EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1565

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1565 tal-14 ta' Settembru 2015 dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tad-Dikjarazzjoni dwar l-għoti ta' opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela fiż-żona ekonomika esklużiva 'l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża

ĠU L 244, 19.9.2015, p. 55–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1565/oj

19.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/55


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1565

tal-14 ta' Settembru 2015

dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tad-Dikjarazzjoni dwar l-għoti ta' opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela fiż-żona ekonomika esklużiva 'l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2), b'mod konġunt mal--Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Soġġett għall-konformità tagħhom mal-atti applikabbli tal-Unjoni legalment vinkolanti dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd, il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela operaw fl-ilmijiet tal-Unjoni fiż-żona ekonomika esklużiva 'l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża għal ħafna għexieren ta' snin.

(2)

L-industrija tal-ipproċessar ibbażata fil-Gujana Franċiża tiddependi mill-iżbark minn dawk il-bastimenti tas-sajd u għalhekk il-kontinwità ta' dawk l-operazzjonijiet għandha tiġi żgurata.

(3)

Din id-Deċiżjoni għandha tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/19/UE (1) li ġiet annullata bis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta' Novembru 2014 (2) u li u li l-effetti tagħha għandhom qiegħdin jinżammu sakemm tidħol fis-seħħ Deċiżjoni ġdida f'perijodu ta' żmien raġonevoli. Peress li d-Dikjarazzjoni diġa ġiet notifikata lir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, ma hemmx bżonn li li ssir notifikata ġdida,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Dikjarazzjoni indirizzata lir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela dwar l-għoti ta' opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela fiż-żona ekonomika esklużiva 'l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża (minn hawn 'il quddiem “id-Dikjarazzjoni”) hija b'dan approvata f'isem l-Unjoni Ewropea.

It-test tad-Dikjarazzjoni jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/19/UE tas-16 ta' Diċembru 2011 dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tad-Dikjarazzjoni dwar l-għoti ta' opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela fiż-żona ekonomika esklużiva 'l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża (ĠU L 6, 10.1.2012, p. 8).

(2)  Kawżi magħquda C-103/12 u 165/12, Il-Parlament Ewropew u Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill.


Dikjarazzjoni indirizzata lir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela dwar l-għoti ta' opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela fiż-żona ekonomika esklużiva 'l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża

1.

L-Unjoni Ewropea għandha toħroġ awtorizzazzjonijiet tas-sajd lil għadd limitat ta' bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela biex jistadu fil-parti taż-żona ekonomika esklużiva 'l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża li tinsab aktar minn 12-il mil nawtiku mil-linji ta' bażi, soġġetti għall-kondizzjonijiet imniżżla f'din id-Dikjarazzjoni.

2.

F'konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (1), il-bastimenti tas-sajd awtorizzati li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela għandhom, meta jistadu fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1, jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-politika komuni tas-sajd tal-Unjoni Ewropea dwar il-konservazzjoni u l-miżuri ta' kontroll u dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd f'dik iż-żona.

3.

B'mod akar partikolari, il-bastimenti tas-sajd awtorizzati li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela għandhom jikkonformaw ma' kwalunkwe regola jew regolament rilevanti tal-Unjoni Ewropea li jispeċifikaw inter alia l-istokkijiet tal-ħut li jistgħu jkunu fil-mira, l-għadd massimu ta' bastimenti tas-sajd awtorizzati u l-proporzjon ta' qabdiet li għandhom jiżbarkaw fil-portijiet fil-Gujana Franċiża.

4.

Mingħajr preġudizzju għall-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija lil bastimenti tas-sajd individwali li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela minħabba nuqqas tagħhom li jikkonformaw ma' kawlunkwe regola jew regolament rilevanti tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni Ewropea tista' fi kwalunkwe ħin tirtira, permezz ta' dikjarazzjoni unilaterali, l-impenn speċifiku espress f'din id-Dikjarazzjoni li tagħti opportunitajiet tas-sajd.


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.


Top