This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D1497
Council Decision (EU) 2015/1497 of 20 April 2015 on the signing, on behalf of the European Union, and provisional application of the Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Union and the Commission for the Conservation of Southern Bluefin Tuna (CCSBT) concerning the membership of the Union in the Extended Commission of the Convention for the Conservation of Southern Bluefin Tuna
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1497 tal-20 ta' April 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (CCSBT) li jikkonċerna l-istatus tal-Unjoni bħala Membru fil-Kummissjoni Estiża tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1497 tal-20 ta' April 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (CCSBT) li jikkonċerna l-istatus tal-Unjoni bħala Membru fil-Kummissjoni Estiża tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar
ĠU L 234, 8.9.2015, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1497/oj
8.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 234/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1497
tal-20 ta' April 2015
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (CCSBT) li jikkonċerna l-istatus tal-Unjoni bħala Membru fil-Kummissjoni Estiża tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Unjoni hija kompetenti li tadotta miżuri għall-konservazzjoni ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar taħt il-politika komuni tas-sajd u li tikkonkludi ftehimiet ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. |
(2) |
Bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE (1), l-Unjoni hija Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982. Dik il-Konvenzjoni teżiġi li l-membri kollha tal-komunità internazzjonali jikkooperaw fil-konservazzjoni u fil-ġestjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar. |
(3) |
Bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/414/KE (2), l-Unjoni hija Parti Kontraenti tal-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982, fir-rigward tal-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Stokkijiet ta' Ħut Transżonali u Stokkijiet ta' Ħut li Jpassi Ħafna. |
(4) |
Fl-1 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni Ewropea biex, f'isem l-Unjoni, titlob emenda tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (il-“Konvenzjoni”) sabiex l-Unjoni ssir Parti Kontraenti. |
(5) |
Għalkemm in-negozjati rigward l-emenda għall-Konvenzjoni ma kinux konklużivi, matul l-20 laqgħa tagħha li saret f'Ottubru 2013, il-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (“CCSBT”) emendat ir-Riżoluzzjoni li tistabbilixxi Kummissjoni Estiża għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (il-“Kummissjoni Estiża tas-CCSBT”) biex l-Unjoni tkun tista' ssir Membru tal-Kummissjoni Estiża tas-CCSBT permezz ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri. |
(6) |
Peress li bastimenti li jtajru l-bnadar tal-Istati Membri tal-Unjoni jistadu għal riżorsi fiż-żona ta' distribuzzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar, huwa fl-interess tal-Unjoni li tiffirma u tapplika proviżorjament l-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (CCSBT) li jikkonċerna l-istatus tal-Unjoni bħala Membru fil-Kummissjoni Estiża tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (“Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri”) sabiex ikollha rwol effikaċi fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni. |
(7) |
Mat-tlestija ta' din il-proċedura, l-Unjoni jkollha d-dritt għall-adeżjoni u l-vot fil-Kummissjoni Estiża u l-Kumitat Xjentifiku Estiż tas-CCSBT. |
(8) |
L-istatus ta' Membru tal-Kummissjoni Estiża jjippromwovi wkoll il-konsistenza fl-approċċ tal-Unjoni rigward konservazzjoni fl-oċeani kollha u jsaħħaħ l-impenn tagħha lejn il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli fit-tul tar-riżorsi tas-sajd fuq livell globali. |
(9) |
Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri għandu għalhekk jiġi ffirmat u applikat fuq bażi proviżorja, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (CCSBT) li jikkonċerna l-istatus tal-Unjoni bħala Membru fil-Kummissjoni Estiża tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (“Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri”) huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.
It-test tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri huwa mehmuż ma'din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja minn … (*), sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' April 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. DŪKLAVS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta' Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta' Lulju 1994 li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/414/KE tat-8 ta' Ġunju 1998 dwar ir-ratifika mill-Komunità Ewropea tal-Ftehim sabiex jimplimenta d-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 li għandha x'taqsam mal-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokk tal-ħut fuq iż-żewġ naħat tal-istess żona u l-istokks tal-ħut li jpassi bil-qawwi (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 14).
(*) Is-Segretarjat Ġenerali ser jippubblika d-data tal-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja fil-Ġurnal Uffiċjali.