EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D2191

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2191 tal-10 ta' Novembru 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin

ĠU L 315, 1.12.2015, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2191/oj

Related international agreement

1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2191

tal-10 ta' Novembru 2015

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Novembru 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1801/2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta' Sħubija”).

(2)

L-aħħar Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija skada fis-16 ta' Diċembru 2014.

(3)

Fl-10 ta' Lulju 2015, l-Unjoni u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania inizjalaw Protokoll ġdid għall-Ftehim ta' Sħubija (2) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”). Il-Protokoll jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fiż-żoni tas-sajd taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jerġgħu jibdew malajr kemm jista' jkun skont l-Artikolu 14 tiegħu, il-Protokoll għandu jiġi applikat b'mod provviżorju mid-data tal-firma tiegħu.

(5)

Ikun adatt li l-Protokoll jiġi ffirmat u applikat b'mod provviżorju, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnominal-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Konformement mal-Artikolu 14 tiegħu, il-Protokoll għandu jiġi applikat b'mod provviżorju mid-data tal-firma tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1801/2006 tat-30 ta' Novembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja (ĠU L 343, 8.12.2006, p. 1).

(2)  Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin (ara l-paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


Top