Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D2434

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2434 tat-18 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/237/UE dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid fi ħdan l-Unjoni ta' organiżmi ta' ħsara fir-rigward ta' ċertu frott u ħxejjex tal-ikel li joriġinaw fl-Indja (notifikata bid-dokument C(2015) 9178)

    ĠU L 334, 22.12.2015, p. 61–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2016

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/2434/oj

    22.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 334/61


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2434

    tat-18 ta' Diċembru 2015

    li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/237/UE dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid fi ħdan l-Unjoni ta' organiżmi ta' ħsara fir-rigward ta' ċertu frott u ħxejjex tal-ikel li joriġinaw fl-Indja

    (notifikata bid-dokument C(2015) 9178)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/237/UE (2) tipprojbixxi l-importazzjoni mill-Indja tal-pjanti, minbarra ż-żrieragħ u l-għeruq, tal-Colocasia Schott, tal-pjanti, minbarra ż-żrieragħ, tal-Momordica L., tas-Solanum melongena L. u tat-Trichosanthes L. Barra minn hekk, biex jiġu importati l-pjanti tal-Mangifera L., minbarra ż-żrieragħ, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/237/UE teżiġi li l-awtoritajiet Indjani jwettqu miżuri xierqa li jiżguraw li l-konsenji jkunu ħielsa minn organiżmi ta' ħsara.

    (2)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/237/UE għandha limitu ta' żmien. Minħabba l-għadd kbir ta' interċezzjonijiet ta' organiżmi ta' ħsara fuq firxa wiesgħa ta' pjanti u prodotti tal-pjanti li oriġinaw mill-Indja, il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-sistema ta' ċertifikazzjoni fitosanitarja tal-Indja teħtieġ aktar titjib. Għaldaqstant jixraq li ż-żmien ta' validità tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/237/UE jittawwal sal-31 ta' Diċembru 2016.

    (3)

    Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/237/UE għandha tiġi emendata skont dan.

    (4)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/237/UE huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016.”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/237/UE tal-24 ta' April 2014 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid fi ħdan l-Unjoni ta' organiżmi ta' ħsara fir-rigward ta' ċertu frott u ħxejjex tal-ikel li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 125, 26.4.2014, p. 93).


    Top