Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1772

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/1772 tat-28 ta' Settembru 2015 dwar it-transizzjoni mill-EUNAVFOR MED għat-tieni fażi tal-operazzjoni, kif stabbilit fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED) (EUNAVFOR MED/2/2015)

    ĠU L 258, 3.10.2015, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1772/oj

    3.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 258/5


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/1772

    tat-28 ta' Settembru 2015

    dwar it-transizzjoni mill-EUNAVFOR MED għat-tieni fażi tal-operazzjoni, kif stabbilit fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED) (EUNAVFOR MED/2/2015)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/778 tat-18 ta' Mejju 2015 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Il-Kmandant tal-Operazzjoni EUNAVFOR MED indika li l-operazzjoni ssodisfat l-objettivi militari kollha tal-ewwel fażi relatati mal-ġbir ta' informazzjoni u intelligence, u ppropona li l-operazzjoni għandha tgħaddi għat-tieni fażi, kif stabbilit fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778.

    (2)

    Fil-laqgħa tiegħu tal-14 ta' Settembru 2015, il-Kunsill ikkonkluda li ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha biex l-EUNAVFOR MED tgħaddi għat-tieni fażi tal-operazzjoni, kif stabbilit fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778.

    (3)

    It-transizzjoni għat-tieni fażi tal-operazzjoni għandha sseħħ fis-7 ta' Ottubru 2015.

    (4)

    It-transizzjoni għal fażijiet sussegwenti tal-EUNAVFOR MED, inkluża l-fażi stabbilita fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778, ser tkun soġġetta għal valutazzjoni ulterjuri mill-Kunsill dwar jekk ikunux ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet għal dik it-tansizzjoni, b'kont meħud ta' kwalunkwe Riżoluzzjoni applikabbli tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-kunsens mill-Istati kostali kkonċernati, u d-deċiżjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà dwar meta għandha ssir it-transizzjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/972 (2) li varat l-operazzjoni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED) għandha, b'effett mis-7 ta' Ottubru 2015, tgħaddi għat-tieni fażi tal-operazzjoni, kif stabbilit fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778.

    Artikolu 2

    Ir-Regoli tal-Ingaġġ li ġew adattati għat-tieni fażi tal-operazzjoni, kif stabbilit fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778, huma b'dan approvati.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2015.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    W. STEVENS


    (1)  ĠU L 122, 19.5.2015, p. 31.

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/972 tat-22 ta' Ġunju 2015 li tvara operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED) (ĠU L 157, 23.6.2015, p. 51).


    Top