċirkostanza eċċezzjonali li tista’ tipprevjeni jew iddewwem b’mod temporanju ir-rappurtar skont dan ir-Regolament.

    Artikolu 8

    Proċeduri tar-rapportar

    1.   L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati jissottomettu l-fajls tad-dejta skont l-istruzzjonijiet tekniċi pprovduti mill-ESMA u billi jużaw is-sistema ta’ rapportar stabbilita mill-ESMA.

    2.   L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati jaħżnu l-fajls tad-dejta mibgħuta u li jkunu waslu għand l-ESMA skont l-Artikolu 5 kif ukoll ir-rekords ta’ devjazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(3) f’forma elettronika għal mill-inqas ħames snin. Dawn il-fajls jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ESMA meta jintalbu.

    3.   Meta aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata tidentifika żbalji fattwali f’dejta li tkun ġiet irrapportata, tinforma lill-ESMA mingħajr dewmien żejjed u tikkoreġi d-dejta rilevanti skont l-istruzzjonijiet tekniċi pprovduti mill-ESMA.

    Artikolu 9

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f”Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

    (4)  Is-seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati, (ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1).

    (5)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2 tat-30 ta’ Settembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għas-sottomissjoni tal-informazzjoni li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jagħmlu disponibbli f’repożitorju ċentrali stabbilit mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (Ara l-paġna 24 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


    ANNESS I

    Tabella 1

    Ir-rappurtar ta’ politiki tariffarji għal kull klassi ta’ klassifikazzjoni fis-seħħ u aġġornamenti materjali sussegwenti

    Nru

    Isem il-każella

    Deskrizzjoni

    Tip

    Standard

    1

    Identifikatur tas-CRA (Credit Rating Agency)

    Kodiċi użata biex tidentifika l-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ rappurtar. Hija pprovduta mill-ESMA mar-reġistrazzjoni.

    Mandatorju

     

    2

    L-ambitu tas-CRA

    Identifikazzjoni tas-CRAs li japplikaw il-politika tal-ipprezzar

    Mandatorju

    ISO 17442

    3

    Identifikatur tal-politika tal-ipprezzar

    Identifikatur uniku tal-politika tal-ipprezzar li jinżamm. Il-bidliet kollha minbarra l-ambitu ta’ tipi ta’ klassifikazzjoni koperti mill-politika tal-ipprezzar għandhom iżżommu l-istess identifikatur uniku. Bidliet fl-ambitu jeħtieġu identifikatur tal-ippreżżar ġdid.

    Mandatorju

    L-identifikatur tal-politika tal-ipprezzar f’format “PP_[identifikatur intern tal-politika tal-ipprezzar]”

    4

    Data tal-validità tal-Politika tal-Ipprezzar

    Id-data li minnha l-politika tal-ipprezzar hija valida.

    Mandatorju

    Il-Format tad-Data skont l-ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

    5

    Data tat-tmiem tal-Politika tal-Ipprezzar

    Tmiem id-data ta’ validità tal-politika tal-ipprezzar.

    Mandatorju

    Il-Format tad-Data skont l-ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) jew 9999-01-01

    6

    Indikazzjoni ta’ mudell

    Indikazzjoni ta’ jekk il-politika tal-ipprezzar tirreferix għall-mudell “l-emittent iħallas” jew “l-investitur iħallas” jew “l-abbonat iħallas.” L-ESMA tifhem li s-CRAs jistgħu joperaw is-servizzi taħt aktar minn mudell wieħed u għalhekk huwa possibbli li politika tal-ipprezzar tkun tista’ tintuża għaż-żewġ tipi ta’ mudelli. F’tali każijiet I u S jistgħu jintgħażlu t-tnejn.

    Mandatorju

    “I” għall-mudell “l-emittent iħallas”, u/jew

    “S” għall-mudell l-“investitur iħallas” jew “l-abbonat iħallas”

    7

    Ambitu tal-iskala ta’ klassifikazzjoni

    Deskrizzjoni tat-tip ta’ klassifikazzjonijiet jew servizzi anċillari inklużi jew koperti mill-politika tal-ipprezzar.

    Mandatorju

    Indikazzjoni dwar jekk il-politika tal-ipprezzar tapplikax għal wieħed jew aktar minn:

    "Kollha",

    “C” għal klassifikazzjoni korporattiva (esklużi bonds koperti),

    “S” għal klassifikazzjoni sovrana u għal klassifikazzjoni ta’ finanzi pubbliċi,

    “T” għal klassifikazzjoni ta’ finanzjamenti strutturati,

    “B” għal klassifikazzjoni ta’ bonds koperti,

    “O” għal tipi oħra ta’ klassifikazzjoni,

    “A” għal servizzi anċillari.

    8

    Is-segmenti tal-industrija tal-politika tal-ipprezzar

    Għar-rappurtar ta’ klassifikazzjoni korporattiva indika jekk il-politika tal-ipprezzar tapplikax għal klassifikazzjoni f’wieħed minn dawn is-segmenti tal-industrija li ġejjin: (i) finanzjarju, (ii) tal-assigurazzjoni, (iii) korporattivi oħra

    Mandatorju

    Applikabbli biss jekk tiddaħħal l-ittra “C” fil-każella 7 “Ambitu tal-politika tal-ipprezzar”

    Indikazzjoni dwar jekk il-politika tal-ipprezzar tapplikax għal wieħed jew aktar minn:

    "Kollha",

    FI — għall-istituzzjonijiet finanzjarji inklużi l-banek, is-sensara u n-negozjanti,

    IN — għat-tip ta’ klassifikazzjoni tal-Assigurazzjoni,

    CO — għal emittenti Korporattivi li mhumiex parti mill-klassijiet FI jew IN.

    9

    Klassi ta’ assi tal-politika tal-ipprezzar

    Għar-rappurtar ta’ klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati indika jekk il-politika tal-ipprezzar tapplikax għal klassifikazzjonijiet f’wieħed minn dawn is-segmenti li ġejjin: (i) RMBS, (ii) ABS, (iii) CMBS, (iv) CDO, (v)ABCP, (vi) oħrajn.

    Mandatorju

    Applikabbli biss jekk tiddaħħal l-ittra”T” fil-każella 7 “Kamp ta’ applikazzjoni tal-politika tal-ipprezzar”

    Indika jekk il-politika tal-ipprezzar tapplikax għal wieħed jew aktar minn:

    "Kollha",

    “RMBS” għal klassifikazzjonijiet RMBS;

    “ABS” għal klassifikazzjonijiet ABS,

    “CMBS” għal klassifikazzjonijiet CMBS,

    “CDO” għal klassifikazzjonijiet CDO,

    “ABCP” għal klassifikazzjonijiet ABCP,

    “OTH” oħrajn

    10

    Settur

    Għar-rappurtar ta’ klassifikazzjonijiet sovrani u tal-finanzi pubbliċi indika jekk il-politika tal-ipprezzar tapplikax għal klassifikazzjonijiet f’wieħed minn dawn is-segmenti li ġejjin: (i) Klassifikazzjoni mill-Istat, (ii) klassifikazzjoni ta’ awtorità lokali jew reġjonali, (iii) Organizzazzjonijiet supranazzjonali (għajr istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali), (iv) entitajiet pubbliċi, (v) Istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali.

    Mandatorju

    Applikabbli biss jekk tiddaħħal l-ittra “S” fil-każella 7 “Kamp ta’ applikazzjoni tal-politika tal-ipprezzar”

    Indika jekk il-politika tal-ipprezzar tapplikax għal wieħed jew aktar minn:

    "Kollha",

    “SV” — Klassifikazzjoni tal-istat

    “SM” — Klassifikazzjoni ta’ awtorità lokali jew reġjonali

    “SO” — Klassifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet supranazzjonali għajr “IF”

    “PE” — Klassifikazzjoni ta’ entitajiet pubbliċi

    “IF” — Istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali

    11

    Politika tal-ipprezzar preċedenti

    L-identifikazzjoni tal-politika tal-ipprezzar ta’ qabel li l-politika attwali qed tissostitwixxi.

    Mandatorju

    Applikabbli jekk il-politika tal-ipprezzar attwali tbiddel il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ politika tal-ipprezzar preċedenti

    L-identifikatur tal-politika tal-ipprezzar f’format “PP_[identifikatur intern tal-politika tal-ipprezzar]”

    12

    Isem il-fajl tal-politika tal-ipprezzar

    Isem il-fajl tal-politika tal-ipprezzar. Jiġu rrappurtati f’format ZIP

    Mandatorju

     


    Tabella 2

    Ir-rappurtar ta’ skedi tariffarji għal kull klassi ta’ klassifikazzjoni fis-seħħ u aġġornamenti materjali sussegwenti

    Nru.

    Isem il-każella

    Deskrizzjoni

    Tip

    Standard

    1

    Identifikatur tas-CRA (Credit Rating Agency)

    Kodiċi użata biex tidentifika l-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ rappurtar. Hija pprovduta mill-ESMA mar-reġistrazzjoni.

    Mandatorju

     

    2

    L-ambitu tas-CRA

    Identifikazzjoni tas-CRAs li japplikaw l-iskeda tariffarja.

    Mandatorju

    ISO 17442

    3

    Identifikatur tal-iskeda tariffarja

    Identifikatur uniku tal-iskeda tariffarja li għandha tinżamm maż-żmien. Il-bidliet kollha minbarra l-ambitu tat-tipi ta’ klassifikazzjoni koperti mill-iskeda tariffarji għandhom iżommu l-istess identifikatur uniku. Bidliet fl-ambitu jitolbu identifikatur ġdid għall-iskeda tariffarja.

    Mandatorju

    Identifikatur għall-iskeda tariffarja fil-format “FS_[identifikatur għall-iskeda tariffarja intern]”

    4

    Identifikatur tal-politika tal-ipprezzar

    Identifikazzjoni tal-politika tal-ipprezzar li l-iskeda tariffarja hija maħsuba li timplementa. Dan l-identifikatur tal-politika tal-ipprezzar għandu jikkorrispondi mal-identifikatur(i) stabbilit(i) skont it-Tabella 1 tal-Anness I.

    Mandatorju

    L-identifikatur tal-politika tal-ipprezzar f’format “PP_[identifikatur tal-politika tal-ipprezzar intern]”

    5

    Data tal-validità tal-iskeda tariffarja

    Id-data minn meta l-iskeda tariffarja hija valida.

    Mandatorju

    Il-format tad-Data skont l-ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

    6

    Data ta’ tmiem l-iskeda tariffarja

    Data ta’ tmiem il-validità tal-iskeda tariffarja

    Mandatorju

    Il-Format tad-Data skont l-ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) jew 9999-01-01

    7

    Indikazzjoni ta’ mudell

    Indikazzjoni dwar jekk l-iskeda tariffarja tirrigwardax il-klassifikazzjoni fejn l-emittent iħallas jew il-mudell fejn l-investitur iħallas.

    Mandatorju

    “I” għall-mudell “l-emittent iħallas”

    “S” għall-mudell l-“investitur iħallas” jew “l-abbonat iħallas”

    8

    Ambitu tat-tip ta’ klassifikazzjoni tal-iskeda tariffarja

    Deskrizzjoni tat-tip ta’ klassifikazzjonijiet jew servizzi anċillari inklużi fl-iskeda tariffarja.

    Mandatorju

    Indikazzjoni dwar jekk l-iskeda tariffarja tapplikax għal wieħed jew aktar minn:

    All-

    “C” għal klassifikazzjonijiet korporattivi (esklużi bonds koperti);

    “S” għal klassifikazzjonijiet sovrani u għal klassifikazzjonijiet ta’ finanzi pubbliċi;

    “T” għal klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati

    “B” għal klassifikazzjonijiet ta’ bonds koperti

    “O” għal tipi oħra ta’ klassifikazzjonijiet

    “A” għal servizzi anċillari

    9

    Is-segment tal-industrija tal-iskeda tariffarja

    Għar-rappurtar ta’ klassifikazzjonijiet korporattivi indika jekk l-iskeda tariffarja tapplikax għal klassifikazzjonijiet f’xi waħda minn dawn is-segmenti tal-industrija: (i) finanzjarju, (ii) tal-assigurazzjoni, (iii) korporattivi oħra

    Mandatorju

    Applikabbli biss jekk tiddaħħal l-ittra “C” fil-kaxxa 8 “Ambitu tat-tip ta’ klassifikazzjoni tal-iskeda tariffarja”

    Indikazzjoni dwar jekk l-iskeda tariffarja tapplikax għal wieħed jew aktar minn:

    "Kollha",

    “FI” - għall-istituzzjonijiet finanzjarji inklużi l-banek, is-sensara u n-negozjanti,

    “IN” — għat-tip ta’ klassifikazzjoni tal-Assigurazzjoni,

    “CO” — għal mittenti Korporattivi li mhumiex parti mill-klassijiet FI jew IN.

    10

    Klassi ta’ assi tal-iskeda tariffarja

    Għar-rappurtar ta’ klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati indika jekk l-iskeda tariffarja tapplikax għal klassifikazzjonijiet f’wieħed mis-segmenti li ġejjn: (i) RMBS, (ii) ABS, (iii) CMBS, (iv) CDO, (v)ABCP, (vi) oħrajn.

    Mandatorju

    Applikabbli biss jekk tiddaħħal l-ittra”T” fil-kaxxa 8 “Kamp ta’ applikazzjoni tat-tip ta’ klassifikazzjoni tal-iskedi tariffarji”

    Indikazzjoni dwar jekk l-iskeda tariffarja tapplikax għal wieħed jew aktar minn:

    "Kollha",

    “RMBS” għal klassifikazzjonijiet RMBS,

    “ABS” għal klassifikazzjonijiet ABS,

    “CMBS” għal klassifikazzjonijiet CMBS,

    “CDO” għal klassifikazzjonijiet CDO,

    “ABCP” għal klassifikazzjonijiet ABCP,

    “OTH” oħrajn

    11

    Il-kaxxa tal-iskeda tariffarja

    Għar-rappurtar ta’ klassifikazzjonijiet sovrani u tal-finanzi pubbliċi indika jekk l-iskeda tariffarja tapplikax għal klassifikazzjonijiet f’wieħed minn dawn is-segmenti li ġejjin: Klassifikazzjoni mill-Istat, (ii) Klassifikazzjoni ta’ awtorità lokali jew reġjonali, (iii) organizzazzjonijiet supranazzjonali (għajr istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali), (iv) entitajiet pubbliċi, (v) Istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali.

    Mandatorju

    Applikabbli biss jekk tiddaħħal l-ittra “T” fil-kaxxa 8 “Ambitu tat-tip ta’ klassifikazzjoni tal-iskedi tariffarji”

    Indikazzjoni dwar jekk l-iskeda tariffarja tapplikax għal wieħed jew aktar minn:

    "Kollha",

    “SV” — Klassifikazzjoni mill-Istat

    “SM” — Klassifikazzjoni ta’ awtorità lokali jew reġjonali

    “SO” — Klassifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet supranazzjonali għajr jekk “IF”

    “PE” — Klassifikazzjoni ta’ entitajiet pubbliċi.

    “IF” — Istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali.

    12

    Subassi tal-iskeda tariffarja

    Jiddefinixxi l-klassijiet sub-assi għall-klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamentii strutturati.

    Mandatorju

    Applikabbli biss jekk tiddaħħal l-ittra “T” fil-kaxxa 8 u l-kliem “Klassi ta’ assi” = “ABS” jew “RMBS” jew “CDO” jew “OTH”.

    Indikazzjoni dwar jekk l-iskeda tariffarja tapplikax għal wieħed jew aktar minn:

    “Kollha”,

    CCS — Jekk ABS: Titoli garantiti b’riċevibbli tal-karti ta’ kreditu,

    ALB — Jekk ABS: Titoli garantiti b’self fuq karozzi,

    CNS — Jekk ABS: Titolu garantit b’selfa għall-konsum,

    SME — Jekk ABS: Titoli garantiti b’self ta’ intrapriżi żgħar u medji,

    LES — Jekk ABS: Titoli garantiti b’kuntratti ta’ lokazzjoni lil individwi jew negozji,

    HEL — Jekk RMBS: Selfiet fuq l-ekwità tad-dar,

    PRR — Jekk RMBS: Titolu abbażi ta’ ipoteka residenzjali prima,

    NPR — Jekk RMBS: Titolu abbażi ta’ ipoteka residenzjali mhux prima,

    CFH — Jekk CDO: Fluss ta’ flus jew CDO/CLO ibridi,

    SDO — Jekk CDO: CDO/CLO sintetiċi,

    MVO — Jekk CDO: CDO tal-valur tas-suq,

    SIV — Jekk OTH: veikoli ta’ investiment strutturati,

    ILS — Jekk OTH: titoli marbuta ma’ assigurazzjoni,

    DPC — Jekk OTH: kumpaniji ta’ prodotti ta’ derivattivi,

    SCB — Jekk OTH: bonds koperti strutturati,

    OTH — Oħrajn

    13

    Skeda Tariffarja preċedenti

    L-identifikazzjoni tal-iskeda tariffarja ta’ qabel li l-iskeda tariffarja attwali qed tissostitwixxi.

    Applikabbli jekk l-iskeda tariffarja attwali tbiddel il-kamp tal-applikazzjoni ta’ skeda tariffarja preċedenti

    Identifikatur tal-iskeda tariffarja fil-format “FS_ [Identifikatur tal-iskeda tariffarja intern]”

    14

    Isem il-fajl tal-iskeda tariffarja

    Isem il-fajl tal-iskeda tariffarja Għandhom jiġu rrappurtati f’format zip

    Mandatorju

     


    Tabella 3

    Rappurtar ta’ programmi tariffarji għal kull klassi ta’ klassifikazzjoni fis-seħħ u aġġornamenti materjali sussegwenti

    Nru

    Isem il-kaxxa

    Deskrizzjoni

    Tip

    Standard

    1

    Identifikatur tas-CRA

    Kodiċi użata biex tidentifika l-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ rappurtar. Hija pprovduta mill-ESMA mar-reġistrazzjoni.

    Mandatorju

     

    2

    L-ambitu tas-CRA

    Identifikazzjoni tas-CRAs li japplikaw il-programm tariffarju.

    Mandatorju

    ISO 17442

    3

    Identifikatur tal-programm tariffarju

    Identifikatur uniku tal-programm tariffarju li jinżamm matul iż-żmien. Il-bidliet kollha minbarra l-ambitu ta’ tipi ta’ klassifikazzjoni jew tip ta’ programm kopert mill-programm tariffarju għandhom iżommu l-istess identifikatur uniku. Bidliet fl-ambitu jeħtieġu identifikatur tal-programm tariffarju ġdid.

    Mandatorju

    Identifikatur tal-programm tariffarju fil-format “FP_[identifikatur tal-programm tariffarju intern]”

    4

    Identifikatur tal-politika tal-ipprezzar

    Identifikazzjoni ta’ politika tal-ipprezzar li l-programm tariffarju huwa maħsub li jimplimenta. Dan l-identifikatur tal-politika tal-ipprezzar għandu jikkorrispondi mal-identifikatur(i) stabbilit(i) skont it-Tabella 1 tal-Anness I.

    Mandatorju

    Identifikatur tal-politika tal-ipprezzar f’format “PP_ [identifikatur tal-politika tal-ipprezzar intern]”

    5

    Data tal-validità tal-programm tariffarju

    Id-data minn meta l-programm tariffarju huwa validu.

    Mandatorju

    Il-Format tad-Data skont l-ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

    6

    Data tat-tmiem tal-programm tariffarju

    L-aħħar data tal-validità tal-programm tariffarju.

    Mandatorju

    Il-Format tad-Data skont l-ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) jew 9999-01-01

    7

    Indikazzjoni ta’ mudell

    Indikazzjoni dwar jekk il-programm tariffarju jirrigwardax il-mudell ta’ klassifikazzjonijiet fejn l-emittent iħallas, il-mudell fejn l-investitur iħallas jew dak fejn l-abbonat iħallas.

    Mandatorju

    “I” għal mudell “l-emittent iħallas”, u/jew

    “S” għall-mudell l-“investitur iħallas” jew “l-abbonat iħallas”

    8

    L-ambitu tat-tip ta’ klassifikazzjoni tal-programm tariffarju

    Deskrizzjoni tat-tip ta’ klassifikazzjonijiet jew servizzi anċillari inklużi fil-programm tariffarju.

    Mandatorju

    Indikazzjoni dwar jekk il-programm tariffarju japplikax għal wieħed jew aktar minn:

    "Kollha",

    “C” għal klassifikazzjonijiet korporattivi (esklużi bonds koperti),

    “S” għal klassifikazzjonijiet sovrana u għal klassifikazzjonijiet ta’ finanzi pubbliċi,

    “T” għal klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati,

    “B” għal klassifikazzjoni ta’ bonds koperti,

    “O” għal tipi oħra ta’ klassifikazzjoni,

    “A” għal servizzi anċillari

    9

    Is-segment tal-industrija tal-programm tariffarju.

    Għar-rappurtar ta’ klassifikazzjonijiet korporattivi indika jekk il-programm tariffarju japplikax għal klassifikazzjonijiet f’xi waħda minn dawn is-segmenti tal-industrija: (i) finanzjarju, (ii) tal-assigurazzjoni, (iii) korporattivi oħra

    Mandatorju

    Applikabbli biss jekk tiddaħħal l-ittra “C” fil-kaxxa 8 “Ambitu tal-programm tariffarju”

    Indikazzjoni dwar jekk il-programm tariffarju japplikax għal wieħed jew aktar minn:

    "Kollha",

    FI - għall-istituzzjonijiet Finanzjarji inklużi l-banek, is-sensara u n-negozjanti,

    IN - għat-tip ta’ klassifikazzjoni tal-Assigurazzjoni,

    CO - għal emittenti Korporattivi li mhumiex parti mill-klassijiet FI jew IN.

    10

    Klassi ta’ assi tal-programm tariffarju

    Għar-rappurtar ta’ klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati indika jekk il-programm tariffarju japplikax għal klassifikazzjonijiet f’wieħed mis-segmenti li ġejjn: (i) RMBS, (ii) ABS, (iii) CMBS, (iv) CDO, (v) ABCP, (vi) oħrajn.

    Mandatorju

    Applikabbli biss jekk tiddaħħal l-ittra “T” fil-kaxxa 8 “Ambitu tal-klassifikazzjoni tal-programm tariffarju”

    Indikazzjoni dwar jekk il-programm tariffarju japplikax għal wieħed jew aktar minn:

    "Kollha",

    “RMBS” għal klassifikazzjonijiet RMBS,

    “ABS” għal klassifikazzjonijiet ABS,

    “CMBS” għal klassifikazzjonijiet CMBS,

    “CDO” għal klassifikazzjonijiet CDO,

    “ABCP” għal klassifikazzjonijiet ABCP,

    “OTH” oħrajn

    11

    Il-kaxxa tal-programm tariffarju

    Għar-rappurtar ta’ klassifikazzjonijiet ta’-finanzi sovrani u pubbliċi indika jekk il-programm tariffarju japplikax għal klassifikazzjonijiet f’wieħed minn dawn is-segmenti li ġejjin: (i) Klassifikazzjoni tal-Istat, (ii) Klassifikazzjoni ta’ awtorità lokali jew reġjonali, (iii) organizzazzjonijiet supranazzjonali (għajr istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali), (iv) entitajiet pubbliċi, (v) istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali.

    Mandatorju

    Applikabbli biss jekk tiddaħħal l-ittra “S” fil-kaxxa 8 “Ambitu tat-tip ta’ klassifikazzjoni tal-programm tariffarju”

    Indikazzjoni dwar jekk il-programm tariffarju japplikax għal wieħed jew aktar minn:

    "Kollha",

    “SV” — Klassifikazzjoni mill-Istat

    “SM” — Klassifikazzjoni ta’ awtorità lokali jew reġjonali

    “SO” — Klassifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet supranazzjonali għajr jekk “IF”

    “PE” — Klassifikazzjoni ta’ entitajiet pubbliċi.

    “IF” — Istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali.

    12

    Subassi tal-programm tariffarju

    Jiddefinixxi l-klassijiet sub-assi għall-klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati.

    Mandatorju

    Applikabbli biss jekk tiddaħħal l-ittra “T” fil-kaxxa 8 u l-kliem “Klassi ta’ assi” = “ABS” jew “RMBS” jew “CDO” jew “OTH”.

    Indikazzjoni dwar jekk il-programm tariffarju japplikax għal wieħed jew aktar minn:

    “Kollha”,

    CCS - Jekk ABS: Titoli garantiti b’riċevibbli tal-karti ta’ kreditu,

    ALB - Jekk ABS: Titoli garantiti b’self fuq karozzi,

    CNS - Jekk ABS: Titolu garantit b’selfa għall-konsum,

    SME - Jekk ABS: Titoli garantiti b’self ta’ intrapriżi żgħar u medji,

    LES - Jekk ABS: Titoli garantiti b’kuntratti ta’ lokazzjoni lil individwi jew negozji,

    HEL - Jekk RMBS: Selfiet fuq l-ekwità tad-djar,

    PRR - Jekk RMBS: RMBS prima,

    NPR - Jekk RMBS: RMBS mhux prima,

    CFH - Jekk CDO: Fluss ta’ flus u CDO/CLO ibridi,

    SDO - Jekk CDO: CDO/CLO sintetiċi,

    MVO — Jekk CDO: CDO tal-valur tas-suq,

    SIV — Jekk OTH: veikolu ta’ investiment strutturati,

    ILS — Jekk OTH: titoli marbuta ma’ assigurazzjoni,

    DPC — Jekk OTH: kumpaniji ta’ prodotti ta’ derivattivi,

    SCB — Jekk OTH: bonds koperti strutturati,

    OTH — Oħrajn

    13

    Tip ta’ programm inkluż

    Deskrizzjoni tat-tip ta’ programm inkluż fil-programm tariffarju, bħal pereżempju jekk ikun relatat ma’ u/jew jinkludi programm tal-frekwenza tal-użu, programm ta’ lealtà, programmi multi-issuance, xiri ta’ pakkett jew klassifikazzjonijiet ta’ kreditu jew tipi oħra ta’ programmi.

     

    Indika jekk il-programm tariffarju japplikax għal wieħed jew aktar minn:

    "Kollha",

    “F” frekwenza tal-użu,

    “L” programm ta’ lealtà,

    “M” programmi multi-issuance,

    “B” għal xiri ta’ pakkett ta’ għadd predefinit ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu,

    “OTH” tipi oħra ta’ programm tariffarju

    14

    Programm tariffarju preċedenti

    L-identifikazzjoni tal-programm tariffarju ta’ qabel li l-programm tariffarju attwali qed jissostitwixxi.

    Mandatorju

    Applikabbli jekk il-programm tariffarju attwali jbiddel l-ambitu tal-applikazzjoni ta’ programm tariffarju preċedenti.

    Identifikatur tal-programm tariffarju fil-format “FP_[identifikatur tal-programm tariffarju intern]”

    15

    Skeda/skedi tariffarja/i

    Numru uniku ta’ identifikazzjoni ta’ kull skeda tariffarja applikabbli jew marbut mal-programm tariffarju. Dan l-identifikatur tal-iskeda tariffarja għandu jikkorrispondi mal-identifikatur(i) stabbilit/i skont it-Tabella 2 tal-Anness I.

    Mandatorju

    jekk applikabbli

    Identifikatur tal-iskeda tariffarja fil-format “FS_ [identifikatur tal-iskeda tariffarja intern]”

    16

    Isem il-fajl tal-programm tariffarju

    Isem il-fajl tal-politika tal-programm tariffarju Għandu jiġi rrappurtat f’format ZIP

    Mandatorju

     


    Tabella 4

    Ir-rappurtar tal-proċeduri tal-ipprezzar fis-seħħ u aġġornamenti materjali sussegwenti

    Nru

    Isem il-kaxxa

    Deskrizzjoni

    Tip

    Standard

    1

    Identifikatur tas-CRA

    Kodiċi użata biex tidentifika l-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ rappurtar. Hija prevista mill-ESMA mar-reġistrazzjoni.

    Mandatorju.

     

    2

    L-ambitu tas-CRA

    Identifikazzjoni tas-CRAs li japplikaw il-proċedura tal-ipprezzar.

    Mandatorju.

    ISO 17442

    3

    Il-proċedura tal-identifikazzjoni

    Identifikatur uniku tal-proċedura tal-ipprezzar li għandu jinżamm matul iż-żmien.

    Mandatorju.

     

    4

    Identifikatur tal-politika tal-ipprezzar

    L-identifikazzjoni tal-politika jew tal-politiki tal-ipprezzar li l-proċedura tal-ipprezzar hija maħsuba biex timplimenta. Dan l-identifikatur tal-politika tal-ipprezzar għandu jikkorrispondi mal-identifikatur(i) stabbilit(i) fit-Tabella 2 tal-Anness I.

    Mandatorju.

    L-identifikatur tal-politika tal-ipprezzar fil-format “PP_ [identifikatur tal-politika tal-ipprezzar intern]”

    5

    Identifikatur tal-iskeda tariffarja

    Identifikazzjoni tal-iskeda (i) li l-proċedura tal-ipprezzar hija maħsuba li timplementa. Dan l-identifikatur tal-iskeda tariffarja għandu jikkorrispondi mal-identifikatur(i) stabbilit/i fit-Tabella 2 tal-Anness I.

    Mandatorju.

    Jekk applikabbli.

    Identifikatur tal-iskeda tariffarja fil-format “FS_ [identifikatur skeda ta’ tariffi interni]”

    6

    Identifikatur tal-programm tariffarju

    Identifikazzjoni tal-programm tariffarju/tal-programmi tariffarji li l-proċedura tal-ipprezzar hija maħsuba li timplimenta. Dan l-identifikatur tal-programm tariffarju għandu jikkorrispondi għall-identifikatur(i) stabbilit/i fit-Tabella 3 tal-Anness I.

    Mandatorju.

    Jekk applikabbli.

    Identifikatur tal-programm tariffarju fil-format “FP_[identifikatur tal-programm tariffarju intern]”

    7

    Data tal-validità tal-proċedura tal-ipprezzar

    Id-data li minnha l-proċedura tal-ipprezzar hi valida.

    Mandatorju.

    Il-format tad-data skont l-ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

    8

    Data tat-tmiem tal-proċedura tal-ipprezzar

    Data tat-tmiem tal-validità tal-proċedura tal-ipprezzar

    Mandatorju.

    Il-Format tad-Data skont l-ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) jew 9999-01-01

    9

    Isem il-fajl tal-proċedura tal-ipprezzar

    Isem il-fajl tal-proċedura tal-ipprezzar Għandu jiġi rrappurtat f’format ZIP

    Mandatorju.

     


    ANNESS II

    Tabella 1

    Dejta li għandha tiġi rapportata lill-ESMA għal kull klassifikazzjoni tal-kreditu individwali assenjata taħt il-mudell fejn l-emittent iħallas

    Nru

    Isem il-kaxxa

    Deskrizzjoni

    Tip

    Standard

    1

    Identifikatur tas-CRA

    Kodiċi użata biex tidentifika l-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ rappurtar. Hija prevista mill-ESMA mar-reġistrazzjoni.

    Mandatorju.

     

    2

    Sena ta’ rappurtar

    Is-sena kalendarja li għaliha jirreferi l-perjodu ta’ rappurtar.

    Mandatorju.

    Format: SSSS

    3

    Identifikatur tal-klassifikazzjoni

    Identifikatur uniku tal-klassifikazzjoni. Għandu jinżamm l-istess matul iż-żmien u jkun jikkorrispondi mal-identifikatur irrappurtat skont ir-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/2

    Mandatorju.

    4

    Data tal-bidu tal-klassifikazzjoni tal-kuntratt

    Data tal-kuntratt inizjali għas-servizz ta’ klassifikazzjoni. Tipikament ikun jikkorrispondi għad-data li fiha t-tariffi għas-servizzi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu huma stabbiliti.

    Mandatorju.

    Il-Format tad-Data u l-Ħin Estiżi skont l-ISO 8601: SSSS-XX-JJ

    5

    Skeda tariffarja użata

    Identifikatur uniku tal-iskeda tariffarja li taħtha ġew stabbiliti t-tariffi. Dan l-identifikatur tal-iskeda tariffarja għandu jikkorrispondi għall-identifikatur (i) stabbilit/i fit-Tabella 2 tal-Anness I. Fejn l-ebda skeda tariffarja ma ntużat biex jiġi ffissat il-prezz, irid jintuża l-identifikatur tal-politika tal-ipprezzar. Dan l-identifikatur tal-politika tal-ipprezzar għandu jikkorrispondi mal-identifikatur(i) stabbilit(i) fit-Tabella 1 tal-Anness I.

    Jekk ma ġew applikati la politika tal-ipprezzar u lanqas skeda tariffarja, għandha tintuża “N”.

    Mandatorju.

    Skeda tariffarja f’format “FS [identifikatur ta’ skeda tariffarja intern]” jew identifikatur ta’ politika tal-ipprezzar fil-format “PP_ [identifikatur tal-politika tal-ipprezzar intern]”

    “N” Mhux applikat

    6

    Persuna(i) responsabbli għall-ipprezzar

    Identifikatur intern assenjat mis-CRA lill-persuna (i) responsabbli għall-iffissar tat-tariffi li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni, jew billi tiġi applikata l-iskeda tariffarja applikabbli u/jew il-programm tariffarju jew il-persuna li tapprova l-eċċezzjonijiet jew l-iskontijiet fl-iskeda tariffarja u/jew fil-programm tariffarju.

    Mandatorju.

    L-identifikatur intern tal-persuna responsabbli

    7

    Identifikatur tal-Klijenti

    Kodiċi uniku assenjat mis-CRA biex jidentifika l-Klijent. Tipikament dan għandu jikkorrispondi mal-emittent tal-istrument jew l-entità, iżda fl-ebda każ m’għandu jtkun SPV. Għal strumenti Finanzjarji Strutturati l-kodiċi uniku għandu jidentifika l-oriġinatur jew l-entità oħra li mil-lat ekonomiku (eż. l-arranġatur), direttament jew indirettament permezz ta’ SPV jew SIV, effettivament jinnegozja t-tariffi mal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Dan għandu jikkorrispondi għal Klijent Identifikatur wieħed identifikat fit-Tabella 2 tal-Anness II.

    Mandatorju.

     

    8

    Indikazzjoni dwar jekk il-klassifikazzjoni individwali bbenefikatx minn eżenzjoni tariffarja jew minn tnaqqis tariffarju

    Ċerti klassifikazzjonijiet tal-kreditu jistgħu ma jħallsux tariffa diretta individwali/jew jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis billi l-klijent seta’ ħallas għal sett ta’ klassifikazzjonijiet, ammont nominali ta’ ħruġ annwali (jew perjodu stabbilit ieħor), tariffa fissa, jew ikun parti minn “pakkett” ta’ klassifikazzjonijiet (“Tariffa ta’ Grupp”). Din il-kaxxa tidentifika jekk il-klassifikazzjoni individwali hijiex koperta minn tali arranġament mal-Klijent.

    Mandatorju.

    “C” — kopert minn ftehim ta’ Tariffa ta’ Grupp

    “N” mhux kopert minn ftehim ta’ Tariffa ta’ Grupp

    9

    L-ammont totali ta’ tariffi ċċarġjati

    Jidentifika l-ammont totali ta’ tariffi ċċarġjati għall-klassifikazzjoni matul is-sena kalendarja preċedenti ta’ rappurtar. Fejn ma tħallset l-ebda tariffa għall-klassifikazzjoni tal-kreditu individwali l-ammont għandu jkun ta’ 0 għal kulħadd minbarra għal wieħed mill-klassifikazzjonijiet li jibbenefika mit-Tariffa ta’ Grupp.

    Mandatorju.

    Ammont f’EUR

    10

    Ammont ta’ tariffi inizjali mħallsa

    Jidentifika l-ammont ta’ tariffi inizjali/bil-quddiem debitati matul is-sena kalendarja preċedenti ta’ rappurtar.

    Mandatorju.

    Ammont f’EUR

    11

    Tariffi ta’ sorveljanza mħallsa

    Jidentifika t-tariffi ta’ sorveljanza/monitoraġġ annwali fatturati għas-sena kalendarja ta’ qabel.

    Mandatorju.

    Ammont f’EUR

    12

    Tariffi oħra ċċarġjati għas-servizz ta’ klassifikazzjoni

    Jidentifika t-total ta’ tariffi oħra jew ta’ kumpens iffatturat fis-sena kalendarja ta’ qabel.

    Jekk applikabbli.

    Ammont f’EUR

    13

    Deskrizzjoni ta’ tariffi oħra

    Indikazzjoni dwar jekk it-tariffi fatturati kinux jinkludu kwalunkwe korrispettiv jew tariffa għal talba globali rapida mill-Klijent għas-servizz ta’ klassifikazzjoni.

    Mandatorju.

    Applikabbli jekk “Imposti oħra ċċarġjati” imtliet b’reazzjoni għall-kaxxa “Tariffi oħra ċċarġjati għal servizzi ta’ klassifikazzjoni” (il-kaxxa 12).

    “Y” — fejn kienet tapplika tariffa ta’ rapidità

    “N” — fejn ma kienet tapplika l-ebda tariffa ta’ rapidità

    14

    Rabtiet ta’ negozjati ma’ klassifikazzjonijiet oħra

    Tidentifika jekk in-negozjati tariffarji ta’ klassifikazzjoni kinux marbuta ma’ klassifikazzjonijiet oħra eżistenti tal-Klijent u jekk wasslux għal varjazzjonijiet fit-tariffi finali applikati u mħallsa mill-Klijent. Dan ikun jinkludi servizzi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu pprovduti fir-rigward ta’ veikoli stabbiliti biex jiffaċilitaw il-ħruġ, bħal programm tal-MTN.

    Mandatorju.

    “Y” għal Iva

    “N” għal Le

    15

    Identifikazzjoni tal-klassifikazzjoni(jiet) konnessa/i

    Identifikatur uniku tal-klassifikazzjoni(jiet) marbuta mal-klassifikazzjoni li qed tiġi rapportata (pereżempju, fil-każ ta’ finanzjament strutturat, mudell ta’ struttura ta’ fiduċjarju u s-serje tiegħu)

    Mandatorju.

    Applikabbli jekk “Y” ġiet mimlija b’reazzjoni għal każella 14.

    Lista ta’ identifikaturi

    16

    Programm tariffarju

    Indikazzjoni dwar jekk il-Klijent jibbenifikax minn tariffi individwali aktar baxxi minn programm imsejjes fuq frekwenza tal-użu jew minn programm tariffarju ieħor.

    Mandatorju.

    “Y” għal Iva

    “N” għal Le

    17

    Identifikazzjoni tal-programm tariffarju

    Identifikazzjoni tal-programm tariffarju li taħtu hija pprezzata l-klassifikazzjoni. Għandha tidentifika l-programm tariffarju li jrid jaqbel mal-identifikatur stabbilit fil-programm tariffarju applikabbli stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness I.

    Mandatorju jekk tniżżlet “Y” fil-każella 16.

    Identifikatur tal-programm tariffarju fil-format “FP_[identifikatur tal-programm tariffarju intern]”


    Tabella 2

    Id-dejta li trid tiġi pprovduta lill-ESMA għal tariffi rċevuti fuq bażi għal kull klijent għas-servizzi ta’ klassifikazzjoni u s-servizzi anċillari

    Nru

    Isem il-każella

    Deskrizzjoni

    Tip

    Standard

    1

    Identifikatur tas-CRA

    Kodiċi użata biex tidentifika l-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ rappurtar. Hija prevista mill-ESMA mar-reġistrazzjoni.

    Mandatorju.

     

    2

    Identifikatur tal-klijenti

    Kodiċi unika assenjata mis-CRA biex tidentifika l-Klijent. Il-klijenti jistgħu jkunu emittenti, entitajiet klassifikati u/jew oriġinaturi, u/jew jinkludu entitajiet li mil-lat ekonomiku, direttament jew indirettament permezz ta’ SPV jew SIV, jinnegozjaw it-tariffi mal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-kuntest ta’ arranġamenti ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. Għal raġunijiet ta’ kjarifika għandu jiġi nnutat li fl-ebda każ Klijent ma jista’ jkun SPV jew SIV. Il-Klijent għandu jżomm l-istess identifikatur uniku f’dawn il-każijiet kollha.

    Mandatorju.

     

    3

    Entitajiet ġuridiċi:

    Lista ta’ entitajiet ġuridiċi li huma inklużi fil-każella tal-Identifikatur tal-Klijenti.

    Mandatorju.

    Lista ta’ ismijiet ta’ entitajiet ġuridiċi

    4

    It-total tat-tariffi ġenerali fatturati

    It-total tat-tariffi fatturati mill-Klijent fis-sena kalendarja preċedenti għal servizzi ta’ klassifikazzjoni fejn l-emittent iħallas.

    Mandatorju.

    Ammont f’EUR

    5

    Klassifikazzjonijiet tal-Klijenti

    Jidentifikaw kemm għandu klassifikazzjonijiet tal-kreditu l-Klijent mal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu fil-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja preċedenti.

    Mandatorju.

    Numru ta’ klassifikazzjonijiet

    6

    It-total tat-tariffi għal programmi

    It-total tat-tariffi fatturati mill-klijent fis-sena kalendarja preċedenti għas-servizzi ta’ klassifikazzjoni mhux derivati minn klassifikazzjoni individwali iżda minn ħruġ ta’ frekwenza, relazzjoni jew tip ieħor ta’ programm b’tariffa fissa u tariffi ta’ ħruġ żejjed, li jistgħu jkopru klassifikazzjoni waħda jew aktar.

    Mandatorju.

    Ammont f’EUR

    7

    Identifikazzjoni tal-klassifikazzjonijiet

    Identifikazzjoni ta’ klassifikazzjonijiet maħruġa jew koperti minn programmi tariffarji fis-sena kalendarja preċedenti.

    Mandatorju.

    Lista ta’ identifikaturi ta’ klassifikazzjonijiet

    8

    It-tariffi riċevuti għas-servizzi anċillari

    It-total tat-tariffi fatturati mill-grupp ta’ kumpaniji tas-CRA mill-Klijent għal servizzi anċillari fis-sena kalendarja preċedenti.

    Mandatorju.

    Ammont f’EUR

    9

    Servizzi anċillari prinċipali

    Identifikazzjoni tat-tliet servizzi ewlenin ipprovduti mill-grupp tas-CRA lill-Klijent fis-sena kalendarja preċedenti, f’termini ta’ dħul.

    Mandatorju. Jekk tniżżlet ċifra ta’ aktar minn 0 fil-każella 8 “tariffi riċevuti għal servizzi anċillari”.

    Lista ta’ servizzi anċillari

    10

    Klassifikazzjoni ta’ servizzi anċillari

    Il-klassifikazzjoni tas-servizzi anċillari għall-ogħla tliet servizzi ewlenin identifikati fil-każella 9 “servizzi anċillari” prinċipali, f’termini ta’ dħul.

    Mandatorju. Jekk tniżżlet ċifra ta’ aktar minn 0 fil-każella 8 “tariffi riċevuti għal servizzi anċillari”.

    Klassifikazzjoni ta’ servizzi anċillari

    11

    Servizzi oħra

    Indikazzjoni dwar jekk ġiex ikkunsidrat l-iffissar ta’ tariffi għal servizzi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu mogħtija lill-Klijent ta’ kull servizz provdut minn xi entitajiet li jappartjenu għal grupp tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu skont it-tifsira tal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE kif ukoll kull entità marbuta mal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew ma’ kumpanija oħra tal-grupp tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE.

    Mandatorju.

    “Y” għal Iva

    “N” għal Le


    ANNESS III

    Tabella 1

    Id-dejta li trid tiġi pprovduta lill-ESMA għal tariffi riċevuti għall-abbonament jew għas-servizzi ta’ klassifikazzjoni bbażati fuq il-mudell fejn l-investitur iħallas

    Din l-għajnuna għandha tiġi provduta fuq bażi għal kull klijent għal:

    (i)

    l-ewwel 100 Klijent f’termini ta’ dħul għal dan it-tip ta’ servizz ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu,

    (ii)

    kif ukoll il-klijenti l-oħra kollha li huma abbonati jew li jħallsu għall-klassifikazzjonijiet bħala investituri u huma wkoll klassifikati mill-grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

    Nru

    Isem il-każella

    Deskrizzjoni

    Tip

    Standard

    1

    Identifikatur tas-CRA

    Kodiċi użata biex tidentifika l-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ rappurtar. Hija prevista mill-ESMA mar-reġistrazzjoni.

    Mandatorju

     

    2

    Identifikatur tal-Klijenti

    Kodiċi użata internament mis-sistema biex tidentifika lill-klijent li qed iħallas, qed jiġi fatturat jew li b’ xi mod ieħor qed jinnegozja r-rati mal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu biex jirċievi s-servizz ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu.

    Mandatorju

     

    3

    Tariffi għal kull klijent

    It-total ta’ tariffi fatturat mill-Klijent għal servizzi ta’ klassifikazzjoni msejsa fuq l-abbonamenti provduti fis-sena kalendarja ta’ qabel.

    Mandatorju

    Ammont f’EUR

    4

    Identifikazzjoni ta’ politika tal-ipprezzar

    Identifikazzjoni tal-politika tal-ipprezzar li taħtha s-CRA ċċarġjat lill-Klijent tagħha. L-identifikatur tal-politika tal-ipprezzar irid jaqbel mal-identifikatur stabbilit fil-politika tal-ipprezzar applikabbli stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness I għal dan l-RTS.

    Mandatorju.

    Jekk applikabbli

    L-identifikatur tal-politika tal-ipprezzar fil-format “PP_ [identifikatur tal-politika tal-ipprezzar intern]”

    5

    Identifikazzjoni ta’ skeda tariffarja

    Identifikazzjoni tat-tliet skedi tariffarji ewlenin li taħthom is-CRA iċċarġjat lill-Klijent tagħha. L-identifikatur tal-iskeda tariffarja jrid jaqbel mal-identifikatur stabbilit fil-parti tal-iskeda tariffarja applikabbli tal-politika tal-ipprezzar stabbilita fit-Tabella 3 tal-Anness I għal dan l-RTS.

    Mandatorju.

    Jekk applikabbli

    Identifikatur tal-iskeda tariffarja fil-format “FS_[identifikatur tal-iskeda tariffarja intern]”

    6

    Identifikazzjoni tal-programm tariffarju

    Identifikazzjoni tat-tliet programmi tariffarji prinċipali li taħthom is-CRA iċċarġjat lill-Klijent tagħha. L-identifikatur tal-programm tariffarju jrid jaqbel mal-identifikatur stabbilit fil-parti tal-programm tariffarju applikabbli tal-politika tal-ipprezzar stabbilita fit-Tabella 4 tal-Anness I għal dan l-RTS.

    Mandatorju.

    Jekk applikabbli

    Identifikatur tal-programm tariffarju fil-format “FP_[identifikatur tal-programm tariffarju intern]”

    7

    Tal-emittent jew tal-entità kklassifikata

    Indikazzjoni dwar jekk il-Klijent huwiex ukoll emittent, entità kklassifikata, jew inkella Klijent skont it-Tabella 2 tal-Anness II.

    Mandatorju.

    “Y” għal Iva

    “N” għal Le

    8

    Indikazzjoni tal-klijenti ewlenin

    Indikazzjoni dwar jekk il-Klijent kienx wieħed mill-100 klijenti ta’ abbonamenti ewlenin f’termini ta’ dħul fis-sena kalendarja preċedenti.

    Mandatorju.

    “Y” għal Iva

    “N” għal Le

    9

    It-tariffi riċevuti għas-servizzi anċillari

    It-total tat-tariffi fatturati mill-grupp ta’ kumpaniji tas-CRA mill-klijent għal servizzi anċillari fis-sena kalendarja ta’ qabel.

    Mandatorju

    Ammont f’EUR


    Top