Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1990

    Deċiżjoni tal-Kunsill (Euratom) 2015/1990 tas-26 ta' Ottubru 2015 li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim ta' kontinwazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija

    ĠU L 290, 6.11.2015, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1990/oj

    6.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 290/8


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (EURATOM) 2015/1990

    tas-26 ta' Ottubru 2015

    li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim ta' kontinwazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fil-21 ta' Ottubru 2013 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati rigward Ftehim ta' kontinwazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“Euratom”), li jaġixxu bħala Parti waħda, u il-Ġappun, il-Georgia, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Armenja, ir-Repubblika tal-Każakistan, ir-Repubblika Kirgiża, ir-Repubblika tal-Korea, ir-Repubblika tat-Taġikistan u l-Istati Uniti tal-Amerka.

    (2)

    Dawk in-negozjati ġew konklużi b'suċċess u l-Ftehim ġie inizjalat fit-22 ta' Ġunju 2015.

    (3)

    Il-Ftehim ikopri wkoll materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Euratom.

    (4)

    L-iffirmar tal-Ftehim huwa soġġett għal proċedura separata fir-rigward ta' materji li jaqgħu taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    (5)

    Il-konklużjoni tal-Ftehim mill-Kummissjoni, li taġixxi f'isem il-Euratom, għandha tiġi approvata fir-rigward ta' dawk il-materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Euratom,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim ta' kontinwazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija (1).

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ottubru 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. MOGHERINI


    (1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi mehmuż mad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' kontinwazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija.


    Top