Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0657

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/657 tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja u l-Awstrija lill-Bayerische Landesbank (il-Kawża SA. 28487 (C 16/09, ex N 254/09)) (notifikata bid-dokument C(2013) 507) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 109, 28.4.2015, p. 1–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/657/oj

    28.4.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 109/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/657

    tal-5 ta' Frar 2013

    dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja u l-Awstrija lill-Bayerische Landesbank (il-Kawża SA. 28487 (C 16/09, ex N 254/09))

    (notifikata bid-dokument C(2013) 507)

    (It-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

    Wara li stiednet lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati l-oħra biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet (1),

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    (1)

    Fl-4 ta' Diċembru 2008, l-awtoritajiet Ġermaniżi nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar miżuri biex jassistu lill-Bayerische Landesbank (“BayernLB” jew “il-bank”) fil-forma ta' tarka tar-riskju ta' EUR 4,8 biljun u injezzjoni ta' kapital ta' EUR 10 biljun. Permezz tad-Deċiżjoni tat-18 ta' Diċembru 2008 (“id-Deċiżjoni dwar is-Salvataġġ”, il-kawża Nru 615/08) il-Kummissjoni awtorizzat dawn il-miżuri fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat (2) għal perjodu ta' sitt xhur, jew, fil-każ li jkun ġie ppreżentat pjan ta' ristrutturar kredibbli u sostanzjat għall-bank matul dawk is-sitt xhur, sakemm il-Kummissjoni tilħaq deċiżjoni dwar il-pjan (3).

    (2)

    F'Diċembru 2008, il-kumpanija sussidjarja ta' BayernLB, Hypo Group Alpe Adria (“HGAA”) rċeviet EUR 700 miljun minn BayernLB, u EUR 900 miljun oħra f'kapital tal-Grad 1 mill-Awstrija fuq il-bażi tal-iskema Awstrijaka ta' emerġenza għas-sostenn tal-banek (4). Fuq il-bażi tal-istess skema Awstrijaka, HGAA rċeviet ukoll garanziji ta' EUR 1,35 biljun għall-ħruġ ta' bonds taħt programm ta' ħruġ ta' dejn.

    (3)

    Fid-29 ta' April 2009 il-Ġermanja nnotifikat pjan ta' ristrutturar għal BayernLB lill-Kummissjoni. Fl-istess data l-Awstrija ppreżentat pjan ta' vijabbiltà għal HGAA.

    (4)

    Permezz ta' ittra datata t-12 ta' Mejju 2009, il-Kummissjoni infurmat lill-Ġermanja u lill-Awstrija li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-miżuri ta' assistenza lil BayernLB u lil HGAA: il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk l-għajnuna għar-ristrutturar lil BayernLB kinitx kompatibbli mas-suq intern, u b'mod partikolari jekk il-pjan ta' ristrutturar kienx probabbli li jirrestawra l-vijabbiltà ta' BayernLB (“id-deċiżjoni ta' ftuħ”) (5). Barra minn hekk, il-Kummissjoni staqsiet jekk HGAA kinitx b'saħħitha fil-bażi tagħha, u għalhekk kellha dubji dwar jekk l-għajnuna Awstrijaka lil HGAA kinitx kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat (6).

    (5)

    HGAA ġiet nazzjonalizzata fit-23 ta' Diċembru 2009. Dik il-miżura kienet awtorizzata mill-Kummissjoni f'deċiżjoni adottata fit-23 ta' Diċembru 2009 (“id-Deċiżjoni dwar is-Salvataġġ ta' HGAA”, il-kawżi C 16/09 u N 698/09) (7). Fl-istess deċiżjoni, il-Kummissjoni estendiet il-proċedimenti biex tinkludi l-għajnuna addizzjonali mogħtija mill-Awstrija lil HGAA li fl-opinjoni tal-Kummissjoni kellha tiġi kkunsidrata meta jiġi vvalutat il-pjan ta' ristrutturar għal BayernLB. Il-Kummissjoni għamlet sejba temporanja li l-miżuri kienu kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat sakemm issir il-preżentazzjoni lill-Kummissjoni ta' pjan koerenti u kredibbli ta' ristrutturar għal HGAA.

    (6)

    Fis-16 ta' April 2010, ġie ppreżentat pjan ta' ristrutturar rivedut għal HGAA, u fit-22 ta' Ġunju 2010, il-Kummissjoni kompliet testendi l-investigazzjoni formali, minħabba li l-pjan rivedut ma kienx jiżgura li terġa' tinkiseb il-vijabbiltà ta' HGAA u ma kienx jipprovdi għal kondiviżjoni xierqa tal-piż ta' ristrutturar jew ta' miżuri xierqa li jnaqqsu t-tagħwiġ tal-kompetizzjoni li tiġi kkawżata. Sakemm tinsilet il-konklużjoni tal-eżami tagħha tal-pjan ta' ristrutturar għal HGAA, il-Kummissjoni tawlet l-awtorizzazzjoni tal-għajnuna li kienet sabet kompatibbli mas-suq intern, fuq bażi temporanja fid-Deċiżjoni dwar is-Salvataġġ ta' HGAA (8).

    (7)

    Fis-7 ta' Frar 2011, il-Kummissjoni infurmat lill-Awstrija u lill-Ġermanja li l-kawża Nru 698/09, li tirrigwarda lil HGAA (9), kienet se tinqasam proċeduralment minn mal-kawża C 16/09, dwar BayernLB. Id-Deċiżjoni preżenti tirrigwarda biss il-kawża C 16/09.

    (8)

    Il-Kummissjoni qabbdet esperti esterni biex jivvalutaw it-tarka tar-riskju li ġiet awtorizzata temporanjament fid-Deċiżjoni dwar is-Salvataġġ, u biex jagħmlu valutazzjoni tal-portafoll tal-assi li t-tarka tar-riskju kellha tkopri. Wara diskussjonijiet mal-bank u l-awtoritajiet Ġermaniżi, l-esperti ppreżentaw rapport finali fis-16 ta' Novembru 2009.

    (9)

    Il-Ġermanja pprovdiet projezzjonijiet ta' kontijiet ta' qligħ u telf għal kull qasam tan-negozju u kull entità legali fis-6 ta' April 2011. Fit-13 ta' April 2011, il-Ġermanja pprovdiet dettalji dwar l-assi proġettati għal kull qasam tan-negozju u ta' obbligazzjonijiet proġettati għal kull sors ta' finanzjament. Fl-istess ħin, il-Ġermanja pprovdiet il-marġini previsti għal kull qasam tan-negozju għal assi, u għal kull sors ta' finanzjament għall-obbligazzjonijiet. Ingħatat informazzjoni addizzjonali permezz ta' skambji ta' korrispondenza b'mod frekwenti: b'mod partikolari, l-informazzjoni ġiet ipprovduta fil-15, fil-21 u fit-22 ta' Ġunju 2011 li kienet tinkludi ppjanar kapitali sal-2019, filwaqt li tinkorpora l-effetti previsti ta' Basel III fuq l-istruttura kapitali (10). Il-projezzjonijiet finanzjarji aġġornati ġew ippreżentati fis-27 ta' Settembru 2011 u kienu jinkludu dejta ta' profitt aġġornata u ppjanar kapitali aġġornat. Fit-13 u l-20 ta' Ottubru 2011, ingħatat informazzjoni addizzjonali dwar it-tnaqqis fin-negozju, u fl-4, il-5 u s-6 ta' Ġunju 2012 informazzjoni addizzjonali dwar il-projezzjonijiet finanzjarji u t-tarka tar-riskju. Fis-6 ta' Ġunju 2012, ġew ipprovduti projezzjonijiet finanzjarji aġġornati inklużi projezzjonijiet ta' kontijiet tal-profitt u tat-telf għal kull qasam tan-negozju, projezzjonijiet ta' ppjanar kapitali u informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tal-finanzjament. F'dan li jsegwi, ir-referenzi għall-projezzjonijiet finanzjarji tal-pjan ta' ristrutturar jirreferu għall-informazzjoni finanzjarja provduta fis-6 ta' Ġunju 2012, jew, fejn l-informazzjoni pprovduta fis-6 ta' Ġunju 2012 ma kinitx tinvolvi xi aġġornamenti, għal informazzjoni finanzjarja pprovduta qabel.

    (10)

    Il-miżuri ta' għajnuna u l-pjan ta' ristrutturar għal BayernLB ġew diskussi mill-awtoritajiet Ġermaniżi u mid-dipartimenti tal-Kummissjoni f'sensiela ta' laqgħat, telekonferenzi u forom oħra ta' skambju ta' informazzjoni bejn Mejju 2009 u Ġunju 2012.

    (11)

    Il-Ġermanja kkonfermat li għall-fini tal-kalkolu tal-kapital kien mistenni li l-kontijiet jiġu awditjati skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (“IFRS”) mill-1 ta' Jannar 2013 'il quddiem.

    (12)

    Matul l-investigazzjoni saret diskussjoni intensiva bejn l-awtoritajiet Ġermaniżi, ir-regolatur finanzjarju, is-sidien tal-banek u l-bank innifsu rigward il-pjan ta' ristrutturar u skeda ta' rimborż possibbli.

    (13)

    Fil-15 ta' Ġunju 2012, il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni b'ittra elettronika li waslet fil-14 ta' Ġunju 2012 mingħand l-Awtorità tas-Sorveljanza Finanzjarja Ġermaniża (Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht — “BaFin”), li fiha BaFin qalet li ma kinitx se taċċetta li l-valur nominali ta' għoti b'self bla imgħax ipprovdut mill-Bayerische Landesbodenkreditanstalt (“BayernLabo”) għandu jiġi kklassifikat bħala kapital skont l-abbozz ta' Regolament dwar ir-Rekwiżiti Kapitali (11), anki jekk l-awditur tal-bank kien ta l-opinjoni, fit-12 ta' April 2012, li skont l-IFRSs is-self għandu tabilħaqq bħala regola jingħadd f'valur nominali. Din il-kwistjoni ma taffettwax it-trattament ta' kapital skont il-Prinċipji tal-Kontabilità Ġeneralment Aċċettati (“GAAP”) skont il-Kodiċi Kummerċjali Ġermaniż (Handelsgesetzbuch).

    (14)

    Fis-6 ta' Ġunju 2012 il-Ġermanja nnotifikat pjan ta' ristrutturar emendat għal BayernLB, li ġie ssupplimentat b'sottomissjonijiet tat-12 u t-13 ta' Lulju 2012.

    (15)

    Fl-20 ta' Ġunju 2012, ingħatat informazzjoni dwar allokazzjoni indikattiva għal kull qasam tan-negozju ta' tnaqqis ta' pożizzjonijiet ta' riskju addizzjonali.

    (16)

    Fis-27 ta' Ġunju 2012, il-Ġermanja pprovdiet lill-Kummissjoni bi skeda ta' rimborż indikattiv.

    (17)

    Fit-28 ta' Ġunju 2012 il-Ġermanja nnotifikat katalogu ta' impenji għal BayernLB.

    (18)

    Fil-25 ta' Lulju 2012, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni finali dwar l-għajnuna għar-ristrutturar notifikata (“id-Deċiżjoni ta' Ristrutturar 2012”). Id-Deċiżjoni ta' Ristrutturar 2012 għandha difett legali, peress li kienet indirizzata lill-Awstrija b'lingwa differenti mil-lingwa uffiċjali tal-pajjiż, għalkemm l-Awstrija ma qablitx li l-verżjoni awtentika tkun b'lingwa oħra għajr bil-Ġermaniż. Għalhekk il-Kummissjoni teħtieġ li tadotta deċiżjoni ġdida li tissostitwixxi d-Deċiżjoni ta' Ristrutturar 2012. Id-Deċiżjoni ta' Ristrutturar 2012 fiha xi żbalji li setgħu ġew trattati f'rettifika (fil-premessi 13, 29, 30, 48, 72, 77, 81, 108, 163, 200, 207 u 210; fit-Tabelli 5, 10, 11 u 12; fir-referenzi għall-EUR/USD fl-Anness I; u fil-punt 29(2) tal-Anness I u l-punt 2 tal-Anness II). Il-korrezzjoni ta' dawn l-iżbalji ma taffettwawx il-valutazzjoni tal-fatti li l-Kummissjoni għamlet fid-Deċiżjoni ta' Ristrutturar 2012. Din id-Deċiżjoni għalhekk se tirrettifika l-iżbalji.

    2.   IL-FATTI

    1.   Deskrizzjoni tal-benefiċjarju  (12)

    (19)

    BayernLB hu Landesbank Ġermaniż li għandu l-kwartieri ġenerali tiegħu fi Munich. Permezz ta' kumpanija holding, BayernLB Holding AG, hija miżmuma indirettament mil-Land tal-Bavarja (Freistaat Bayern), li għandha sehem ta' madwar 94 %, u l-Assoċjazzjoni tal-Banek tat-Tfaddil fil-Bavarja (Sparkassenverband Bayern, “l-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil”), li għandha bejn wieħed u ieħor 6 % (13).

    (20)

    Fl-2008, is-sena tal-għoti tal-injezzjoni ta' kapital (ara t-Taqsima 2.2(a)) u t-tarka tar-riskju (ara t-Taqsima 2.2(b)), il-grupp ta' BayernLB, inkluż BayernLabo, LBS u s-sussidjarji ta' BayernLB, kellhom total tal-karta bilanċjali konsolidata ta' EUR 422 biljun, b'pożizzjonijiet ta' riskju li jammontaw għal EUR 198 biljun (14) u madwar 20 000 impjegat. Fi tmiem l-2008, BayernLB irreġistrat telf ta' madwar EUR 5 biljun. L-avvenimenti li wasslu għall-miżuri ta' salvataġġ deskritti fit-Taqsima 2.2(a) u (b) ta' din id-Deċiżjoni huma spjegati fid-dettall fid-Deċiżjoni dwar is-Salvataġġ.

    Tabella 1

    Ċifri Ewlenin 2007-2011 (f'miljuni ta' EUR, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor)

    Grupp (f'miljuni ta' EUR)

    2007

    2008

    2009

    2010

    2011

    Reali

    Reali

    Reali

    Reali

    Reali

    Introjtu nett mill-imgħax

    2 170

    2 670

    2 561

    1 942

    1 963

    Introjtu nett mill-imposti

    380

    584

    434

    265

    262

    Riżultat mill-iħħeġġjar

    27

    – 136

    98

    53

    106

    Riżultat tan-negozjar

    – 238

    – 2 138

    887

    1 043

    341

    Introjtu nett minn investimenti u Indebolimenti

    – 336

    – 1 924

    – 1 444

    – 332

    – 206

    Introjtu nett ieħor

    133

    141

    461

    1

    – 37

    Introjtu totali

    2 136

    – 803

    2 997

    2 972

    2 429

    Provvedimenti għat-telf fuq is-self

    – 115

    – 1 656

    – 3 277

    – 696

    – 548

    Spejjeż totali

    – 1 765

    – 2 620

    – 2 125

    – 1 462

    – 1 456

    Spejjeż ta' imposti bankarji

    0

    0

    0

    – 51

    – 74

    Spejjeż għar-ristrutturar

    0

    – 87

    – 361

    124

    – 16

    INTROJTU NETT QABEL IT-TAXXA

    255

    – 5 166

    – 2 765

    885

    334

    TAXXI

    – 80

    – 191

    – 328

    – 294

    – 269

    INTROJTU NETT

    175

    – 5 358

    – 3 093

    590

    65

    Proporzjon tal-introjtu mill-kostijiet (inkl. imposta bankarja) f'%

    83

    – 326

    71

    51

    63

    Assi

    415 639

    421 666

    338 818

    316 354

    309 144

    Pożizzjonijiet ta' riskju regolatorju

    188 888

    197 650

    135 788

    123 950

    118 425

    Introjtu totali/pożizzjonijiet ta' riskju (f'bps)

    131

    57

    327

    267

    223

    In-numru medju ta' persunal (f'unitajiet)

    17 891

    19 405

    17 764

    10 383

    10 064

    (21)

    BayernLB huwa bank kummerċjali internazzjonali. Il-punt fokali reġjonali tan-negozju tal-bank huwa dwar il-Ġermanja u l-pajjiżi Ewropej magħżula. Il-BayernLB jinsab ukoll fiċ-ċentri finanzjarji l-prinċipali bħal New York, Londra, Pariġi u Milan.

    (22)

    Is-sussidjarji ewlenin ta' BayernLB huma Deutsche Kreditbank AG (“DKB”), Landesbausparkasse Bayern (“LBS”), Bayerische Landesbodenkreditanstalt (“BayernLabo”), MKB Bank Zrt (“MKB”, sussidjarja Ungeriża), u, sakemm ġie nnazzjonalizzat mill-Awstrija fi tmiem l-2009, HGAA.

    (23)

    HGAA huwa grupp finanzjarju internazzjonali li fl-2008 kellu karta bilanċjali ta' EUR 43 biljun u assi ppeżati tar-riskju (“RWAs”) ta' EUR 32,8 biljun. Dan il-grupp finanzjarju HGAA li hu kumpanija azzjonarja huwa l-Hypo Alpe-Adria-Bank International AG (“HAAB Int”), ibbażat fi Klagenfurt, fl-Awstrija. Qabel in-nazzjonalizzazzjoni ta' HGAA, BayernLB kellu sehem ta' 67,08 % fil-grupp.

    (24)

    MKB huwa bank universali bi rwol ewlieni fl-Ungerija li jiffoka fuq korporattivi kbar u individwi ta' valur nett għoli. Huwa jservi madwar 350 000 klijent konsumatur u klijenti korporattivi ta' daqs medju kif ukoll madwar 3 000 klijent korporattiv u klijenti ta' istituzzjonijiet kbar.

    (25)

    L-LBS huwa istituzzjoni (Anstalt) f'BayernLB li hija indipendenti mil-lat organizzattiv u ekonomiku, iżda ma għandhiex personalità ġuridika. Minħabba li huwa istituzzjoni f'BayernLB, is-sidien huma identiċi, jiġifieri l-Land tal-Bavarja u l-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil.

    (26)

    L-LBS jikkoopera mal-banek tat-tfaddil fil-Bavarja, li fost affarijiet oħra jservu bħala l-mezz ta' distribuzzjoni tiegħu, u għandu pożizzjoni ewlenija fin-negozju tat-tfaddil ipotekarju ssussidjat mill-Istat fil-Bavarja.

    (27)

    L-LBS għandu sehem ta' madwar 42 % tas-suq għal self ipotekarju għall-kuntratti tat-tfaddil ġodda. Fil-31 ta' Diċembru 2011, huwa kellu karta bilanċjali ta' EUR 11-il biljun, depożiti ta' EUR 9,7 biljun u self għall-bini pendenti ta' EUR 1,9 biljun. Fl-2011 kellu introjtu tat-taxxa minn qabel ta' EUR 68 miljun.

    (28)

    BayernLabo huwa istituzzjoni ta' żvilupp f'BayernLB; huwa ġie stabbilit fl-1884 bl-għan li jiffinanzja proġetti infrastrutturali. Fl-1972 ingħaqad mal-Bayerische Gemeindebank biex jiffurmaw il-Bayerische Landesbank Girozentrale, li wara sar BayernLB. BayernLabo huwa indipendenti minn perspettiva organizzattiva u ekonomika, iżda huwa legalment dipendenti; huwa istituzzjoni rregolata mil-liġi pubblika f'BayernLB, u huwa kopert għal kollox b'garanzija ta' 100 % (Gewährträgerhaftung) ipprovduta mil-Land tal-Bavarja. Il-kontijiet annwali tiegħu huma kompletament integrati fil-kontijiet ta' BayernLB.

    (29)

    Oriġinarjament, BayernLabo kien jiġġestixxi l-fondi tal-Land tal-Bavarja bħala fiduċjarju; il-fondi kellhom jintużaw għal skopijiet ta' akkomodazzjoni soċjali. Il-valur fi flus ta' parti mis-self għall-akkomodazzjoni soċjali kien ivvalutat fil-bidu tad-Disgħinijiet (1990s) u l-Land injetta s-somma f'BayernLabo bħala kontribuzzjoni assenjata għal skop speċifiku (Zweckeinlage). Il-kontribuzzjoni assenjata għal skop speċifiku tammonta għal EUR 612 miljun, li jibqa' kostanti maż-żmien.

    (30)

    Il-kapital ta' BayernLabo jrid jintuża biex jippromwovi l-akkomodazzjoni soċjali, u mhuwiex disponibbli għan-negozju kummerċjali ta' BayernLB, jiġifieri ma jistax jintuża biex jissodisfa r-rekwiżiti kapitali regolatorji għas-self jew assi oħra.

    (31)

    Il-kapital ta' BayernLabo bħalissa huwa rimunerat b'dan il-mod. Għall-kontribuzzjoni assenjata għal skop speċifiku, BayernLB jrid iħallas lil-Land rimunerazzjoni minima ta' [2–5] (*) %, sakemm BayernLB b'mod ġenerali ma jagħmilx telf. Għall-funzjoni tal-assorbiment tat-telf tal-bqija tal-kapital ta' BayernLabo, BayernLB jrid iħallas remunerazzjoni ta' [0-1] % lil BayernLabo. Dik ir-remunerazzjoni ġiet aċċettata bħala xierqa fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/739/KE (15). Sabiex jiġi żgurat li l-kapital ta' BayernLabo jkun jista' jibqa' jitqies bħala kapital tal-ogħla kwalità għal BayernLB (tal-Grad 1), il-pjan ta' ristrutturar aġġusta l-livell ta' kapital u l-forma ta' remunerazzjoni (ara l-premessa 81).

    2.   Il-miżuri ta' għajnuna

    (a)   L-injezzjoni ta' kapital

    (32)

    F'Diċembru 2008, BayernLB kiseb injezzjoni ta' kapital tal-Grad 1 ta' EUR 10 biljun mil-Land tal-Bavarja (16), li kienet tikkonsisti minn parteċipazzjoni siekta (stille Einlage) fl-ammont ta' EUR 3 biljun u ishma privileġġati fl-ammont ta' EUR 7 biljun. Il-kupun għall-parteċipazzjoni siekta huwa stabbilit għal 10 % tal-valur nominali u mhuwiex kumulattiv. L-ishma privileġġati jridu jiġu remunerati għal 10 % bi dritt preferenzjali għal profitti matul il-fażi ta' ristrutturar. Dan id-dritt preferenzjali għall-profitti jispiċċa ladarba l-irkupru (claw-back) jintemm u l-parteċipazzjoni siekta tal-Land tkun tħallset lura bis-sħiħ. Il-pagamenti tad-dividendi mhumiex kumulattivi.

    (33)

    L-assoċjazzjoni tal-banek ta' tfaddil ma ħaditx sehem fiż-żieda tal-kapital azzjonarju. B'konsegwenza ta' dan, is-sehem tagħha ta' 50 % f'BayernLB tnaqqas għal 6 % (17).

    (b)   It-tarka tar-riskju ta' EUR 4,8 biljun

    (34)

    Il-Land tal-Bavarja pprovda tarka tar-riskju ta' EUR 4,8 biljun fuq portafoll ta' titoli abbażi ta' assi (ABSs) b'valur nominali ta' EUR 21 biljun (18).

    (35)

    It-tarka tar-riskju tipproteġi lil BayernLB kontra telf li ġej mill-portafoll ABS ta' BayernLB, u l-garanzija pprovduta għalhekk tipprevjeni aktar deprezzament. Saret diikjarazzjoni għal dak l-effett mil-Land fid-19 ta' Diċembru 2008. Il-portafoll ABS kellu valur nominali ta' EUR 19,589-il biljun fid-data ta' referenza tal-31 ta' Diċembru 2008.

    (36)

    Il-portafoll ABS ta' BayernLB fih titoli sottostanti ta' diversi tipi. Titoli abbażi ta' ipoteki residenzjali (RMBS), kemm tas-Segmenti Prime kif ukoll tas-Segmenti Subprime, jikkostitwixxu madwar nofs il-portafoll totali. Titoli oħra kbar fil-portafoll jinkludu titoli abbażi ta' ipoteki kummerċjali (Commercial Mortgage-Backed Securities — CMBSs), obbligi ta' dejn kollateralizzat (Collateralized Debt Obligations — CDOs) u ABSs oħra relatati ma' riċevibbli kummerċjali u tal-konsumatur.

    (37)

    Il-Land tal-Bavarja tiggarantixxi EUR 4,8 biljun, li, madankollu, jsiru effettivi biss jekk u sal-punt li t-telf jeċċedi s-somma ta' EUR 1,2 biljun li jridu jitħallsu minn BayernLB (l-ewwel parti tat-telf — “first loss piece”). Meta titnaqqas l-ewwel parti tat-telf ta' EUR 1,2 biljun mill-valur nominali ta' EUR 19,589-il biljun, jirriżulta prezz ta' trasferiment ta' EUR 18,389-il biljun.

    (38)

    It-tul ta' żmien tat-tarka tar-riskju huwa marbut mal-maturità tat-titoli fil-portafoll ABS. It-titoli garantiti tnaqqsu minn madwar EUR 19,6-il biljun f'Diċembru 2008 għal EUR 11,9-il biljun f'Diċembru 2011. Skont il-projezzjonijiet aġġornati tal-31 ta' Marzu 2012, il-portafoll se jitnaqqas għal EUR 7 biljun sa Settembru 2014. Il-prijorità hija li jiġi mminimizzat it-telf, iżda mhuwiex ċar x'se jkun il-livell tal-prezzijiet tas-suq fl-2014, u għalhekk għadu mhux ċar jekk f'dak iż-żmien, bejgħ tal-portafoll li fadal (li fil-prinċipju huwa mfittex) ikunx effettivament vijabbli, jiġifieri ekonomikament raġonevoli (19).

    Il-valwazzjoni tal-assi protetti

    (39)

    Il-portafoll kien ivvalutat f'żewġ passi. L-ewwel nett, intużat għodda ta' twissija bikrija biex timmarka n-negozji individwali (aħdar, isfar u aħmar) biex jinstabu dawk in-negozji f'diffikultà jew dawk indeboliti. Bl-għajnuna tal-għodda ġiet prodotta klassifikazzjoni interna: negozji li kellhom bandiera safra jew ħamra tnaqqsu tipikament fil-grad. Il-klassifikazzjoni interna imbagħad ġiet immappjata skont il-klassifikazzjoni pubblika Moody's. Il-klassifikazzjoni pubblika mbagħad intużat fil-verżjoni 2.4 ta' CDOROM (20) ta' Moody's biex wieħed jasal għal stima tat-telf mistenni fuq il-portafoll sħiħ u s-segmenti rilevanti.

    (40)

    Fuq il-bażi ta' din il-metodoloġija l-valur ekonomiku reali (VER) tal-portafoll ABS fi żmien l-approvazzjoni tal-miżuri kien stmat mill-esperti tal-Kummissjoni għal 83,87 % tal-valur nominali ta' EUR 19,589-il biljun, jiġifieri EUR 16,429-il biljun. F'email bid-data tal-14 ta' Diċembru 2009 il-Ġermanja ddikjarat li mhijiex se tfittex aktar analiżi tat-telf mistenni. Meta prezz ta' trasferiment ta' EUR 18,389-il biljun jitqabbel ma' valur ekonomiku reali ta' EUR 16,429-il biljun, hemm differenza ta' EUR 1,96 biljun.

    (41)

    L-effett ta' sulliev kapitali tal-miżura fiż-żmien meta ġiet implimentata t-tarka tar-riskju kien jammonta għal EUR 1,28 biljun.

    (42)

    L-eżattezza tal-metodu u tal-kalkoli sottostanti użati biex jiddeterminaw l-effett ta' sulliev kapitali ġiet ikkonfermata minn BaFin f'ittra bid-data tad-9 ta' April 2010.

    Ir-remunerazzjoni tat-tarka tar-riskju u l-irkupru

    (43)

    BayernLB irreveda r-remunerazzjoni għat-tarka tar-riskju (inkluż pagament ta' rkupru) (claw-back-Zahlung), b'mod retroattiv, b'effett mill-1 ta' Jannar 2010, minn 50 punt bażiku għal imposta annwali ta' EUR 200 miljun, magħmula minn:

    (i)

    imposta bażi ta' 6,25 % fuq l-effett inizjali ta' sulliev tal-kapital ta' EUR 1,28 biljun fil-31 ta' Diċembru 2008, jiġifieri EUR 80 miljun fis-sena,

    (ii)

    imposta addizzjonali ta' 3,75 % fuq parti mill-garanzija li tammonta għal EUR 2 biljun, jiġifieri EUR 75 miljun fis-sena, sal-2015;

    (iii)

    imposta speċjali ta' EUR 45 miljun fis-sena sal-2015.

    (c)   Il-garanziji ta' obbligazzjoni

    (44)

    BayernLB irċieva garanziji ta' obbligazzjoni mogħtija mill-Fond ta' Stabbilizzazzjoni tas-Suq Finanzjarju Ġermaniż (Sonderfonds Finanzmarktstabilisierung (“SoFFin”)) skont l-Att ta' Stabilizzazzjoni tas-Suq Finanzjarju (Finanzmarktstabilisierungsgesetz), li kienu approvati mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha dwar il-pakkett Ġermaniż ta' salvataġġ għall-istituzzjonijiet ta' kreditu (21). Dawn il-garanziji kienu jammontaw għal EUR 15-il biljun, li minnhom EUR 5 biljun intużaw għal kwistjoni f'Jannar 2009, filwaqt li l-bqija, EUR 10 biljun ġew irritornati mingħajr ma ntużaw lill-garanti fis-16 ta' Ottubru 2009, filwaqt li SoFFin naqqas il-garanzija għal EUR 5 biljun. Fit-23 ta' Jannar 2012, l-aħħar ħlas parzjali tal-garanziji ta' obbligazzjoni mogħtija minn SoFFin ġie mifdi.

    (d)   Garanzija ta' finanzjament għal-likwidità mogħtija mill-Awstrija

    (45)

    F'Diċembru 2008, wara li kiber id-deprezzament u t-telf, HGAA rċieva EUR 700 miljun mill-BayernLB u EUR 900 miljun f'kapital mhux ta' votazzjoni tal-Grad 1 (22) mill-Awstrija abbażi tal-iskema Awstrijaka ta' emerġenza għas-sostenn tal-banek (23).

    (46)

    Fl-2009, BayernLB u HGAA kkummissjonaw esperti esterni biex jagħmlu rapport dwar ir-riskju ta' kreditu ta' HGAA. Dan ir-rapport sab li t-telf mistenni jnaqqas il-proporzjon kapitali ta' Grad 1 għal anqas minn 4 % sa tmiem l-2009.

    (47)

    Wara l-ultumatum tal-awtorità Awstrijaka superviżorja tas-swieq finanzjarji lill-azzjonisti biex jieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji għal rikapitalizzazzjoni ta' HGAA sal-11 ta' Diċembru 2009, l-Awstrija akkwistat l-ishma kollha bil-prezz simboliku ta' euro (24). BayernLB rrinunzja d-drittijiet kollha tiegħu ta' azzjonista inklużi l-ammont riċevibbli tiegħu ta' EUR 300 miljun f'kapital tal-Grad 2 f'HGAA (25). Fil-każ li miżuri ta' kapital ulterjuri kienu meħtieġa biex jippermettu lil HGAA jissodisfa r-rekwiżiti minimi regolatorji tal-kapital, ġie maqbul ukoll li kull injezzjoni ta' kapital addizzjonali tinqasam bejn BayernLB u l-Awstrija fi proporzjon ta' 3:1. Madankollu, kull kapital addizzjonali pprovdut minn BayernLB fuq dik il-bażi jnaqqas il-EUR [500-550] miljun f'finanzjament li BayernLB kien ipprovda lil HGAA, li fuqhom kien irrinunzja d-drittijiet tiegħu bħala parti mill-operazzjoni ta' salvataġġ ta' HGAA.

    (48)

    Sabiex tiġi żgurata l-likwidità ta' HGAA, BayernLB ħareġ mill-ġdid linja ta' likwidità li tammonta għal EUR [350-600] miljun li kienu skadew fl-4 ta' Diċembru 2009. Barra minn hekk, kien hemm qbil li l-finanzjament intra-grupp eżistenti ta' EUR 2,638 biljun minn BayernLB lil HGAA jibqa' ma' HGAA sa tmiem l-2013. Fl-2014, BayernLB jħalli finanzjament li jammonta għal EUR [650-700] miljun lil HGAA, u fl-2015 jħalli EUR [350-400] miljun. L-iskopertura kienet garantita mill-Awstrija, fil-każ li HGAA jiddisintegra jew f'każ li kienet ittieħdet miżura ekonomikament komparabbli li ma kinitx tassigura l-vijabbiltà ta' HGAA.

    (e)   Il-kapital ta' BayernLabo ttrasferit lil BayernLB

    (49)

    Parti sinifikanti tar-riżervi ta' BayernLabo, li tammonta għal EUR 1 biljun, għandha tiġi trasferita għar-riservi tal-bank bażi, BayernLB, mingħajr ebda ħlas jew remunerazzjoni.

    3.   Il-pjan ta' ristrutturar notifikat mill-Ġermanja

    (a)   Deskrizzjoni tal-mudell ta' negozju

    (50)

    BayernLB ħejja pjan ta' ristrutturar biex jistabbilixxi r-ritorn tiegħu lejn il-vijabbiltà sal-31 ta' Diċembru 2015. Il-pjan jipprevedi bidliet sostanzjali fil-mudell ta' negozju ta' BayernLB u jipprvedi għal riallinjament strateġiku tal-bank. Il-mudell ta' negozju l-ġdid huwa kkaratterizzat minn riskju mnaqqas u enfasi akbar fuq il-kummerċ reġjonali u s-sostenibbiltà fuq il-lat tal-finanzjament kif ukoll fuq dak tas-self. Huwa jipprevedi riduzzjoni sinifikanti tal-attivitajiet ta' BayernLB u konċentrazzjoni fuq l-attivitajiet ewlenin, fuq il-prodotti ewlenin, ir-reġjuni prinċipali, permezz tal-għeluq jew iċ-ċessjoni taċ-ċentri ta' kummerċ, tas-sussidjarji u tal-parteċipazzjoni azzjonarja, u l-waqfien tal-oqsma ta' negozju.

    (51)

    Karatteristika ewlenija tal-istrateġija ta' ristrutturar hija d-distinzjoni bejn l-attivitajiet ewlenin u mhux prinċipali f'segmenti tan-negozju. Huwa l-objettiv ta' BayernLB li jissepara mill-attivitajiet kollha li mhumiex prinċipali.

    (52)

    Sabiex tiġi implimentata s-separazzjoni strateġika bejn l-attivitajiet prinċipali u mhux prinċipali, BayernLB stabbilixxa unità tar-ristrutturar fejn il-biċċa l-kbira tal-attivitajiet mhux prinċipali huma miġburin flimkien. B'dan il-mod, BayernLB jista' jiffoka fuq il-kompiti futuri fl-attivitajiet prinċipali tiegħu mingħajr ma jkollu jittratta t-tneħħija gradwali tal-attivitajiet mhux prinċipali.

    (53)

    BayernLB se jiffoka l-attività ta' negozju tiegħu fuq tliet oqsma ta' negozju prinċipali:

    (i)

    il-qasam ta' negozju prinċipali Nru 1: il-korporattivi,in-negozji żgħar u ta' daqs medju (Mittelstand) (26) u l-klijenti privati;

    (ii)

    il-qasam ta' negozju prinċipali Nru 2: proprjetà immobbli, banek tat-tfaddil, awtoritajiet pubbliċi u BayernLabo;

    (iii)

    il-qasam ta' negozju prinċipali Nru 3: is-swieq.

    Il-qasam ta' negozju prinċipali Nru 1: il-korporattivi, in-negozji ta' daqs żgħir jew medju (Mittelstand) u l-klijenti privati

    (54)

    Fil-qasam ta' negozju tal-korporattivi, il-grupp fil-mira huwa intrapriżi bi kwartieri ġenerali fil-Ġermanja u b'fatturat ta' mill-inqas EUR 1 biljun. S'issa negozju mwettaq f'fergħat barranin, speċjalment attivitajiet lokali, se jitnaqqas u jkun limitat għal klijenti b'rabta mal-Ġermanja (27), li lilhom BayernLB b'mod partikolari se joffri prodotti bankarji korporattivi, speċjalment faċilitajiet ta' kreditu, u prodotti finanzjarji strutturati, li jikkonsistu fl-iffinanzjar tal-kummerċ u l-esportazzjoni, il-finanzjament tal-lokazzjoni u l-proġetti.

    (55)

    Fir-rigward ta' negozji żgħar u ta' daqs medju, BayernLB se jpoġġi fil-mira l-intrapriżi tal-Bavarja b'fatturat bejn EUR 50 miljun u EUR 1 biljun, negozji mmexxija mill-familji, u intrapriżi oħra Ġermaniżi f'reġjuni speċifiċi fejn il-bank huwa diġà preżenti, bħal Nordrhein-Westfalen, permezz tal-fergħa ta' Düsseldorf. F'reġjuni mingħajr fergħat lokali, il-bank se jiffoka fuq intrapriżi b'fatturat bejn EUR 100 miljun u EUR 1 biljun. Barra minn faċilitajiet ta' kreditu, il-bank, inter alia, se joffri prodotti fl-oqsma tal-iffinanzjar tal-kummerċ u l-esportazzjoni, l-operazzjonijiet dokumentarji, l-imgħax u l-ġestjoni tal-valuta, derivattivi, investiment finanzjarju, tranżazzjonijiet monetarji u lokazzjoni. Il-bank se jipprovdi wkoll prodotti lill-intrapriżi b'fatturat taħt il-EUR 50 miljun permezz tal-banek tat-tfaddil.

    (56)

    Permezz tas-sussidjarja tiegħu DKB, BayernLB se jkun attiv fl-operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur tal-oqsma ta' negozju (Retailbanking), fl-infrastruttura, u l-konsumaturi kummerċjali. Fl-operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur, DKB se joffri kontijiet bankarji, karti ta' kreditu u prodotti oħra (finanzjament, investiment) kif ukoll servizzi bankarji diretti. Fl-infrastruttura, DKB se jkollu bħala mira b'mod partikolari, l-entitajiet li jipprovdu servizzi ta' interess ġenerali u l-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa. Fl-aħħar nett, DKB se jimmira lejn il-konsumaturi kummerċjali f'ċerti industriji bħall-agrikoltura, l-ikel, it-teknoloġija ambjentali, it-turiżmu, u s-servizzi legali u tat-taxxa.

    Il-qasam ta' negozju prinċipali Nru 2: proprjetà immobbli, banek tat-tfaddil, awtoritajiet pubbliċi u BayernLabo

    (57)

    Fir-rigward tal-proprjetà immobbli, BayernLB se jiffoka fuq klijenti Ġermaniżi. Madankollu, huwa se jipprovdi wkoll servizzi lill-klijenti internazzjonali b'rabta mal-Ġermanja. F'dak li għandu x'jaqsam mal-proprjetà immobbli kummerċjali, il-bank se jipprovdi finanzjament tal-portafoll, finanzjament għall-promozzjoni tal-akkomodazzjoni, finanzjament għall-iżvilupp u l-inventarji, u finanzjament ta' fondi tal-proprjetà immobbli. F'dak li għandu x'jaqsam mal-proprjetà immobbli residenzjali, il-bank se jipprovdi servizzi għall-intrapriżi tal-akkomodazzjoni u finanzjament għall-bini tad-djar. Fil-kuntest ta' ġestjoni tal-proprjetà immobbli, il-bank se jiffoka fuq il-finanzjament ta' djar tal-kura u l-proprjetà tal-kura tas-saħħa.

    (58)

    BayernLB se jkompli jikkoopera mal-banek tal-Bavarja, u sa ċertu punt, ukoll ma' banek ta' tfaddil Ġermaniżi oħra. Il-bank se jipprovdi prodotti li jikkumplimentaw il-prodotti proprji tal-banek tat-tfaddil u jaġixxi bħala bank ċentrali tal-banek tat-tfaddil.

    (59)

    Fis-segment tal-awtoritajiet pubbliċi, BayernLB se joffri prodotti varji ta' finanzjament u servizzi oħrajn relatati, pereżempju, għal proġetti ta' sħubija privata-pubblika. BayernLB mhux se joffri prodotti ġodda ta' kreditu lill-awtoritajiet pubbliċi barra l-Bavarja ħlief għall-immaniġġjar tal-likwidità. Barra minn hekk, il-finanzjament għall-proġetti ta' sħubija privata-pubblika, u l-finanzjament għall-proġetti u għall-esportazzjoni jistgħu jibqgħu jiġu offruti jekk dan ikun fl-interess tal-klijenti b'rabta mal-Ġermanja.

    (60)

    Permezz tas-sussidjarja tiegħu BayernLabo, BayernLB se jkun attiv f'li jipprovdi fondi ffinanzjati mill-gvern għal proġetti ta' proprjetà immobbli residenzjali fil-Bavarja. BayernLabo se jkollu fil-mira tiegħu l-klijenti privati, l-intrapriżi li joħolqu jew jimmodernizzaw l-akkomodazzjoni fil-Bavarja, u l-awtoritajiet pubbliċi. Barra minn hekk, BayernLabo se joffri prodotti ta' finanzjament lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-konsorzji stabbiliti mill-awtoritajiet pubbliċi. Dak in-negozju, madankollu, se jkun limitat għar-reġjun tal-Bavarja.

    Il-qasam ta' negozju prinċipali Nru 3: is-swieq

    (61)

    BayernLB se jipprovdi prodotti tat-Teżor (prodotti, (commodities), rati tal-imgħax fuq perjodu ta' żmien qasir, derivattivi ta' introjtu fiss, kambju), prodotti tas-swieq finanzjarji (introjtu fiss, prodotti strutturati għaċ-ċertifikati tal-konsumatur (Retailzertifikate), prodotti ta' imgħax strutturati, l-eżekuzzjoni tal-ishma) u prodotti ta' finanzjament (self internazzjonali, finanzjament intern). Il-bank se joffri dawn il-prodotti lill-istituzzjonijiet finanzjarji u lill-klijenti istituzzjonali bħall-kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-fiduċjarji u l-knejjes. Dan il-qasam tan-negozju se jkun limitat għal attivitajiet marbuta mal-klijenti tal-bank: in-negozjar proprjetarju jitneħħa, ħlief għal attivitajiet tat-teżor. Barra minn hekk, in-negozju ta' kreditu ma' banek oħra se jonqos b'mod sostanzjali.

    (b)   It-tnaqqis tal-attivitajiet ta' negozju

    (62)

    BayernLB kien diġà għalaq l-uffiċċji tiegħu f'Beijing, Tokjo, Montreal, Mumbai, Kiev, Ħong Kong u Shanghai. Il-preżenza internazzjonali tal-bank se tkun limitata għall-uffiċċji f'Pariġi, New York, Londra u Milan, li diġà tnaqqset b'mod sostanzjali.

    (63)

    Il-bank se jbigħ bosta mis-sussidjarji tiegħu. B'mod partikolari, se jbigħ l-LBS lill-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil. Il-prezz tax-xiri ta' EUR 818,3 miljun huwa msejjes fuq rapport espert ipprovdut minn żewġ valutazzjonijiet esperti fit-30 ta' Mejju 2012 u jirrifletti l-valur ta' LBS fit-30 ta' Ġunju 2012. Il-Ġermanja targumenta li l-banek tat-tfaddil huma l-mezz ta' distribuzzjoni ewlieni għal prodotti LBS, u li biex jiġi stabbilit prezz, investitur privat normali kieku japplika skont (Abschlag) għal riskju tas-suq bħal dan. Dan l-argument ma ġiex ikkunsidrat fir-rapport espert. Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni ma nsistietx fuq sejħa miftuħa għall-offerti, billi kkonkludiet li huwa improbabbli li tali sejħa kienet twassal għal aktar rikavati minn bejgħ lill-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil abbażi tar-rapport espert.

    (64)

    Barra minn hekk, il-bank se jtemm l-attività tiegħu fl-Ewropa tal-Lvant (is-segment “Osteuropa”), u b'mod partikolari se jbigħ is-sussidjarja Ungeriża tiegħu, l-MKB Bank. Fil-pjan inizjali ta' ristrutturar BayernLB kien immira għal data ta' bejgħ ta'[…] għal MKB. Minħabba l-inċertezza politika u ekonomika fl-Ungerija (28) u l-impatt ta' dan fuq id-dejta finanzjarja ta' MKB, BayernLB wasal għall-konklużjoni li kien improbabbli li jkun kapaċi jbigħ lil MKB fi żmien qasir, u ddeċieda li jipposponi ċ-ċessjoni ta' MKB minn […].

    (65)

    Barra minn hekk, BayernLB se jnaqqas b'mod permanenti r-riskji fil-bqija tal-oqsma ta' negozju prinċipali tiegħu. Se jabbanduna n-negozji li huma ferm dipendenti fuq l-iżvilupp tas-swieq finanzjarji, pereżempju l-kummerċ proprjetarju, it-titoli sostnuti minn assi u l-finanzjament tal-akkwist relatat mat-tranżazzjonijiet. Huwa se jnaqqas ħafna n-negozju marbut mal-finanzjament u n-negozju b'riskju għoli ma' klijenti internazzjonali, u jimpenja ruħu f'tali negozju biss fejn hemm rabta ċara mal-Ġermanja.

    (66)

    Fir-rigward tal-korporattivi fil-qasam tan-negozju, in-negozju korporattiv u l-finanzjament tal-proġetti għall-klijenti li ma għandhomx rabta mal-Ġermanja se jiġu abbandunati.

    (67)

    In-negozju tal-proprjetà immobbli f'uffiċċji barranin ma' klijenti mingħajr rabta mal-Ġermanja se jispiċċa.

    (68)

    Barra minn hekk, in-negozju ta' kreditu mal-banek se jitnaqqas b'mod estensiv, u l-kummerċ proprjetarju dedikat se jiġi abbandunat.

    (69)

    B'kollox, il-bank jimpenja ruħu li jnaqqas il-karta bilanċjali tiegħu għal EUR 239,4 biljun fl-2015, minn EUR 421,7 biljun fl-2008. Fuq bażi simili għall-2008, karta bilanċjali mnaqqsa għal EUR 239,4 biljun tikkorrispondi għal EUR 206 biljun, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 51 %.

    (c)   Fokus reġjonali

    (70)

    Fi tmiem l-2010, 58 % tal-iskopertura ta' kreditu ta' BayernLB kien jinsab fil-Ġermanja u 74 % fl-Ewropa (ir-reġjun ġeografiku). L-iskoperturi prinċipali tal-munita ta' BayernLB huma d-dollaru Amerikan, il-lira sterlina u l-frank Svizzeru (ara t-Tabella 2); 24 % tal-assi tal-bank ġew denominati f'muniti oħra minbarra l-euro fi tmiem l-2010.

    Tabella 2

    Assi u obbligazzjonijiet denominati f'munita barranija fi tmiem l-2010

     

    ASSI

    OBBLIGAZZJONIJIET

    CHF

    12 994

    9 384

    GBP

    14 752

    11 736

    USD

    33 913

    23 169

    Valuti oħra

    14 690

    14 942

    (71)

    Mill-assi denominati mid-dollaru, [30–50] % tpoġġew fl-unità ta' ristrutturar fi tmiem l-2010. Lejn tmiem l-2010 l-uffiċċju ta' BayernLB fi New York kellu [30–50] % tal-assi denominati f'USD u l-uffiċċju ta' Londra kellu [50–70] % tal-assi denominati f'GBP.

    (72)

    Fil-qasam tan-negozji korporattivi, BayernLB pprovda self għall-finanzjament ta' proġetti kif ukoll self għall-kumpaniji. Fi tmiem l-2010, mit-EUR [23–29] biljun ta' self kontabilizzat f'dan il-qasam ta' negozju, is-self korporattiv kien jirrappreżenta EUR [9–14] biljun; it-EUR [12–17] biljun li jifdal kienu magħmula l-aktar minn finanzjament għall-proġetti u self għall-finanzjament strutturat ieħor. Is-selfiet għall-finanzjament ta' proġetti ġġenera skopertura sinifikanti għall-pajjiżi li mhumiex fl-UE. Mill-istokk pendenti ta' selfiet għall-finanzjament ta' proġetti, [2–5] % biss kienu allokati fil-Ġermanja fi tmiem l-2011; it-tliet l-akbar skoperturi skont il-pajjiż kienu l-Istati Uniti, ir-Renju Unit u [pajjiż mil-Lvant Nofsani]. Mis-selfiet il-ġodda ġġenerati fi New York bejn l-2009 u l-2011, [12–15] % biss kienu relatati ma' proġetti li fihom klijent Ġermaniż tal-bank kien qed jieħu sehem, meta mqabbla ma [55–60] % tas-selfiet għall-finanzjament ta' proġetti ġġenerati fuq l-istess perjodu fl-Ewropa, fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika (“EMEA”)

    (73)

    Għalhekk, biex il-bank ikun aktar iffukat fuq is-suq bażi tiegħu fil-Bavarja u l-Ġermanja, il-bank qabel li jirrestrinġi l-kummerċ tiegħu għal klijenti b'rabta mal-Ġermanja, u li jillimita b'mod sinifikanti l-kummerċ internazzjonali tiegħu, kif indikat fid-dettall fl-impenji pprovduti mill-Ġermanja.

    (d)   Miżuri li jsaħħu l-kapital

    (74)

    Matul l-investigazzjoni, saret diskussjoni intensiva bejn l-awtoritajiet Ġermaniżi, ir-regolatur finanzjarju, is-sidien tal-bank u l-bank innifsu, dwar il-pjan ta' ristrutturar emendat u skeda ta' rimborż possibbli.

    (75)

    Huwa mingħajr dubju li skont Basel III il-parteċipazzjonijiet passivi (ħlief għall-Għajnuna mill-Istat) mhux se jiġu rikonoxxuti bħala kapital tal-1 Grad, u għalhekk mhux se jibqgħu jitqiesu bis-sħiħ bħala kapital regolatorju mill-2013 'il quddiem.

    (76)

    Il-banek individwali tat-tfaddil tal-Bavarja attwalment jippossjedu bejn EUR [700–750] miljun f'parteċipazzjonijiet passivi f'BayernLB; […] (29). Dawk il-parteċipazzjonijiet passivi ma għandhom l-ebda maturità, u għalhekk jibqgħu fil-bank sakemm dawn jitħallsu lura fuq l-inizjattiva tal-bank.

    (77)

    L-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil qablet mal-bank li l-parteċipazzjonijiet passivi kollha mingħajr maturità speċifikata li huma miżmuma minn banek ta' tfaddil individwali se jitħallsu lura […] u jiġu minnufih investiti mill-ġdid f'BayernLB Holding mill-assoċjazzjoni ta' banek tat-tfaddil, permezz ta' żieda fil-kapital (30).

    (78)

    Barra minn hekk, l-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil se jinjettaw EUR [22-62] miljun oħra f'BayernLB Holding. L-ishma l-ġodda li jiġu miżmuma mill-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil se jiġu ddeterminati skont il-valur ta' BayernLB Holding ivvalutat mill-istandard IdW S1 żviluppat mill-Istitut Ġermaniż tal-Kontabilisti Pubbliċi Ċċertifikati, Institut der Wirtschaftsprüfer (“IdW”). Is-sehem tal-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil ma jistax jaqbeż il-25 %, sabiex ikun żgurat li jibqa' taħt il-minoranza li timblokka, li hija ta' 25 % + vot 1.

    (79)

    Il-parteċipazzjoni siekta ta' EUR 3 biljun li jappartjeni lil-Land tal-Bavarja jitlef l-istatus tiegħu bħala kapital tal-Grad 1 regolatorju sħiħ fl-2018. Il-Bavarja ddikjarat pubblikament li trid tirkupra t-EUR 3 biljun ta' parteċipazzjoni siekta mill-BayernLB. Madankollu, il-BayernLB żamm lura milli jifdi l-parteċipazzjoni siekta, minħabba biża' ta' perikolu lill-bafer kapitali regolatorju tiegħu. BaFin qalet lill-Kummissjoni verbalment li hija tqis li bank ikollu bżonn mhux biss ta' 9 % tal-proporzjon prinċipali tal-1 Grad kif definit mill-Awtorità Bankarja Ewropea (“EBA”) iżda wkoll riżerva sostanzjali, li għandha tammonta għal mill-inqas bejn 0,5 u 1 % skont il-mudell ta' negozju tal-bank.

    (80)

    Barra minn hekk, wara li jiġi applikat xenarju ta' kriżi f'konformità mal-istress test ta' EBA ta' Ġunju 2011, il-bank ikkonkluda li jkun għaqli li jkollu riżerva ta' dan it-tip. L-awtorità regolatriċi laqgħet dan l-approċċ b'mod prudenti. Għal din ir-raġuni, il-Ġermanja ma setgħet tipproponi l-ebda soluzzjoni lill-Kummissjoni li turi kif il-parteċipazzjoni siekta setgħet tiġi mifdija.

    (81)

    BaFin ġibdet l-attenzjoni li l-kapital ta' BayernLabo [għandu mnejn jiġi ttrattat b'mod differenti] fil-ġejjieni. BayernLB għalhekk għandu l-intenzjoni li jittrasferixxi parti sinifikanti mir-riżervi ta' BayernLabo (EUR 1 biljun) lill-bank bażi. Il-kontribuzzjoni b'finijiet speċjali (ara l-premessi 29 u 31), madankollu, se tibqa' għand BayernLabo, u se tibqa' tintuża għall-ħidma tal-promozzjoni tal-akkomodazzjoni imposta legalment fuqu. Il-kapital li jifdal f'BayernLabo se jiġi aġġornat sabiex ikun jista' jiġi rikonoxxut bħala kapital prinċipali tal-EBA, li jassorbi t-telf kompletament u jiġi remunerat permezz ta' dividendi.

    (e)   Id-deskrizzjoni tal-ippjanar finanzjarju

    (82)

    Is-suppożizzjonijiet użati fl-ippjanar finanzjarju, it-trattament regolatorju, iċ-ċifri ewlenin projettati, il-profittabilità għal kull qasam tan-negozju u l-projezzjonijiet fir-rigward ta' MKB huma ppreżentati hawn taħt fil-premessi 83 ff.

    —   Suppożizzjonijiet

    (83)

    Għall-PDG u t-tbassir dwar il-munita fuq terminu qasir (jiġifieri l-perjodu 2012-2013), BayernLB juża metodoloġija li hija bbażata fuq previżjonijiet ponderati minn istituzzjonijiet internazzjonali, previżjonijiet fuq terminu qasir minn esperti tat-tbassir privati, u kontribut minn BayernLB stess mid-dipartiment ta' riċerka interna. BayernLB jibbaża t-tbassir tal-PDG tiegħu fit-tul lil hinn mill-2013 fuq is-suppożizzjoni li l-ekonomija jkollha tendenza li tikber skont il-potenzjal tagħha fit-tul. It-tbassir ta' BayernLB għal skopijiet ta' ppjanar intern huwa bħala regola, konservattiv. Devjazzjonijiet żgħar miċ-ċifri previsti minn istituzzjonijiet oħra jistgħu jseħħu minħabba t-tqarrib (pereżempju, it-tbassir taż-żona tal-euro tal-2013: FMI: 0,9 %, BayernLB u l-Kummissjoni: 1 %).

    (84)

    It-tbassir ta' BayernLB dwar id-dollaru hu bbażat fuq is-suppożizzjoni li d-dollaru se […] fl-2013. Fl-2015-16, id-dollaru se […] meta mqabbel mal-euro. Skont BayernLB, dan se jkun ir-riżultat ta' […] mistennija fil-finanzi pubbliċi tal-Istati Uniti u l-parità tal-kapaċità tal-akkwist (PPP) tar-rata tal-kambju […], li l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) stmat għal USD 1,25 għal kull euro fl-2011. Peress li l-inflazzjoni fl-Istati Uniti hi mistennija li tkun ogħla minn dik fiż-żona tal-ewro, il-PPP skont BayernLB, għandha tkun qrib USD 1,30 fl-2016.

    (85)

    Għal rati ta' imgħax, it-tbassir ta' BayernLB jibda mill-ambjent attwali ta' rata ta' imgħax baxxa ħafna. BayernLB jassumi ritorn gradwali għan-normal mil-livelli baxxi ta' bħalissa għal-livelli ta' valur ġust; huwa jibbaża din il-fehma fuq tbassir dwar it-tkabbir, tbassir dwar l-inflazzjoni u dikjarazzjonijiet rigward il-politika monetarja mistennija.

    (86)

    L-awtoritajiet Ġermaniżi pprovdew lill-Kummissjoni b'informazzjoni li turi li t-tbassir dwar il-PGD ta' BayernLB huwa qrib ħafna tal-kunsens tal-istituzzjonijiet internazzjonali ewlenin bħall-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u l-Kummissjoni.

    (87)

    L-aħħar aġġornament tal-projezzjonijiet, datat minn Ġunju 2012, huwa bbażat fuq sett ta' suppożizzjonijiet stabbiliti f'Mejju 2012. F'dawn il-projezzjonijiet finanzjarji aġġornati ta' Ġunju 2012 BayernLB bidel numru ta' suppożizzjonijiet makroekonomiċi, u aġġusta b'mod partikolari t-tbassir tiegħu għar-rati ta' interessi kurrenti baxxi ħafna (ara t-Tabella 3).

    Tabella 3

    Suppożizzjonijiet ewlenin ta' projezzjonijiet finanzjarji

    Sena

    2012 (%)

    2013 (%)

    2014 (%)

    2015 (%)

    Rati ta' imgħax ta' 5 snin (ippjanar preċedenti)

    […]

    […]

    […]

    […]

    Rati ta' imgħax ta' 5 snin (aġġornament ta' Ġunju 2012)

    […]

    […]

    […]

    […]

    EUR/USD

    [1,10-1,60]

    [1,10-1,60]

    [1,10-1,60]

    [1,10-1,60]

    (88)

    BayernLB għamel ukoll għadd ta' aġġustamenti negattivi fil-projezzjonijiet ta' qligħ tiegħu għal raġunijiet speċifiċi għall-kumpaniji. Pereżempju, huwa uża projezzjonijiet tat-taxxa b'aktar kawtela (jiġifieri rata ta' taxxa effettiva ogħla), żied l-ispejjeż operattivi biex jirriflettu deċiżjoni mhux favorevoli tal-Qorti Federali tax-Xogħol (Bundesarbeitsgericht), u aġġorna r-riżultati ħeġġ bejn il-valuti (Cross-Currency-Hedge-Ergebnis) biex jirriflettu l-pożizzjoni fi tmiem l-2011 (31).

    (89)

    BayernLB pprovda analiżi tas-sensittività tal-projezzjonijiet finanzjarji tiegħu għal varjazzjoni tar-rati tal-kambju tad-dollaru Amerikan, tal-frank Svizzeru u tal-isterlina. Skont l-informazzjoni pprovduta, l-introjtu mill-imgħax nett huwa l-aktar sensittiv għal varjazzjonijiet f'rati tal-kambju tad-dollaru. Il-projezzjonijiet dwar l-introjtu mill-imgħax nett għandhom it-tendenza li jonqsu għar-rati tal-kambju ogħla tal-euro/dollaru u li jiżdiedu għar-rati tal-kambju aktar baxxi tal-euro/dollaru.

    —   Projezzjonijiet finanzjarji

    (90)

    Il-Ġermanja pprovdiet projezzjonijiet finanzjarji dettaljati għal volumi tal-assi, marġini u pożizzjonijiet ta' riskju għal kull qasam tan-negozju, u wkoll għall-finanzjament ta' kull sors ta' rifinanzjament bil-marġini rispettivi.

    (91)

    Iċ-ċifri ewlenin tal-pjan ta' ristrutturar huma ppreżentati fit-Tabella 4.

    Tabella 4

    Iċ-ċifri finanzjarji ewlenin tal-pjan ta' ristrutturar

    Grupp (f'miljuni ta' EUR)

    2012

    2013

    2014

    2015

    2016

    Pjan

    Pjan

    Pjan

    Pjan

    Pjan

    Introjtu nett mill-imgħax

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    Introjtu nett mill-imposti

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    Riżultat mill-iħħeġġjar

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    Riżultat tan-negozjar

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    Introjtu nett minn investimenti u indebolimenti

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    Introjtu nett ieħor

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    Introjtu totali

    [2 300 -2 800 ]

    [2 300 -2 800 ]

    [2 300 -2 800 ]

    [2 300 -2 800 ]

    [2 300 -2 800 ]

    Provvedimenti għat-telf fuq is-self

    (…)

    – […]

    (…)

    (…)

    (…)

    Spejjeż totali

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    Spejjeż ta' imposti bankarji

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    Spejjeż għar-ristrutturar

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    INTROJTU NETT QABEL IT-TAXXA

    [0-500]

    [500-1 000 ]

    [500-1 000 ]

    [500-1 000 ]

    [700-1 200 ]

    TAXXI

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    INTROJTU NETT

    [0-500]

    [200-700]

    [200-700]

    [400-900]

    [400-900]

    Il-proporzjon tal-kost/tal-introjtu (inkl. imposta bankarja) f'%

    [60-75]

    [50-60]

    [50-60]

    [45-55]

    [45-55]

    Assi

    [250 000 -280 000 ]

    [250 000 -280 000 ]

    [240 000 -270 000 ]

    [220 000 -250 000 ]

    [220 000 -250 000 ]

    Pożizzjonijiet ta' riskju regolatorju

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    Introjtu totali/pożizzjonijiet ta' riskju (f'bps)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    Numru medju ta' impjegati (f'unitajiet)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    […] (***)

    Redditu fuq l-ekwità (RoE) ibbażat fuq proporzjon kapitali ta' 10 %  (**)

    [0-5] %

    [3-8] %

    [3-8] %

    [3-8] %

    [5-10] %

    (92)

    Fl-istress test tal-EBA ta' Diċembru 2011, il-proporzjon kapitali bażi EBA tal-Grad 1 ta' BayernLB kien ta' 10 %. Matul il-perjodu ta' ristrutturar, il-bank se jiġġenera żieda fil-profitti.

    —   Il-projezzjonijiet tal-oqsma ta' negozju u l-profittabilità

    Tabella 5

    Il-projezzjonijiet tal-oqsma ta' negozju u l-profittabilità

    Il-qasam ta' negozju

    RoE wara t-taxxa (****)

    RWAs (EUR biljun)

    Bidla fir-RWAs f'%

    2011

    (%)

    2012

    (%)

    2016

    (%)

    2011

    2016

    2011-2016

    (%)

    Kumpaniji u negozji żgħar u ta' daqs medju

    8,3

    [3-8]

    [5-10]

    27,3

    [29-31]

    + [6-14]

    DKB

    4,7

    [3-8]

    [5-10]

    31,1

    [38-41]

    + [21-31]

    Il-proprjetà immobbli

    9,8

    [3-8]

    [5-10]

    9,7

    [13-15]

    + [33-42]

    Il-Banek tat-Tfaddil u l-Assoċjazzjoni

    [15-50]

    [10-35]

    [10-35]

    0,7

    [1-3]

    + [50-200]

    Swieq

    4,0

    [(– 10)-(– 5)]

    [0-5]

    20,3

    [14-16]

    [(– 31)-(– 21)]

    BayernLabo

    85

    [115-120]

    [75-80]

    0,6

    [0,6-0,8]

    + [0-33]

    Grupp  (*****)

     

    [1-5]

    [5-10]

    118,4

    [95-105]

    [(– 20)-(– 11)]

    Attivitajiet li ma tkomplewx

    L-unità ta' ristrutturar

    5,6

    [(– 5)-(0)]

    [(– 13)-(– 5)]

    12,1

    [1,5-2]

    [(– 100)-(– 75)]

    LBS

    25,3

    […]

    […]

    2.1

    (…)

    […]

    MKB

    – 40,4

    [(– 20)-(– 15)]

    […]

    7,2

    (…)

    […]

    —   Finanzjament

    (93)

    F'Ġunju 2011, il-Ġermanja pprovdiet il-pjan ta' finanzjament għal BayernLB stabbilit fit-Tabella 6. Din l-analiżi tmur lura għal qabel mal-bank intrabat bit-tnaqqis addizzjonali fil-karta bilanċjali tiegħu li jġib it-total fuq il-karta bilanċjali tiegħu għal madwar EUR 240 biljun fl-2015.

    Tabella 6

    Il-pjan ta' finanzjament

     

    2010

    2015

    bidla assoluta

    Obbligazzjonijiet garantiti lill-banek

    (…)

    (…)

    (…)

    Obbligazzjonijiet mhux garantiti lill-banek

    (…)

    (…)

    (…)

    li minnhom: Depot A

    (…)

    (…)

    (…)

    Obbligazzjonijiet lil entitajiet li mhumiex banek

    (…)

    (…)

    (…)

    li minnhom: depożiti korporattivi

    (…)

    (…)

    [2-8]

    Obbligazzjonijiet titolizzati

    (…)

    (…)

    – […]

    li minnhom: bonds ipotekarji (Pfandbriefe)

    (…)

    (…)

    (…)

    li minnhom: Depot B

    (…)

    (…)

    [1-5]

    Provvedimenti għall-obbligazzjonijiet u l-imposti

    (…)

    (…)

    (…)

    Obbligazzjonijiet subordinati

    (…)

    (…)

    (…)

    Fondi proprji

    (…)

    (…)

    (…)

    Obbligazzjonijiet ta' negozjar

    (…)

    (…)

    (…)

    Oħrajn

    (…)

    (…)

    (…)

    Totali

    (…)

    (…)

    (…)

    (94)

    BayernLB ippovda l-informazzjoni stipulata fit-Tabella 7 li turi t-tibdil matul il-perjodu ta' ristrutturar tiegħu ta' obbligazzjonijiet ta' anterjorità (32) garantiti mill-Istat ta' qabel il-kriżi titolizzati u mhux titolizzati.

    Tabella 7

    Profil tal-maturità tal-obbligazzjonijiet ta' anterjorità

    Stokk

    F'EUR biljun

    31.12.2010

    58,3

    31.12.2011

    46,7

    31.12.2012

    41,4

    31.12.2013

    32,8

    31.12.2014

    23,6

    31.12.2015

    1,6

    (95)

    Il-Ġermanja pprovdiet informazzjoni estensiva dwar sorsi alternattivi ta' finanzjament li huma disponibbli għal BayernLB. L-informazzjoni hija relatata b'mod partikolari mal-kollateral li huwa eliġibbli għall-ħruġ ta' bonds koperti iżda li mhumiex elenkati fil-pjan ta' finanzjament ipprovdut. Tali kollateral ikun disponibbli fil-livell ta' DKB u jista' jipprovdi sors alternattiv irħis ta' finanzjament. Il-Ġermanja pprovdiet ukoll informazzjoni dwar il-kapaċità tal-ħruġ inkrementali fis-swieq internazzjonali.

    —   MKB

    (96)

    Il-Liġi dwar ir-Rimborż ta' Self f'Munita Barranija (33) ppromulgata mill-awtoritajiet Ungeriżi fil-ħarifa tal-2011 kienet fattur prinċipali fit-telf nett ta' MKB għas-sena ta' EUR 382 miljun.

    (97)

    Billi l-prospettiva tal-qligħ ta' MKB ġiet indebolita b'mod permanenti minħabba r-rimborż antiċipat ta' self f'munita barranija u l-ambjent diffiċli kontinwu, BayernLB niżżel il-valur ta' sehmu fl-MKB b'EUR 576 miljun fil-kontijiet tiegħu, f'konformità mal-istandards ta' kontabilità Ġermaniżi.

    (98)

    Fl-ewwel kwart tal-2012, BayernLB kkontribwixxa EUR 200 miljun għal żieda kapitali għal MKB. Permezz ta' finanzjament intragrupp, BayernLB għandu skopertura għal MKB stmata għal madwar EUR […] biljun fi tmiem l-2012.

    —   Stress test tal-EBA

    (99)

    F'dan l-eżerċizzju tal-kapital tal-EBA ta' Diċembru 2011, il-proporzjon bażi tal-Grad 1 ta' BayernLB skont il-kriterji tal-EBA (“il-proporzjon bażi ta' EBA” jew “il-proporzjoni bażi”) kien ta' 10 %. Filwaqt li qies il-kompożizzjoni tal-portafoll sovran ta' BayernLB, l-EBA ikkonkludiet li BayernLB ma kellu bżonn l-ebda bafer kapitali sovran speċifiku għall-iskoperturi tiegħu fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

    —   Suppożizzjonijiet regolatorji

    (100)

    L-ippjanar finanzjarju huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li fl-2013 kellu jkun hemm bidla fl-istandards ta' kontabilità ta' referenza użati għall-kalkolu tal-proporzjonijiet kapitali regolatorji, mill-Prinċipji ta' Kontabbiltà Ġeneralment Aċċettati (GAAPs), skont il-Kodiċi Kummerċjali Ġermaniż (Handelsgesetzbuch), għall-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRSs).

    (101)

    L-użu tal-IFRSs jagħti lok għal għadd ta' bidliet fil-kapital regolatorju ta' BayernLB, li huma kkunsidrati fil-projezzjonijiet. Impatt deċiżiv tal-bidla jirrigwarda self mingħajr imgħax (self b'sussidji mill-Istat) ipprovdut minn BayernLabo fil-kuntest ta' kostruzzjoni residenzjali u żvilupp urban (34). Skont il-Kodiċi Kummerċjali dan is-self huwa rreġistrat skont il-valur skontat tiegħu (li huwa taħt il-valur nominali, minħabba li s-self ma jħalli l-ebda imgħax). Skont l-IFRSs, kif ikkonfermat mill-awditur ta' BayernLB, is-self ikun kopert skont il-valur nominali tiegħu. Id-differenza tkun tiġġenera kapital fil-livell ta' BayernLabo u konsegwentement fil-livell ta' BayernLB. L-impatt ta' din il-bidla jammonta għal EUR 967 miljun fil-31 ta' Diċembru 2011.

    (f)   Tnaqqis fil-pożizzjoni ta' riskju ulterjuri

    (102)

    Il-Ġermanja tintrabat li tnaqqas il-pożizzjonijiet ta' riskju ulterjuri ta' EUR 10 biljun sal-2017 b'mod newtrali għall-profitt, li fih kull tnaqqis fl-introjtu jiġi kkumpensat minn tnaqqis korrispondenti fil-kostijiet. It-tnaqqis jista' jinkiseb billi jiġi ottimizzat il-kalkolu tal-pożizzjonijiet tar-riskju jew billi jitnaqqsu l-assi f'ċerti oqsma ta' negozju.

    (103)

    Bħala eżempju BayernLB pprovda l-analiżi li ġejja segment b'segment tat-tnaqqis ta' EUR 10 biljun meta mqabbel mal-projezzjonijiet tal-pożizzjoni ta' riskju fil-pjan ta' ristrutturar: tnaqqis addizzjonali ta' EUR […] biljun f'kumpaniji/negozji żgħar u ta' daqs medju, EUR […] biljun f'DKB, EUR […] biljun fil-proprjetà immobbli, EUR […] biljun fis-swieq, u EUR […] biljun fl-unità tar-ristrutturar.

    (104)

    Bħala eżempju, il-Ġermanja pprovdiet żewġ xenarji possibbli għall-kisba tat-tnaqqis fil-pożizzjoni ta' riskju ta' EUR 10 biljun addizzjonali. Il-Ġermanja u BayernLB jikkunsidraw dawn ix-xenarji possibbli.

    Xenarju 1 — Tnaqqis fil-pożizzjoni ta' riskju li jikkonsisti minn EUR […] biljun permezz ta' tnaqqis fin-negozju u EUR […] biljun permezz tal-ottimizzazzjoni

    (105)

    Fl-ewwel xenarju, il-Ġermanja tippreżenta l-impatt ta' tnaqqis fil-pożizzjoni ta' riskju li jikkonsisti f'EUR […] biljun, permezz ta' tnaqqis fin-negozju u EUR […] biljun, permezz tal-ottimizzazzjoni, murija fit-Tabella 8.

    Tabella 8

    Xenarju 1

    Grupp (f'miljuni ta' EUR)

    2016

    Delta li tirriżulta minn tnaqqis ta' pożizzjonijiet ta' riskju ta' EUR 10 biljun

    2016

    Pjan ta' ristrutturar

    Wara tnaqqis addizzjonali

    Introjtu totali

    (…)

    (…)

    (…)

    Provvedimenti għat-telf fuq is-self

    (…)

    (…)

    (…)

    Spejjeż totali

    (…)

    (…)

    (…)

    INTROJTU NETT QABEL IT-TAXXA

    (…)

    (…)

    (…)

    RoE (******) (22 % taxxa)

    [5-10]%

    (…)

    [7-12]%

    Pożizzjonijiet ta' riskju

    (…)

    (…)

    (…)

    Xenarju 2 — Tnaqqis fil-pożizzjoni tar-riskju li jikkonsisti f'EUR […] biljun ta' tnaqqis fil-pożizzjoni ta' riskju permezz ta' tnaqqis fin-negozju u tnaqqis ta' EUR […] biljun, permezz tal-ottimizzazzjoni

    (106)

    Fit-tieni xenarju l-Ġermanja tippreżenta l-impatt ta' tnaqqis fil-pożizzjoni ta' riskju li jikkonsisti f'EUR […] biljun, permezz ta' tnaqqis fin-negozju u EUR […] biljun, permezz tal-ottimizzazzjoni, murija fit-Tabella 9.

    Tabella 9

    Xenarju 2

    Grupp (f'miljuni ta' EUR)

    2016

    Delta li tirriżulta minn tnaqqis ta' pożizzjonijiet ta' riskju ta' EUR 10 biljun

    2016

    Pjan ta' ristrutturar

    Wara tnaqqis addizzjonali

    Introjtu totali

    (…)

    (…)

    (…)

    Provvedimenti għat-telf fuq is-self

    (…)

    (…)

    (…)

    Spejjeż totali

    (…)

    (…)

    (…)

    INTROJTU NETT QABEL IT-TAXXA

    (…)

    (…)

    (…)

    RoE (*******) (22 % taxxa)

    [5-10] %

    (…)

    [7-12] %

    Pożizzjonijiet ta' riskju

    (…)

    (…)

    (…)

    (107)

    Skont il-Bank, il-profil preċiż tat-tnaqqis fil-pożizzjonijiet ta' riskju matul il-perjodu ma jistax jiġi stabbilit f'dan l-istadju, minħabba li t-tnaqqis jista' jinkiseb jew permezz ta' ottimizzazzjoni jew permezz ta' tnaqqis fin-negozju.

    4.   Skeda ta' rimborż

    (108)

    Fuq it-talba tal-Kummissjoni, il-bank ikkalkula l-iskedi ta' rimborż stipulati fit-Tabelli 10 u 11, waqt li kkunsidra t-tnaqqis fil-pożizzjoni ta' riskju li jammonta għal EUR 10 biljun mill-2017. Il-bank qies l-effetti sekondarji kollha tar-rimborż, b'mod partikolari l-pagamenti ta' interessi fuq il-parteċipazzjoni siekta. Barra minn hekk, l-iskeda ta' rimborż hija bbażata fuq suppożizzjoni prudenti li r-regolatur ma jirrikonoxxix il-kapital iġġenerat permezz ta' inklużjoni fil-kapital ta' self ta' BayernLabo fil-valur nominali fil-kapital bażi ta' superviżjoni skont l-IFRSs (Tabella 10). Madankollu, il-Ġermanja ntrabtet li jekk ir-regolatur kellu jirrikonoxxi s-self kollu jew partijiet minnu bħala kapital bażi ta' superviżjoni, dawn ikunu kkunsidrati fl-iskeda għar-rimborż tal-parti korrispondenti tal-pagament ta' rkupru mill-2013 kif indikat fit-Tabella 11.

    Tabella 10

    Skeda ta' rimborż ipotetiku eskluż il-kapital addizzjonali potenzjalment iġġenerat minn kontabilità ta' valur nominali tas-self ta' BayernLabo skont l-IFRSs (f'miljuni ta' EUR)

    Sena

    2013

    2014

    2015

    2016

    2017

    2018

    2019

    TOTAL

    Pagamenti ta' rkupru perjodiċi

    480 (********)

    120

    120

     

     

     

     

    720

    Rkupru

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    1 240

    Rimborż ta' parteċipazzjonijiet passivi mingħajr tnaqqis addizzjonali maqbula

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    [3 000 ]

    Rimborż permezz ta' tnaqqis addizzjonali

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    Kumulattiv (parteċipazzjonijiet passivi ta' rkupru u tal-Land tal-Bavarja)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

     


    Tabella 11

    Skeda ta' rimborż ipotetiku inklużi kapital addizzjonali ta' […] potenzjalment iġġenerat permezz ta' kontabilità ta' valur nominali ta' self ta' BayernLabo skont l-IFRSs (f'miljuni ta' EUR)

    Sena

    2013

    2014

    2015

    2016

    2017

    2018

    2019

    TOTAL

    Pagamenti ta' rkupru perjodiċi

    480 (*********)

    120

    120

     

     

     

     

    720

    Rkupru

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

     

     

    1 240

    Rimborż ta' parteċipazzjonijiet passivi mingħajr tnaqqis addizzjonali maqbula

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

     

     

    [3 000 ]

    Rimborż permezz ta' tnaqqis addizzjonali

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

     

     

    Kumulattiv (parteċipazzjonijiet passivi ta' rkupru u tal-Land tal-Bavarja)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

     

     

     

    5.   L-impenji pprovduti mill-Ġermanja

    (109)

    Il-Ġermanja impenjat ruħha li tiżgura li l-pjan ta' ristrutturar oriġinali sottomess fid-29 ta' April 2009, kif emendat l-aħħar permezz tal-komunikazzjoniijiet tal-Ġermanja tas-6 u t-12 ta' Ġunju 2012, jiġi implimentat bis-sħiħ, inklużi l-impenji mniżżla fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni, u skont l-iskeda mniżżla f'dawk l-Annessi.

    3.   SOMMARJU TAD-DEĊIŻJONI TA' FTUĦ U L-ESTENSJONI TAGĦHA

    (110)

    Fid-deċiżjoni ta' ftuħ il-Kummissjoni esprimiet dubji fir-rigward ta' dan li ġej:

    (i)

    il-kalkolu tal-ammont ta' għajnuna u r-remunerazzjoni tat-tarka tar-riskju;

    (ii)

    jekk il-pjan ta' ristrutturar kienx probabbli li jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tal-bank;

    (iii)

    jekk il-miżuri li jindirizzaw kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-għajnuna kinux suffiċjenti u effettivi;

    (iv)

    jekk l-għajnuna kinitx limitata għall-minimu neċessarju u jekk il-piżijiet ġew korrettament maqsuma bejn is-sidien tal-bank.

    (111)

    Fiż-żmien li t-tarka tar-riskju ġiet implimentata, il-Ġermanja sostniet li l-ammont ta' għajnuna involut fit-tarka tar-riskju jammonta għal EUR 1,6 biljun. Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-korrettezza tal-kalkolu tar-rata tal-iskala tal-għajnuna, b'mod partikolari fin-nuqqas ta' valutazzjonijiet tal-valur tas-suq tal-portafoll ABS, u enfasizzat li r-remunerazzjoni ta' 50 punt bażi kienet ferm inqas minn dak li investitur fis-suq jistenna.

    (112)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni kellha dubji dwar is-suppożizzjonijiet sottostanti tal-pjan ta' ristrutturar u kienet imħassba dwar il-vijabbiltà tas-sussidjarji tal-bank HGAA u MKB. Il-Kummissjoni osservat li l-ebda impenn ċar ma kien ingħata biex jinbiegħu lil HGAA, lil MKB u u lil Banque LB Lux SA minn […].

    (113)

    Fil-fehma tal-Kummissjoni, it-tnaqqis previst fil-karta bilanċjali u fir-RWAs ma kienx biżżejjed biex jindirizza t-tfixkil fil-kompetizzjoni, billi parti konsiderevoli minn dak it-tnaqqis ikun meħtieġ fi kwalunkwe każ għar-restawr tal-vijabbiltà.

    (114)

    Il-Kummissjoni qalet li hija stenniet aktar miżuri ta' natura komportamentali jew strutturali biex ikompli jittaffa t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, u f'dak il-kuntest semmiet b'mod partikolari żvestiment possibbli tal-LBS.

    (115)

    Rigward ir-rekwiżit li l-għajnuna tkun limitata għall-minimu, il-Kummissjoni osservat li ma kienx hemm proposti ċari li tressqu rigward il-qsim tal-piżijiet mill-azzjonisti.

    (116)

    Id-Deċiżjoni ta' Salvataġġ ta' HGAA estendiet il-proċedura ta' investigazzjoni formali għall-għajnuna mogħtija mill-Awstrija lil HGAA f'Diċembru 2009. Il-Kummissjoni staqsiet lilha nnifisha jekk dawk il-miżuri jistgħux jikkostitwixxu għajnuna addizzjonali lil BayernLB. Il-Kummissjoni osservat li s-salvataġġ ta' HGAA u l-ħtieġa li tirriżulta li jinkiteb il-valur kontabilistiku jistgħu jheddu l-vijabbiltà ta' BayernLB. BayernLB kien qabel li jbigħ lil HGAA fiż-żmien bħala miżura biex jiġi llimitat kull tgħawwig tal-kompetizzjoni, iżda l-bejgħ ta' HGAA ma setax jitqies bħala miżura li tillimita t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, billi l-bejgħ deher li kien meħtieġ għall-vijabbiltà ta' BayernLB. Il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-livell ġenerali ta' miżuri proposti minn BayernLB biex jillimitaw it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni kienx biżżejjed.

    4.   KUMMENTI MILL-ĠERMANJA

    (117)

    Il-Ġermanja ma kkontestatx li dik l-injezzjoni ta' kapital, it-tarka tar-riskju u l-garanziji pprovduti kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Il-Ġermanja argumentat li l-kapital ta' BayernLabo ttrasferit lil BayernLB ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat minħabba li t-trasferiment serva għall-iskop uniku li titħallas lura parti mill-għajnuna li waslet u li jitnaqqas il-kapital ta' BayernLB. U BayernLB diġà kellu l-benefiċċju tal-kapital ta' BayernLabo qabel it-trasferiment, sabiex f'kull każ l-ammont ta' kwalunkwe għajnuna jkun inqas mill-ammont trasferit.

    (118)

    Fil-kuntest tad-diskussjoni dwar il-valur ekonomiku reali tal-portafoll ABS fil-31 ta' Diċembru 2008 u l-konklużjoni tal-Kummissjoni, ibbażata fuq ir-rapport tal-esperti, li l-valur ekonomiku reali kien ta' 83,87 % tal-valur nominali, il-Ġermanja indikat li mhijiex se titlob rivalutazzjoni ġdida u komprensiva. Barra minn hekk, il-Ġermanja aċċettat il-valur tas-suq ta' EUR 11,753-il biljun, li kien ta' 60 % tal-valur nominali.

    (119)

    Il-Ġermanja kkontestat li d-differenza kollha ta' EUR 1,96 biljun bejn il-prezz tat-trasferiment u l-valur ekonomiku reali għandha tiġi rkuprata. B'mod partikolari, l-irkupru ma kellux għalfejn jitħallas fi […], minħabba li l-bank ma kellux bafer ta' kapital adegwat. Għall-istess raġuni, il-Ġermanja ma qablitx mal-pass suġġerit tar-rimborż tal-parteċipazzjonijiet passivi.

    5.   IL-VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA LILL-BAYERNLB

    (120)

    Il-valutazzjoni tal-għajnuna għar-ristrutturar għandha tikkunsidra l-għajnuna kollha mogħtija lil BayernLB mill-2008.

    1.   L-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat

    (121)

    Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat,

    kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li twassal għal tfixkil jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.

    (122)

    Biex miżura tkun tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat iridu jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin: il-miżura trid tkun iffinanzjata mir-riżorsi tal-Istat; trid tagħti vantaġġ lil ċerti impriżi jew lill-produzzjoni ta' ċerti prodotti; dak il-vantaġġ irid ikun selettiv; u l-miżura trid toħloq tfixkil jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u jkollha l-potenzjal li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dawn il-kundizzjonijiet iridu jiġu ssodisfati kollha qabel ma miżura tkun tista' tiġi kkwalifikata bħala għajnuna mill-Istat.

    (123)

    Il-Kummissjoni ssostni l-fehma tagħha li dawk il-kundizzjonijiet huma fil-fatt issodisfati mill-miżuri kollha ta' għajnuna, hekk kif tispjega hawn taħt fit-taqsimiet minn (a) sa (e).

    (a)   Ir-rikapitalizzazzjoni mil-Land tal-Bavarja

    (124)

    Il-Kummissjoni stabbiliet, fid-Deċiżjoni dwar is-Salvataġġ, li l-kundizzjonijiet kollha msemmija fil-premessa 122 ġew isssodisfati. It-tisħiħ tal-kapital ta' BayernLB b'EUR 10 biljun għalhekk, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (35). L-ebda investitur privat ma kien jipprovdi fondi bħal dawn lil kumpanija f'diffikultà, ikunu xi jkunu t-termini. Il-komponent tal-għajnuna tal-injezzjoni ta' kapital fil-bank konsegwentement irid ikun il-valur nominali ta' dik ir-rikapitalizzazzjoni. Skont il-prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni (36), għalhekk, l-ammont tal-għajnuna jkun daqs il-valur nominali tal-injezzjoni ta' kapital, jiġifieri EUR 10 biljun.

    (b)   It-tarka tar-riskju

    (125)

    Hawn ukoll il-Kummissjoni stabbilixxiet, fid-Deċiżjoni dwar is-Salvataġġ, li l-kundizzjonijiet kollha fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat ġew issodisfati. It-tarka tar-riskju għalhekk tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Din l-analiżi, sadanittant, ġiet ikkonfermata permezz tal-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-trattament ta' assi indeboliti fis-settur bankarju tal-Komunità (“il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti”) (37), li tipprovdi gwida speċifika dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-miżuri ta' salvataġġ tal-assi. Permezz ta' dan ikun zgurat trattament ugwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat għall-miżuri ta' salvataġġ tal-assi introdotti mill-Istati Membri.

    (126)

    Għalkemm il-miżura inkwistjoni kienet stabbilita qabel l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, il-Kummissjoni trid tapplika l-liġi u l-linji gwida li jkunu fis-seħħ fil-mument li d-deċiżjoni tagħha tiġi adottata, irrispettivament miż-żmien li fih tfasslu jew ġew notifikati l-miżuri tal-għajnuna (38). Fil-kriżi finanzjarja attwali, il-Kummissjoni diġà applikat il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti għall-miżuri nnotifikati qabel ma l-Komunikazzjoni ġiet ippubblikata (39).

    (127)

    It-tarka tar-riskju pprovduta mil-Land tal-Bavarja taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti. Il-paragrafi 32 u s-segwitu tal-Komunikazzjoni stabbilixxew il-prinċipji ewlenin li jiggwidaw l-identifikazzjoni tal-assi eliġibbli u l-klassifikazzjoni tagħhom f'kategoriji (“baskets”). Il-portafoll tal-ABS tal-BayernLB fih bosta tipi ta' titoli sottostanti. It-titoli abbażi ta' ipoteka residenzjali (RMBS) kemm dawk primi, kif ukoll dawk li mhumiex primi, jikkostitwixxu madwar nofs il-portafoll totali. Komponenti ewlenin oħra tal-portafoll jinkludu t-titoli abbażi ta' ipoteka ta' negozju (s-CMBSs), is-CDOs kif ukoll l-ABSs oħra relatati mar-riċevibbli ta' negozju u tal-konsumatur. Dawn il-forom kollha ta' titoli abbażi ta' assi huma elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness III tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, u għalhekk jikkostitwixxu assi eliġibbli għal miżura ta' salvataġġ tal-assi.

    (128)

    Skont il-paragrafu 39 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, l-ammont ta' għajnuna f'miżura ta' salvataġġ tal-assi huwa d-differenza bejn il-prezz li bih l-assi jiġu ttrasferiti u l-prezz tas-suq kurrenti tagħhom. Il-prezz tat-trasferiment hawnhekk huwa l-valur nominali ta' EUR 19,589 biljun li minnu titneħħa l-ewwel biċċa telf ta' EUR 1,2 biljun, u jifdal EUR 18,389 biljun. Il-valur tas-suq tal-portafoll huwa ta' madwar EUR 11,8 biljun (40). Id-differenza bejn il-prezz tat-trasferiment u l-valur tas-suq huwa għalhekk daqs jew akbar mill-ammont tat-telf kopert mit-tieni garanzija ta' telf (EUR 4,8 biljun). Għaldaqstant, il-garanzija trid titqies li hija għajnuna mill-Istat fl-intier tagħha. L-ammont ta' għajnuna fil-provvediment tat-tarka tar-riskju huwa għalhekk ta' EUR 4,8 biljun.

    (c)   Il-garanziji ta' obbligazzjoni

    (129)

    Il-garanziji ta' obbligazzjoni għal ammont ta' EUR 15-il biljun ipprovduti minn SoFFin abbażi tal-pakkett ta' salvataġġ Ġermaniż (41) jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

    (d)   Il-miżuri ta' salvataġġ Awstrijaċi

    (130)

    L-ewwel nett, l-operazzjoni għas-salvataġġ ta' HGAA f'Diċembru 2009 uriet li kienet ta' vantaġġ għall-grupp BayernLB, billi l-bank altrimenti kien ikollu jirrikapitalizza s-sussidjarja tiegħu HGAA hu nnifsu (42). Madankollu, wara n-nazzjonalizzazzjoni ta' HGAA mill-Awstrija, BayernLB irrinunzja l-parteċipazzjoni azzjonarja tiegħu f'HGAA; HGAA m'għadux jifforma parti minn BayernLB, u huwa s-suġġett ta' proċedimenti separati ta' għajnuna mill-Istat. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal dawk il-proċedimenti.

    (131)

    It-tieni, matul in-nazzjonalizzazzjoni ta' HGAA l-Awstrija ppprovdiet garanzija ta' finanzjament ta' EUR 2,638 biljun direttament lill-BayernLB. Il-miżura ġiet iffinanzjata b'mod ċar mir-riżorsi tal-Istat. Mingħajr in-nazzjonalizzazzjoni ta' HGAA u l-għoti tal-garanzija, BayernLB probabbilment kien jitlef parti kbira mill-finanzjament tiegħu. HGAA kien f'sitwazzjoni diffiċli u l-garanzija tal-Istat ħelset lil BayernLB mir-riskju ta' kreditu fi proporzjon mal-livell ta' periklu ta' HGAA. Huwa għalhekk jikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku lil BayernLB. Peress li l-BayernLB huwa attiv f'diversi Stati Membri fis-settur finanzjarju, qasam li huwa miftuħ għall-kompetizzjoni internazzjonali intensa, il-vantaġġ irid jitqies bħala li għandu l-potenzjal li jaffettwa l-kummerċ fis-suq intern u li jfixkel il-kompetizzjoni. Għalhekk il-garanzija tal-Istat mogħtija mill-Awstrija għall-finanzjament li l-BayernLB ħalla f'HGAA tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lill-BayernLB.

    (e)   Il-kapital ta' BayernLabo ttrasferit lill-Bayern LB

    (132)

    Fid-Deċiżjoni tagħha tal-20 ta' Ottubru 2004 fil-Kawża Bayerische Landesbank—Girozentrale  (43), il-Kummissjoni kkonstatat li t-trasferiment ta' riżorsi tal-Istat (talbiet pendenti fuq self għall-promozzjoni ta' bini tad-djar) lil BayernLB permezz ta' BayernLabo fis-snin 1994 u 1995 kien jikkostitwixxi għajnuna li kienet żiedet il-kapital ta' ekwità ta' BayernLB. Il-Kummissjoni kkonkludiet li t-trasferiment kien jikkostitwixxi għajnuna fuq il-bażi tal-prinċipju tal-investitur fis-suq, peress li l-ebda investitur f'ekonomija tas-suq ma kien jittrasferixxi kapital taħt l-istess kundizzjonijiet, speċjalment fid-dawl tar-remunerazzjoni miftiehma għar-riżorsi trasferiti, li l-Kummissjoni qieset bħala li kienet baxxa wisq. Mill-5 ta' Marzu 2004, madankollu, wara emenda lill-Kostituzzjoni ta' BayernLB, l-assi trasferiti ma setgħux isostnu aktar lin-negozju kompetittiv ta' BayernLB, u setgħu jservu biss bħala garanzija. Fid-Deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni qieset li l-emenda kienet tfisser li l-kapital ma kienx aktar jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat minn dik id-data 'l quddiem. Il-Kummissjoni kkonkludiet, madankollu, li sa dik id-data, id-differenza bejn ir-remunerazzjoni miftiehma minn qabel li tqieset bħala baxxa ħafna u r-remunerazzjoni xierqa kienet tikkostitwixxi għajnuna illegali li kellha tiġi rkuprata.

    (133)

    Sabiex isaħħaħ il-bażi kapitali tiegħu BayernLB issa se jerġa' jirriserva lill-bank bażi, parti mir-riżerva tad-dħul ta' BayernLabo li ma tkunx aktar meħtieġa għan-negozju ta' BayernLabo. Dan ifisser li parti mill-kapital jew il-frott tal-kapital li qabel ma setgħux jintużaw biex isostnu lin-negozju kummerċjali ta' BayernLB se jibdlu n-natura tagħhom, u mhux se jibqgħu jservu biss bħala garanzija f'każ ta' insolvenza. Din it-trasformazzjoni ma ssegwix l-iskop inizjali tal-kapital, li kien li jaġixxi bħala bafer f'xenarju ta' insolvenza. It-trasferiment tal-kapital minn BayernLabo lill-bank bażi jtemm il-limitazzjoni fuq l-użu tiegħu, u BayernLB jista' juża l-kapital mingħajr restrizzjoni. BayernLB mhux se jibqa' jagħti remunerazzjoni lil BayernLabo jew lil-Land tal-Bavarja għal dan id-dritt. B'konsegwenza ta' dan, meta l-Land tal-Bavarja definittivament jirrilaxxa l-kapital lill-BayernLB, BayernLB jirċievi vantaġġ mil-Land. Peress li BayernLB huwa attiv f'diversi Stati Membri fis-settur finanzjarju, qasam li huwa miftuħ għal kompetizzjoni internazzjonali intensa, dan il-vantaġġ irid jiġi kkunsidrat bħala li għandu l-potenzjal li jaffettwa l-kummerċ fis-suq intern u li jfixkel il-kompetizzjoni. Għalhekk it-trasferiment ta' EUR 1 biljun ta' kapital minn BayernLabo lil BayernLB jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

    (f)   Il-konklużjoni dwar l-ammont totali tal-għajnuna

    (134)

    L-ammont totali ta' għajnuna mogħtija lil BayernLB mill-Ġermanja permezz tar-rinfurzar ta' kapital (EUR 10 biljun injezzjoni ta' kapital fl-operazzjoni ta' salvataġġ tal-2008, it-trasferiment ta' EUR 1 biljun ta' kapital mingħand BayernLabo fl-2012, u t-tarka tar-riskju ta' EUR 4,8 biljun) huwa ta' EUR 15,8-il biljun. Dan l-ammont jirrappreżenta madwar 8 % tal-assi mwieżna għar-riskju ta' BayernLB fl-2008 (EUR 198 biljun). Barra minn hekk, BayernLB rċeva sa EUR 17,638-il biljun permezz ta' garanziji ta' likwidità mogħtija mill-Ġermanja u l-Awstrija.

    2.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna

    (a)   L-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(b)tat-Trattat

    (135)

    Skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, l-għajnuna mill-Istat tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq intern jekk tkun maħsuba “sabiex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta' Stat Membru”. Fl-approvazzjoni tagħha tal-pakkett ta' salvataġġ Ġermaniż, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li kien hemm theddida ta' taqlib serju fl-ekonomija tal-Ġermanja u li l-appoġġ mill-Istat għall-banek kien aktarx jirrimedja dak it-taqlib. Minkejja li l-ekonomija ilha tirkupra bil-mod il-mod sa mill-bidu tal-2010, dan l-aħħar reġa' deher l-istress fis-swieq finanzjarji, u l-Kummissjoni għadha tikkunsidra li r-rekwiżiti biex l-għajnuna mill-Istat tiġi approvata skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat huma ssodisfati. F'Diċembru 2011, il-Kummissjoni kkonfermat din il-fehma meta adottat Komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta' Jannar 2012, tar-regoli ta' għajnuna mill-Istat biex jappoġġaw miżuri favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (44), li fiha ttawlet l-applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

    (136)

    Il-kollass ta' bank li huwa kkunsidrat minn Stat Membru li jkun ta' importanza sistemika, bħal BayernLB, jista' jaffettwa s-swieq finanzjarji b'mod dirett, u għalhekk l-ekonomija sħiħa ta' Stat Membru. Fid-dawl tas-sitwazzjoni fraġli attwali tas-swieq finanzjarji, il-Kummissjoni għalhekk qed tkompli ssejjes il-valutazzjoni tagħha tal-miżuri ta' għajnuna mill-Istat fis-settur bankarju fuq l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat.

    (b)   Il-konformità tal-miżura tal-assi indeboliti mal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti

    (137)

    Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni qajmet dubji rigward il-kompatibbiltà tat-tarka tar-riskju. Dawn id-dubji jridu jiġu vvalutati fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, sabiex jiġi stabbilit jekk l-assi li jikkwalifikawx għall-għajnuna skont il-paragrafu 32 tal-Komunikazzjoni.

    Il-ġestjoni tal-assi

    (138)

    Il-paragrafu 46 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti jistipula li filwaqt li huwa kompitu tal-Istati Membri li jagħżlu l-aħjar mudell sabiex jeħilsu lill-banek mill-assi indeboliti, madankollu, sabiex jiġu evitati l-kunflitti ta' interess u jiffaċilitaw il-bank benefiċjarju biex jiffoka fuq ir-restawr tal-vijabbiltà, huwa meħtieġ li tiġi żgurata separazzjoni funzjonali u organizzattiva ċara bejn il-bank u l-assi indeboliti tiegħu, partikolarment f'dak li jirrigwarda l-amministrazzjoni, il-persunal u l-klijentela tagħhom.

    (139)

    Għalkemm il-Land tal-Bavarja jipprovdi garanzija li tipproteġi lil BayernLB kontra telf li jiġi mill-portafoll tiegħu tal-ABS, l-assi protetti kollha jibqgħu fuq il-karta bilanċjali ta' BayernLB.

    (140)

    Il-Kummissjoni taċċetta l-fatt li s-segregazzjoni sħiħa tal-assi koperti u tal-persunal li jimmaniġġjawhom tista', f'każ ta' garanzija ta' tali daqs bħat-tarka tar-riskju, tkun diffiċli u potenzjalment ta' dannu għall-għan li jitnaqqas it-telf mistenni. Għalhekk, ma hemm l-ebda rekwiżit għall-maniġers tal-portafoll li jkunu ddedikati esklussivament għall-ġestjoni ta' assi koperti jew inkella li l-assi koperti jinżammu separati minn assi oħra tal-bank.

    (141)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-Ġermanja stabbiliet salvagwardji adegwati biex tipprevjeni kunflitti ta' interess u biex tiżgura li t-telf fuq l-assi koperti jitnaqqsu għall-minimu (45). B'mod partikolari, BayernLB stabbilixxa Unità interna ta' Ristrutturar li fiha ġew trasferiti diversi portafolli. L-Unità ta' Ristrutturar ħadet ir-responsabbiltà li tnaqqas dawn il-portafolli u li tissorvelja wkoll it-tnaqqis tal-attivitajiet ta' negozju f'unitajiet oħra ta' BayernLB. L-Unità ta' Ristrutturar hija funzjonalment u mil-lat organizzattiv, separata mill-unitajiet l-oħra ta' BayernLB (46).

    Il-Valwazzjoni tal-portafoll protett

    (142)

    Il-Kummissjoni qabbdet esperti esterni biex iwettqu valwazzjoni tal-portafoll ABS ta' BayernLB. It-tim ta' esperti tal-Kummissjoni stabbilixxa l-valur ekonomiku reali (VER) tal-portafoll ABS ta' BayernLB, għal 83,87 % tal-valur nominali, skont il-prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni. Il-valur ekonomiku reali jammonta għal EUR 16,429-il biljun.

    It-trasparenza u d-divulgazzjoni totali ex ante

    (143)

    Skont il-punt 20 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu suġġetti għal trasparenza u divulgazzjoni sħiħa ta' indebolimenti minn banek eliġibbli dwar l-assi li jkunu se jiġu koperti mill-miżuri ta' salvataġġ, fuq il-bażi ta' valwazzjoni xierqa, iċċertifikata minn esperti indipendenti rikonoxxuti u vvalidata mill-awtorità rilevanti ta' sorveljanza. Informazzjoni ddettaljata dwar il-portafoll protett ġiet ipprovduta lill-Kummissjoni. L-effett ta' sulliev kapitali ta' EUR 1,28 biljun kien ikkonfermat minn BaFin f'April 2010. Il-Kummissjoni hija għalhekk sodisfatta li dan il-kriterju ntlaħaq.

    Il-qsim tal-piżijiet

    (144)

    Il-prinċipju tal-qsim tal-piżijiet stabbilit fil-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti jirrikjedi li l-banek iġorru t-telf assoċjat ma' assi indeboliti sal-massimu possibbli. Għalhekk, l-assi għandhom, fil-prinċipju, jiġu ttrasferiti bi prezz li jkun daqs jew inqas mill-VER. Dan jista', pereżempju, jinkiseb permezz ta' tniżżil fil-valur minn qabel li jġib il-valur tal-assi għall-VER. Il-paragrafu 24 tal-Komunikazzjoni jipprovdi li, meta ma jkunx possibbli li jintlaħaq qsim sħiħ tal-piżijiet ex ante, il-bank għandu jintalab li jikkontribwixxi għat-telf jew għall-kopertura mir-riskju f'forma ta' klawżoli ta' rkupru jew permezz ta' klawsola ta' “l-ewwel telf”, li għandu jitħallas mill-bank.

    (145)

    F'dan il-każ, is-salvataġġ tal-assi indeboliti sar mingħajr ma sar tniżżil fil-valur minn qabel għall-VER tal-portafoll ABS. Il-qsim tal-piżijiet kellu jitwettaq, madankollu, permezz tal-ewwel parti ta' telf ta' EUR 1,2 biljun miżmuma minn BayernLB.

    (146)

    Il-Kummissjoni stabbiliet li l-VER kien ta' 83,87 % tal-valur nominali, li jammonta għal EUR 16,429-il biljun. B'hekk il-prezz tat-trasferiment ta' EUR 18,349-il biljun huwa, wara li jitnaqqas l-ewwel telf, EUR 1,960 biljun 'il fuq mill-VER. Skont il-paragrafu 41 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, dan l-ammont, “it-transfer delta”, għandu jiġi rkuprat minn BayernLB, jew immedjatament jew tal-anqas matul iż-żmien.

    (147)

    Irkupru jitlob li l-bank benefiċjarju jirrimborża l-ammont kollu 'l fuq mill-VER li huwa kopert mill-garanzija. Jekk l-ebda rkupru sħiħ ma huwa possibbli, se jkunu meħtieġa miżuri estensivi sabiex jillimitaw it-tgħawwig tal-kompetizzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni ma tara l-ebda raġuni għalfejn irkupru sħiħ ma jkunx possibbli fil-każ inkwistjoni.

    (148)

    Il-Kummissjoni tinnota li BayernLB issa huwa lest li jħallas primjum addizzjonali ta' 3,75 % fuq il-parti tal-garanzija li tammonta għal EUR 2 biljun, jiġifieri EUR 75 miljun fis-sena, u imposta speċjali ta' EUR 45 miljun kull sena, jiġifieri total ta' EUR 120 miljun fis-sena għal sitt snin sal-2015. Dak l-arranġament jkun jammonta għal pagament ta' rkupru annwali ta' EUR 120 miljun.

    (149)

    Dan iħalli marġini ta' EUR 1,24 biljun li għandu jitħallas fuq perjodu ta' żmien (l-irkupru ta' EUR 1,96 biljun li minnu jitnaqqsu s-sitt pagamenti annwali ta' EUR 120 miljun imsemmija fil-premessa 148). BayernLB jsostni li mhux se jkun kapaċi jħallas dak l-ammont (ara l-premessa 119).

    (150)

    Madankollu, il-Kummissjoni tqis li rkupru ta' ammont nominali ta' EUR 1,96 biljun sal-2019 huwa fattibbli. Skont il-paragrafu 41 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, irkupru parzjali għandu jkun permess biss jekk l-irkupru sħiħ jirriżulta fl-insolvenza teknika ta' BayernLB. Madankollu, il-Kummissjoni ma temminx li dan jista' jiġri jekk il-pagamenti ta' rkupru ġew mifruxa fuq perjodu ta' żmien partikolari, anki wara l-perjodu ta' ristrutturar. Approċċ bħal dan ma jkunx f'kunflitt mal-paragrafu 41 tal-Komunikazzjoni, li ma jirreferix għal ħlas fi żmien perjodu speċifiku iżda għal ħlas “fi stadju aktar tard”. Din l-interpretazzjoni hija konformi mal-prassi deċiżjonali stabbilita (47). Għalhekk il-Kummissjoni tikkunsidra li r-rekwiżit tal-kondiviżjoni tal-piż fil-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti jkun irrispettat jekk irid jinkiseb irkupru sħiħ sal-2019.

    Remunerazzjoni

    (151)

    Fil-premessa 78 tad-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni enfasizzat li r-remunerazzjoni ta' 50 punt bażi li kienet titħallas mill-bank f'dak iż-żmien kienet ferm taħt il-prezz li investitur tas-suq jistenna.

    (152)

    L-awtoritajiet Ġermaniżi, sadanittant, impenjaw ruħhom li BayernLB iħallas remunerazzjoni ta' 6,25 % fuq l-effett ta' sulliev kapitali. Din ir-remunerazzjoni hija konformi mal-livelli approvati f'deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni (48).

    (153)

    Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, BayernLB ikollu jħallas 6,25 % fuq effett ta' sulliev kapitali ta' EUR 1,28 biljun. BayernLB aċċetta li jħallas primjum bażiku ta' 6,25 % fuq is-sulliev kapitali ta' EUR 1,28 biljun, jiġifieri EUR 80 miljun fis-sena, li tibda mill-1 ta' Jannar 2010 […].

    Konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tat-tarka tar-riskju

    (154)

    Peress li BayernLB iħallas remunerazzjoni adegwata, li tammonta għal EUR 80 miljun fis-sena, għall-garanzija tal-assi, u bil-kundizzjoni li l-Ġermanja tirkupra bis-sħiħ il-parti eċċessiva tad-differenza fit-trasferiment, li tammonta għal EUR 1,96 biljun, sabiex iġib il-prezz tat-trasferiment konformi mar-REV, il-garanzija tal-assi fuq il-portafoll tal-ABS tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq intern. Biex jinkiseb irkupru sħiħ, il-kundizzjonijiet fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni jridu jintlaħqu. Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet id-dubji indikati fid-deċiżjoni ta' ftuħ ittaffew.

    (c)   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna għar-ristrutturar

    (155)

    Il-miżuri kollha li l-Kummissjoni identifikat bħala għajnuna mill-Istat ittieħdu fil-kuntest tar-ristrutturar ta' BayernLB. F'din id-Deċiżjoni l-Kummissjoni għandha teżamina dawk il-miżuri kollha, inkluża l-miżura meħuda mill-Awstrija. Ir-regoli applikabbli għall-għoti ta' għajnuna għar-ristrutturar lill-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi attwali huma stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta' miżuri ta' ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (“il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar”) (49). Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tindika li, sabiex ikun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, ir-ristrutturar ta' istituzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali jrid iwassal għar-ritorn tal-vijabbiltà tal-bank, irid jinkludi kontribut suffiċjenti tal-(kondiviżjoni tal-piżijiet) tar-riċevituri nfushom u jillimita l-għajnuna għall-minimu meħtieġ, u jrid jinkludi miżuri xierqa maħsuba biex jillimitaw it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni.

    (156)

    Meta l-Kummissjoni tanalizza r-ristrutturar ta' bank fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali, tħares lejn il-miżuri ta' għajnuna li jtejbu s-sitwazzjoni kapitali tal-bank. Mhijiex il-prattika tal-Kummissjoni fid-Deċiżjonijiet tagħha li teżamina l-assistenza ta' likwidità jew il-garanziji ta' finanzjament fid-dettall u lil hinn mill-kontribut li jistgħu jkunu mistennija li jagħmlu lir-ristrutturar ġenerali. Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni tqis li r-responsabbiltà u l-garanziji ta' finanzjament mogħtija mill-Ġermanja u l-Awstrija huma kompatibbli mas-suq intern.

    Għajnuna limitata għall-minimu

    (157)

    Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna għar-ristrutturar għandha tiżgura li l-bank ikun jista' jirritorna għall-vijabbiltà, iżda għandha tkun limitata għall-minimu meħtieġ biex jinkiseb dak ir-riżultat. Fil-premessa 99 tad-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni qalet li l-pjan ta' ristrutturar ma fih ebda proposti ambizzjużi biex l-għajnuna tiġi llimitata għall-minimu.

    (158)

    BayernLB kiseb injezzjoni ta' kapital ta' EUR 10 biljun, li hija biċ-ċar l-ogħla waħda li qatt inkisbet mil-Landesbanken kollha Ġermaniżi. Fl-istress test EBA ta' Diċembru 2011 il-proporzjon bażi tal-Grad 1 tal-EBA ta' BayernLB kien ta' 10 %. Fost it-13-il istituzzjoni finanzjarja Ġermaniża li ħadu sehem fl-eżerċizzju tal-istress test, BayernLB kien ir-raba' wieħed bl-ogħla kapital: huwa kien ikkapitalizzat aħjar mill-banek Ġermaniżi l-oħrajn kollha li kienu rċevew l-għajnuna mill-Istat (50) bl-eċċezzjoni ta' HRE, u kkapitalizzat aħjar mill-banek il-kbar l-oħra li ma kienu rċevew l-ebda assistenza ta' kapital, bħad-Deutsche Bank u l-Helaba Landesbank Hessen-Thüringen. F'każ li ma jkun hemm l-ebda tifdija ta' xi kapital, kwalunkwe eċċess ta' kapital provdut bħala għajnuna mill-Istat ikun jista' jintuża minn BayernLB biex jikkompeti b'mod aggressiv għad-detriment tal-banek oħra, b'mod partikolari banek reġjonali l-oħra (Landesbanken), barra mill-qasam tan-negozju ġeografiku preċedenti tiegħu (51). Limitazzjoni tal-kapital hija għalhekk meħtieġa biex jiġi limitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni.

    (159)

    Barra minn hekk, jekk BayernLB ma kellux għalfejn juża l-kapital tiegħu b'mod razzjonali jkun imħares minn pressjoni kompetittiva. Huwa jkun f'pożizzjoni li jalloka l-kapital sotto-ottimalment, li, fuq perjodu twil ta' żmien, jirriżulta f'redditu taħt il-medja. Tali kapitalizzazzjoni żejda tista' tintuża biex tassorbi telf minn investimenti imprudenti u tippermetti kontroll ineffettiv tar-risku tal-kreditu. Għalhekk ma toħloqx struttura tajba ta' inċentivi biex jiġi żgurat ir-ritorn għall-vijabbiltà. Barra minn hekk, il-kapitalizzazzjoni eċċessiva tipprevjeni wkoll lill-bank milli jiġġenera RoE kompetittiv (52).

    (160)

    Minkejja dawn id-diffikultajiet, il-Ġermanja ma offriet l-ebda soluzzjoni li tippermetti li l-kapital eċċessiv jiġi mifdi.

    (161)

    Madankollu, iż-żieda fil-kapital tikkonsisti minn injezzjoni kapitali ta' EUR 7 biljun u parteċipazzjoni siekta ta' EUR 3 biljun. Il-parteċipazzjoni siekta hija strument li jista' jiġi mifdi. Barra minn hekk, ġie provdut qabel ma ġew miftiehma r-regoli ta' Basel III, u mhux se jikkwalifika bħala kapital tal-ABE ladarba r-regoli ta' Basel III jiġu implimentati. Minħabba li għandu kupun ta' 10 %, il-parteċipazzjoni siekta fuq perjodu medju ssir sors ekonomikament għali ta' finanzjament, u tillimita l-kapaċità ta' distribuzzjoni ta' qligħ ta' BayernLB, li min-naħa tiegħu jrendi l-bank inqas attraenti għall-investituri kapitali l-ġodda.

    (162)

    Barra minn hekk, skont il-pjan ta' ristrutturar, il-bank beħsiebu jagħmel profitti matul il-perjodu ta' ristrutturar. Dawn il-profitti ma jkunux jistgħu jiġu ddistribwiti, minħabba li BayernLB jinsab fir-ristrutturar. Meta dan jitqies b'mod parallel mat-tnaqqis fil-pożizzjoni ta' riskju previst fil-pjan ta' ristrutturar, jista' jkun mistenni li l-kapitalizzazzjoni tal-bank tiżdied kull sena, u din ittejjeb il-kapaċità tiegħu li jħallas lura. Barra minn hekk, il-Ġermanja kkommettiet ruħha għal tnaqqis ta' pożizzjoni ta' riskju addizzjonali lil hinn mit-tnaqqis previst fil-pjan ta' ristrutturar, li jillibera ammont addizzjonali ta' 10 % mill-kapital ta' BayernLB.

    (163)

    Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Ġermaniżi biex jipprovdu skeda għall-parteċipazzjoni siekta ta' rimborż ta' EUR 3 biljun qabel l-2018, meta hija ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti kollha li għandhom jiġu rikonoxxuti bħala kapital bażi għall-finijiet ta' superviżjoni. B'reazzjoni l-awtoritajiet Ġermaniżi pprovdew ix-xenarji ta' rimborż indikati fi Table 10 — Hypothetical repayment schedule excluding additional capital potentially generated by nominal-value accounting of BayernLabo loans.

    (164)

    Il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna tista' tkun limitata għall-minimu neċessarju permezz tar-rimborż tal-parteċipazzjoni siekta ta' EUR 3 biljun, kif indikat fit-Tabella 10. Dan ir-rimborż huwa xieraq fid-dawl, l-ewwel nett, tal-projezzjonijiet tal-bank u, it-tieni, tar-rekwiżiti regolatorji l-aktar reċenti, li jappellaw għal kapitalizzazzjoni 'l fuq minn 9 % tal-kapital bażi tal-Grad 1 flimkien ma' bafer kapitali (li wkoll se jkun il-każ skont ir-regoli ta' Basel III). Fuq dik il-bażi, suġġetta għall-kundizzjoni tar-rimborż dettaljat fl-Anness II, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna għar-ristrutturar hija limitata għall-minimu meħtieġ biex tkun restawrata l-vijabbiltà.

    (165)

    Il-Kummissjoni tinnota li speċjalment fir-rigward ta' BayernLabo l-iskeda ta' rimborż hija bbażata fuq suppożizzjonijiet u trattament regolatorju ta' kontabilità partikolari għalkemm fir-realtà hemm xi inċertezza dwar il-qafas applikabbli. Jekk is-suppożizzjonijiet jinbidlu, ir-rimborż ikun skont it-Tabella 11.

    (166)

    Il-Kummissjoni se tivvaluta l-vijabbiltà tal-bank fuq il-bażi tal-iskeda ta' rimborż u l-kontribuzzjoni tal-bank u tal-azzjonisti tiegħu.

    Ir-restawr tal-vijabbiltà fit-tul

    (167)

    Fil-valutazzjoni ta' pjan ta' ristrutturar, il-Kummissjoni jeħtiġilha tevalwa jekk il-bank hux kapaċi jirrestawra l-vijabbiltà fuq perjodu fit-tul mingħajr għajnuna mill-Istat (it-Taqsima 2 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar). Id-deċiżjoni ta' ftuħ qajmet dubji f'dan ir-rigward.

    (168)

    Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-vijabbiltà fit-tul tinkiseb jekk il-bank ikun kapaċi jikkompeti fis-suq għall-kapital fuq il-merti tiegħu stess b'konformità mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti. Biex jagħmel dan, il-bank irid ikopri l-ispejjeż kollha tiegħu u jipprovdi redditu xieraq fuq l-ekwità, b'kunsiderazzjoni tal-profil tar-riskju tiegħu. Il-vijabbiltà fit-tul tirrikjedi wkoll li kull għajnuna mill-Istat li tasal jew tiġi mifdija maż-żmien, hekk kif previst fiż-żmien meta tingħata l-għajnuna, jew tiġi rrimunerata skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq, u b'hekk jiġi żgurat li kull forma ta' għajnuna mill-Istat addizzjonali tintemm. Ir-ritorn għall-vijabbiltà għandu jiġi minn miżuri interni u jkun ibbażat fuq pjan ta' ristrutturar kredibbli, u għandu jidentifika l-kawżi tad-diffikultajiet tal-bank u d-dgħufijiet tiegħu u jispjega kif l-operazzjoni ta' ristrutturar se tirrimedjahom. B'mod partikolari, ir-ristrutturar b'suċċess jirrikjedi l-irtirar minn kull attività li fuq perjodu medju jibqa' strutturalment wieħed li jiġġenera t-telf.

    (169)

    Il-Kummissjoni tqis li dan ir-rekwiżit milħuq, peress li l-pjan ta' ristrutturar jipprevedi tnaqqis sinifikanti fl-attivitajiet tas-suq finanzjarju tal-bank kemm fil-volum kif ukoll fil-kumplessità, u jnaqqas l-attivitajiet barranin tal-bank biex jiffoka fuq il-qasam fejn tinsab il-kompetenza prinċipali tiegħu, prinċipalment is-servizzi bankarji ta' negozju għal klijenti konsumaturi u l-klijenti ta' negozju żgħar u ta' daqs medju fis-swieq nazzjonali reġjonali tiegħu.

    (170)

    Il-punt 13 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jirrikjedi li l-pjan ta' ristrutturar ikun ibbażat fuq suppożizzjonijiet li jitqabblu ma' parametri referenzjarji xierqa mifruxa mas-settur kollu, emendati b'mod adegwat biex jikkunsidraw l-elementi l-ġodda tal-kriżi attwali fis-swieq finanzjarji, u għandu jinkorpora l-livell ta' stress adegwat.

    (171)

    Il-Kummissjoni tinnota li ċ-ċifri li BayernLB pprovda huma allinjati ma' parametri referenzjarji internazzjonali. Il-previżjonijiet makroekonomiċi huma konformi ma' dawk ta' istituzzjonijiet internazzjonali, u l-istimi tas-suq tal-muniti barranin jistgħu jitqiesu bħala konservattivi. Il-projezzjonijiet ta' BayernLB dwar l-EUR/USD jinkorporaw dollaru aktar dgħajjef fl-2016 minn dak suġġerit mil-livell tal-parità tal-kapaċità tal-akkwist; dan jissuġġerixxi li l-qligħ f'dollari ta' BayernLB ġew ikkonvertiti f'euro b'mod konservattiv. Projezzjonijiet relattivament għolja tar-rata tal-kambju tal-EUR/USD x'aktarx li jkollhom impatt negattiv fuq l-introjtu nett prospettiv, billi BayernLB għandu aktar assi denominati f'dollari minn obbligazzjonijiet (53). Il-livelli pproġettati tad-dollaru meta mqabbla mal-euro huma taħt il-livelli kurrenti tar-rata tal-kambju tal-EUR/USD u l-livelli tal-kurva futura.

    (172)

    Skont l-analiżi tas-sensittività mogħtija minn BayernLB (il-premessa 89) il-profitti tal-bank jiżdiedu jekk kien mistenni dollaru aktar b'saħħtu skont il-projezzjonijiet. Din iż-żieda tista' tiġi spjegata mill-fatt li BayernLB għandu aktar assi milli obbligazzjonijiet f'USD u għaldaqstant, f'każ li d-dollaru jkun aktar b'saħħtu, l-ekwivalenti tal-euro tal-imgħax nett li huwa jirċievi f'dollari huwa ogħla. Peress li BayernLB jassumi dollaru aktar dgħajjef minn dak mistenni mis-swieq finanzjarji, kif rifless fil-kurva futura, is-suppożizzjoni tista' titqies bħala waħda li tiflaħ għall-istress.

    (173)

    Il-Kummissjoni tosserva wkoll li BayernLB aġġusta l-projezzjonijiet tiegħu biex jinkorpora l-impatt negattiv ta' numru ta' elementi speċifiċi għall-kumpaniji (is-sentenza tal-Qorti Federali tax-Xogħol, MKB fl-Ungerija, l-ispejjeż tal-iħħeġġjar tal-kambju, u r-rata tat-taxxa). Dan jikkonferma li l-previżjonijiet finanzjarji tal-bank huma prudenti u jieħdu kont biżżejjed ta' stress li huwa possibbli.

    (174)

    Il-projezzjonijiet finanzjarji ppreżentati fis-6 ta' Ġunju 2012 ibassru ritorn gradwali lejn il-profittabilità permezz ta' żieda moderata fl-introjtu akkumpanjata minn tnaqqis tal-ispejjeż. Il-livelli projettati ta' introjtu huma konformi mal-livelli miksuba fil-passat. B'mod partikolari, il-livelli projettati ta' introjtu fuq il-pożizzjonijiet ta' riskju (li jirrappreżenta l-kapaċità li tiġġenera l-introjtu fir-rigward tal-assi aġġustati għar-riskju) huma konformi mal-projezzjonijiet mill-pari ta' BayernLB. Il-projezzjonijiet fi Table 4 huma inqas mil-livelli miksuba fl-2009 u l-2010 (54). Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis il-projezzjonijiet dwar l-introjtu bħala prudenti. Il-komponenti kollha ta' introjtu, u b'mod partikolari l-introjtu mill-imposti, huma mbassra skont il-livelli miksuba fil-passat.

    (175)

    Il-projezzjonijiet ta' BayernLB jistennew li l-provvedimenti ta' telf fis-self ta' negozju jonqsu matul il-perjodu ta' ristrutturar, li huwa konsistenti mar-ritorn fuq perjodu medju għat-tkabbir ekonomiku. BayernLB jipprojetta tnaqqis ta' [15-30] % fl-ispejjeż tul il-perjodu ta' ristrutturar, li jwassal għal proporzjon finali tal-kost/tal-introjtu ta' [30-60] %. Dan il-livell huwa konformi ma' dawk ta' banek megħjuna oħrajn (55). Il-Kummissjoni tqis li titjib tal-proporzjon tal-kost/tal-introjtu huwa meħtieġ għar-ritorn lejn il-vijabbiltà. Minħabba l-mudell ta' negozju ta' BayernLB, li ma joperax fergħat tal-konsumaturi (fergħat tal-konsumaturi għandhom it-tendenza li jżidu l-proporzjon tal-kost/tal-introjtu tal-banek b'operazzjonijiet għall-konsumatur), il-livelli storiċi ta' proporzjon tal-kost/tal-introjtu ma jistgħux jitqiesu bħala sostenibbli.

    (176)

    Fir-rigward tal-finanzjament, l-isfida li l-Landesbanken qed jiffaċċjaw fuq perjodu medju hija s-sostituzzjoni ta' dejn li jgawdi mill-klawżola ta' anterjorità garantit mill-Istat. Dejn li jgawdi mill-klawżola ta' anterjorità jikkostitwixxi sors irħis ta' finanzjament għal-Landesbanken li ma jistax jiġi sostitwit bl-istess prezz. Fi tmiem l-2010 BayernLB kellu EUR 58 biljun ta' dejn pendenti li jgawdi mill-klawżola ta' anterjorità. Virtwalment dan id-dejn kollu jimmatura sa tmiem l-2015. Il-Kummissjoni tinnota li l-obbligazzjonijiet maturati li jgawdu mill-klawżola ta' interjorità huma kkumpensati sew mit-tnaqqis tal-karta bilanċjali ta' EUR 70 biljun previst minn BayernLB f'Ġunju 2011.

    (177)

    Aktar tnaqqis addizzjonali offrut mill-bank wassal għal impenn min-naħa tal-awtoritajiet Ġermaniżi li l-karta bilanċjali titnaqqas għal b'total ta' EUR 240 biljun. Il-pjan ta' finanzjament ippreżentat f'Ġunju 2011 ppreżenta għadd ta' punti dgħajfa f'termini ta' kredibbiltà tad-disponibbiltà ta' ċerti sorsi ta' finanzjament. L-ewwel nett, il-pjan ibbaża fuq suppożizzjoni li d-depożiti tal-korporattivi jiżdiedu b'EUR [2-8] biljun, żieda ta' […] % fuq il-livell tal-2010. It-tieni, il-finanzjament ta' Depot B miksub permezz ta' banek tat-tfaddil kien ipprojettat li jiżdied b'EUR [1-5] biljun, żieda ta' […] % fuq il-livell tal-2010. Dawn il-kwistjonijiet kienu indirizzati bi tnaqqis addizzjonali ta' EUR [3-10] biljun miksuba permezz ta' tnaqqis addizzjonali f'żoni ta' negozju b'finanzjament intensiv (proprjetà immobbli, korporattivi u finanzjament ta' proġetti). Barra minn hekk, BayernLB ipprovda informazzjoni kredibbli dwar is-sorsi ta' finanzjament alternattivi disponibbli, b'mod partikolari l-kapaċità tiegħu biex jinħarġu iktar bonds koperti (Pfandbriefe).

    (178)

    Il-Kummissjoni tinnota wkoll b'mod favorevoli t-tnaqqis fuq id-dipendenza fuq finanzjament mhux garantit mis-suq interbankarju, kif jidher fit-Table 6.

    (179)

    Il-punt 13 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jindika li l-vijabbiltà fit-tul tinkiseb meta l-bank ikun kapaċi jipprovdi redditu xieraq fuq l-ekwità, waqt li jikkunsidra l-profil tar-riskju tiegħu. Fin-nuqqas ta' rimborż il-bank ma kienx se jkun kapaċi jiġġenera RoE suffiċjenti biex ikun kompetittiv fis-suq tal-kapital. Wara r-ristrutturar, il-bank jiġġenera RoE ta' [5-10] %, filwaqt li jassumi proporzjon kapitali ta' 10 %. Il-kalkoli tar-RoE fit-Tabella 4 jassumu proporzjon kapitali ta' 10 %, li kien il-proporzjon bażi tal-Grad 1 tal-EBA rreġistrat mill-EBA għal BayernLB fl-eżerċizzju kapitali ta' Diċembru 2011. Huwa wkoll il-proporzjon użat minn BayernLB biex jippreżenta r-RoE fil-projezzjonijiet tiegħu (ara t-Tabella 4). Madankollu, fin-nuqqas ta' rimborż, il-proporzjon kapitali tal-bank ikun sostanzjalment ogħla (kif spjegat fil-premessa 159, il-proporzjonijiet kapitali ta' BayernLB setgħu żdiedu mil-livell ta'10 % ta' Diċembru 2011 fuq il-bażi ta' projezzjonijiet ta' profitti sostnuti matul il-perjodu biss jekk dawn il-profitti kellhom jinżammu), biex ir-RoE jkun aktar baxx minn dak ipprojettat.

    (180)

    Permezz ta' tnaqqis addizzjonali ta' EUR 10 biljun f'pożizzjonijiet ta' riskju li l-Ġermanja impenjat ruħha għalihom, flimkien mal-iskeda ta' rimborż stabbilita fl-Anness II, il-livell tar-RoE huwa stabbilit mill-ġdid għal madwar [7-12] % fl-2016. Dan it-titjib tar-RoE huwa possibbli minħabba l-mod newtrali fil-profitt li bih it-tnaqqis ta' pożizzjoni ta' riskju addizzjonali se jinkiseb, kif impenjat ruħha għalih il-Ġermanja. Il-fattibbiltà ta' tali tnaqqis ta' newtrali fil-profitt wriet li hija plawżibbli fuq il-bażi ta' żewġ xenarji illustrattivi li l-bank jista' jimplimenta.

    (181)

    Madankollu, it-tnaqqis jista' jikseb ir-rekwiżit ta' vijabbiltà ta' profittabbiltà suffiċjenti biss sakemm il-kapital iġġenerat jintuża biex jitħallas lura l-kapital eċċessiv tal-bank. Il-livell ta' RoE miksub fl-aħħar tal-perjodu ta' ristrutturar huwa konformi mal-projezzjonijiet mill-pari ta' BayernLB (56).

    (182)

    L-iskeda ta' rimborż stabbilita fl-Anness II tikseb rimborż sħiħ tal-parteċipazzjonijiet passivi, li inkella jkunu taqqlu l-profittabbiltà tal-bank. Dawk il-parteċipazzjonijiet passivi jkollhom jitħallsu b'rata ferm ogħla mir-RoE tal-bank, u dawn mhux se jibqgħu jikkwalifikaw bħala kapital ta' superviżjoni skont ir-regoli ta' Basel III. Rimborż sħiħ jinkiseb taħt il-pjan ta' ristrutturar sottomess, filwaqt li l-kapitalizzazzjoni tal-bank tinżamm f'livelli komdi.

    (183)

    Il-livell ta' RoE għandu jiġi analizzat fid-dawl tal-profil tar-riskju tal-bank. BayernLB, fl-imgħoddi, kien attiv barra l-Ġermanja. B'mod partikolari fin-negozju tal-korporattivi, BayernLB kien isellef lill-partijiet mingħajr l-ebda rabta ma' klijent domestiku ta' BayernLB, u għal proġetti li ma kienu joffru l-ebda kollateral sostanzjali. Il-finanzjament tal-proġetti kien jiffoka fuq proġetti barranin li l-unika garanzija ta' ħlas għalihom kienet il-flussi ta' flus futuri mistennija mill-proġett iffinanzjat.

    (184)

    Il-Ġermanja impenjat ruħha għal limiti stretti f'termini ta' pożizzjonijiet ta' riskju f'attivitajiet internazzjonali f'dawk l-oqsma tax-xogħol. Il-Ġermanja impenjat ruħha wkoll li tillimita n-negozju tal-bank għall-klijenti b'rabta mas-suq lokali tiegħu, ibbażat fuq definizzjonijiet ċari, sabiex tillimita l-iskoperturi tal-kreditu lill-klijenti mingħajr relazzjoni ta' klijentela fuq il-bażi tal-mudell ta' negozju reġjonali tal-bank. L-iffukar mill-ġdid tal-attivitajiet tal-bank iwassal għal tnaqqis tal-livell relativ ta' riskju. F'dan l-isfond, ir-RoE projettat ta' madwar [7-12] % jista' jitqies bħala aċċettabbli.

    (185)

    Il-punt 13 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jirrikjedi wkoll li l-bank għandu jkun kapitalizzat biżżejjed fi tmiem l-operazzjoni ta' ristrutturar. Fuq il-bażi ta' valutazzjoni prudenti, għalhekk, l-adegwatezza ta' kapital attwali u prospettiva għandha tkun f'konformità mar-regolamenti superviżorji applikabbli (57). Il-Kummissjoni stabbiliet li s-suppożizzjonijiet jistgħu jitqiesu prudenti, u li dawn jippermettu għal firxa xierqa ta' stress konformi mal-punt 13 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. Barra minn hekk, il-projezzjonijiet kapitali fornuti wara talba mill-Kummissjoni huma bbażati fuq skeda ta' rimborż li turi li l-livelli ta' adegwatezza ta' kapital attwali u prospettivi huma fuq il-livelli indikati mir-regolatur li huma msemmija fil-premessa 79. Għaldaqstant huma jikkonformaw mal-aħħar rekwiżit regolatorju, li jitlob li ssir kapitalizzazzjoni ogħla minn 9 % tal-ABE tal-kapital bażi tal-Grad 1 flimkien ma' bafer. B'hekk, huma jiżguraw ukoll l-osservanza tar-regoli ta' Basel III.

    (186)

    Il-Kummissjoni ma tarax il-ħtieġa li tagħmel tajjeb għal stress addizzjonali. L-ewwel nett, il-kalkoli tal-EBA għall-eżerċizzju ta' kapital ta' 9 % kienu jqisu biss l-istress sovran, li fil-każ ta' BayernLB mhuwiex sinifikanti. Fl-istress test tal-EBA ta' Ġunju 2011, barra minn hekk, stress individwali u makro ġew applikati biss għal proporzjon ta' 5 % tal-kapital bażi tal-EBA tal-Grad 1. Il-Kummissjoni bħalissa ma għandha l-ebda indikazzjoni li l-EBA issa se tkun teħtieġ stress test li jikkombina l-approċċi taż-żewġ eżerċizzji. Tali taħlita lanqas ma kienet meħtieġa fil-valutazzjoni tar-ristrutturar ta' xi banek Ġermaniżi oħra. Minflok BaFin staqsiet biss lill-banek biex jikkonformaw mar-rekwiżit kapitali bażi tal-Grad 1 tal-EBA ta' 9 % (58). Illum, għalhekk, il-Kummissjoni tista' taħdem biss fuq il-bażi li l-adegwatezza kapitali li se tkun meħtieġa hija l-istess bħal fl-eżerċizżju kapitali ta' Diċembru 2011 flimkien ma' bafer addizzjonali, kif indikat fil-premessa 79. Din is-suppożizzjoni hija saħansitra iktar raġonevoli billi stress prevedibbli speċifiku għall-bank u għall-ambjent makroekonomiku diġà huma kkunsidrati fil-projezzjonijiet.

    (187)

    Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tagħraf ir-rwol tal-kontrollur finanzjarju. Il-Kummissjoni taċċetta li l-obbligu ta' rimborż ta' ħlas parzjali annwali fl-Anness II huwa suġġett għal approvazzjoni regolatorja. Il-pagamenti tal-ħlasijiet parzjali skont din l-iskeda ta' rimborż jiddependu mill-approvazzjoni minn BaFin. Jekk BaFin tipprojbixxi jew ma tapprovax ir-rimborż ta' ħlas parzjali, il-Kummissjoni taċċetta li l-obbligu korrispondenti li jitħallas lura dak l-ammont jiġi ddifferit. Madanakollu, jekk rimborż tal-ammont inizjalment differit ma jiġix approvat fis-sena ta' wara, jew ikun għal darb' oħra pprojbit, l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar tkun kompromessa, u l-Ġermanja għalhekk ikun jeħtiġilha tippreżenta pjan ta' ristrutturar modifikat lill-Kummissjoni.

    (188)

    Is-sempliċi fatt li l-awtorità ta' superviżjoni tipprojbixxi jew ma tawtorizzax ir-rimborż ma jistax b'mod awtomatiku jeżenta lill-bank mill-obbligu ta' rimborż: dan ikun jeħtieġ azzjoni mill-bank. Jekk il-bank ma jkunx jista' jħallas lura filwaqt li jintlaħqu r-rekwiżiti kollha imposti mir-regolatur, il-kapital addizzjonali għandu fil-prinċipju jiġi lliberat permezz ta' aktar tnaqqis tar-RWA. Barra minn hekk, kull dewmien ġeneralment ikun jeħtieġ miżuri kompensatorji addizzjonali (59). Il-Kummissjoni għalhekk tinsisti fuq il-prinċipju li fil-pjan ta' ristrutturar modifikat il-Ġermanja trid tipprovdi miżuri kompensatorji addizzjonali. Dan huwa rifless fil-punt 4 tal-Anness II.

    (189)

    Madankollu, ta' min jinnota li jekk ir-rekwiżiti kapitali regolatorji fil-futur imorru sostanzjalment lil hinn mil-livell previst f'din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha mnejn ikollha twettaq valutazzjoni proporzjonali tat-tip indikat fit-tielet sentenza tal-punt 14 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta' Jannar 2012, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-appoġġ ta' miżuri favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (60); dan jista' possibbilment ikun jeħtieġ biss miżura addizzjonali limitata ta' ristrutturar.

    (190)

    Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jeħtieġ li jiġi vvalutat ukoll jekk il-pjan ta' ristrutturar jindirizzax xi nuqqasijiet eżistenti jew potenzjali fl-istruttura tal-governanza korporattiva. Il-Kummissjoni tqis li l-pjan ta' ristrutturar jinvolvi tibdil sinifikanti fl-istruttura legali tal-bank u fil-governanza korporattiva li se jrendi lil BayernLB inqas vulnerabbli għall-influwenza potenzjali mhux xierqa mill-azzjonisti u jippermetti sorveljanza korporattiva aħjar.

    (191)

    Il-miżuri li se jiġu implimentati se jiżguraw li BayernLB ma jkunx differenti mill-kompetituri tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam mal-kostituzzjoni, mal-politiki u l-proċeduri interni tiegħu, jew mar-rwol u l-għamla tal-korpi governattivi tiegħu. Hemm biżżejjed salvagwardji kontra d-deċiżjonijiet tan-negozju li qed jittieħdu fuq il-bażi ta' kunsiderazzjonijiet oħra barra dawk ta' negozju. Barra minn hekk, il-kwalità ta' sorveljanza korporattiva hija msaħħa b'mod sostanzjali. Hemm differenzazzjoni aktar ċara u aktar strinġenti tar-rwoli rispettivi tad-diversi korpi (il-laqgħa tal-azzjonisti, il-bord superviżorju u l-bord eżekuttiv) u l-professjonalità tal-bord superviżorju se jibbenefika mill-inklużjoni ta' esperti indipendenti u l-introduzzjoni ta' test “xieraq u adattat” li kull membru tal-bord se jkollu jgħaddi minnu.

    (192)

    Il-qafas ta' governanza korporattiva huwa kompatibbli mar-rekwiżiti għall-intrapriżi privati u jestendi għall-implimentazzjoni tal-kodiċi (volontarju) Ġermaniż ta' governanza korporattiva.

    (193)

    Il-laqgħa tal-azzjonisti tal-bank se jkollha s-setgħat standard ta' laqgħa tal-azzjonisti, mingħajr ebda influwenza addizzjonali. Skont il-kodiċi ta' governanza korporattiva, nofs il-membri tal-bord superviżorju se jkunu indipendenti. Għandhom jiġu applikati lill-membri kollha tal-bord, rekwiżiti kwalitattivi introdotti mill-BaFin, ir-regolatur Ġermaniż, li jiżguraw kwalifika minima tal-membri tal-bord superviżorju maħtura reċentement. Matul il-perjodu ta' ristrutturar, il-President tal-Bord Superviżorju se jkun membru indipendenti. Se jiġi introdott ukoll kumitat ta' verifika u ta' riskju, li se jkun qed jopera f'konformità mal-aħjar prattiki ta' governanza korporattiva.

    (194)

    Għaldaqstant, b'mod ġenerali, il-pjan ta' ristrutturar ta' BayernLB x'aktarx li jistabbilixxi mill-ġdid il-vijabbiltà fit-tul tiegħu.

    Il-kontribuzzjoni tal-bank stess

    (195)

    Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tindika li, sabiex l-għajnuna tinżamm sal-minimu, il-banek għandhom l-ewwel jużaw ir-riżorsi tagħhom għall-finanzjament tar-ristrutturar u jiżguraw li l-ispejjeż assoċjati mar-ristrutturar għandhom jitħallsu mhux biss mill-Istat iżda wkoll minn dawk li investew fil-bank. Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni nnotat li l-kamp ta' applikazzjoni tad-divestituri propost bħala kontribuzzjoni proprja tal-bank baqa' vag.

    (196)

    Fl-istess ħin, il-Ġermanja ntrabtet li BayernLB se jbigħ [40-70] % mis-sussidjarji jew il-parteċipazzjonijiet finanzjarji sa tmiem il-perjodu ta' ristrutturar. Il-bank diġà biegħ il-maġġoranza tas-sussidjarji u qed jistenna li jtemm il-bejgħ kollu sa mhux iktar tard minn […]. Il-parteċipazzjonijiet finanzjarji li għandhom jinbiegħu huma mniżżla fil-punt 11 tal-Anness I u fl-Anness III, u jinkludu lil LBS Bayern, MKB u Banque LB Lux SA, li huma fost l-akbar sussidjarji ta' BayernLB. Id-dħul iġġenerat u kull profitt li jkun sar jintużaw biex ikopru l-kostijiet tar-ristrutturar u biex jgħinu biex jiġi żgurat li l-għajnuna tinżamm għall-minimu.

    (197)

    Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li matul il-perjodu ta' ristrutturar is-sidien tal-bank ikollhom parti kbira kemm jista' jkun possibbli fir-rikostituzzjoni ta' bażi kapitali adegwata, il-Ġermanja ntrabtet li l-bank iżomm id-dividendi u ma jħallasx il-kupuni, minbarra dawk li huwa legalment obbligat li jħallas, sa tmiem il-perjodu ta' ristrutturar, jew lil hinn jekk il-parteċipazzjoni siekta tal-Land ma tkunx tħallset lura sa dakinhar. Dan se jiżgura, f'konformità mal-punt 26 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, li BayernLB ma jużax l-għajnuna mill-Istat biex iħallas il-fondi proprji jekk ma jkunx hemm biżżejjed profitti biex isiru dawn il-ħlasijiet. Il-projbizzjoni fit-tul fuq dividendi u kupuni ibridi se tgħin ukoll lil BayernLB biex jirrispetta l-iskeda ta' rimborż.

    (198)

    Aspett ieħor jikkonċerna l-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil, li ma pparteċipatx fil-miżuri ta' salvataġġ tal-2008 minkejja li kienet azzjonista ta' BayernLB. Minħabba li l-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil ma pparteċipatx fis-salvataġġ, sehemha ddgħajjef b'mod sinifikanti, iżda sadattant, qablet dwar bosta kontribuzzjonijiet addizzjonali.

    (199)

    L-ewwel nett, il-banek ta' tfaddil bħalissa jippossjedu parteċipazzjonijiet passivi individwali li jilħqu total ta' madwar EUR [770-810] miljun, kif spjegat fil-premessa 76, u sabiex tittejjeb il-kwalità tal-kapital tal-bank u biex jiġi żgurat li l-kapital ipprovdut mill-banek tat-tfaddil ikompli jgħodd bħala kapital bażi tal-Grad 1 tal-EBA, il-banek tat-tfaddil qablu li jixtru lura dawn il-parteċipazzjonijiet passivi […]. L-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil se tinjetta EUR [810-840] miljun f'ekwità, biex b'hekk jiżdied is-sehem tagħha f'BayernLB (61). Għalhekk, il-banek tat-tfaddil se jitilfu l-intitolament tagħhom għal ħlasijiet ta' imgħax aktar affidabbli, filwaqt li l-projbizzjoni tad-dividendi tfisser li dawn mhux se jirċievu pagamenti ta' dividendi korrispondenti fuq il-perjodu medju.

    (200)

    It-tieni, l-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil qablet li tixtri l-LBS għal prezz ġust ta' EUR 818,3 miljun sa tmiem l-2012. Meta ġiet biex tistabbilixxi l-prezz, l-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil ma applikatx tnaqqis li jikkunsidra l-fatt li l-banek ta' tfaddil huma l-mezz ta' distribuzzjoni ewlieni għal prodotti tal-LBS, kif kien probabbli jagħmel investitur privat.

    (201)

    Minħabba dawn il-miżuri kollha, il-parteċipazzjoni azzjonarja li kienet inizjalment iddgħajfet għal 6 % se tiżdied b'mod sinifikanti, potenzjalment sa 25 %.

    (202)

    Fl-aħħar nett, għandu jiġi nnutat li l-Ġermanja se tirkupra l-parti kollha tal-garanzija tal-assi 'l fuq mill-VER. Il-kondiviżjoni tal-piżijiet mill-bank u l-azzjonisti tiegħu għalhekk tista' titqies bħala waħda xierqa; id-dubji mqajmin f'dan ir-rigward fid-deċiżjoni ta' ftuħ ittaffew.

    Il-miżuri li jillimitaw it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni

    (203)

    Fl-aħħar nett, il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar teħtieġ li l-pjan ta' ristrutturar jinkludi miżuri li jillimitaw it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni. Dawn il-miżuri għandhom ikunu magħmula apposta biex jindirizzaw it-tgħawwiġ fis-swieq fejn il-bank benefiċjarju jopera wara r-ristrutturar. In-natura u l-forma ta' tali miżuri tiddependi fuq żewġ kriterji: l-ewwel, l-ammont tal-għajnuna u l-kundizzjonijiet u ċ-ċirkustanzi li taħthom ingħata u, it-tieni, il-karatteristiċi tas-swieq li fihom il-benefiċjarju jrid jaħdem. Barra minn hekk, il-Kummissjoni trid tqis il-firxa tal-kontribuzzjoni proprja u tal-kondiviżjoni tal-piżijiet tal-bank benefiċjarju matul il-perjodu ta' ristrutturar.

    (204)

    Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni qieset li l-miżuri proposti biex jindirizzaw it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni huma insuffiċjenti. Il-pjan aġġornat ta' ristrutturar jipprevedi aktar miżuri bħal dawn.

    (205)

    F'dan il-każ, l-għajnuna tammonta għal madwar EUR 15,8-il biljun f'assistenza kapitali: din tinkludi r-rikapitalizzazzjoni, li tammonta għal EUR 10 biljun, it-tarka tar-riskju ta' EUR 4,8 biljun, u t-trasferiment ta' EUR 1 biljun kapital ta' BayernLabo lil BayernLB. Iċ-ċifra la tinkludi l-garanziji ta' likwidità mogħtija minn SoFFin, li jammontaw għal madwar EUR 15-il biljun (li minnhom intużaw EUR 5 biljun) (62) u lanqas il-garanziji pprovduti mill-Awstrija għall-finanzjament ta' EUR 2,638 biljun li BayernLB kien qabel li jħalli f'HGAA. L-ammont ta' għajnuna ta' EUR 15,8-il biljun huwa ekwivalenti għal 8 % tal-assi mwieżna għar-riskju wara l-miżuri (pożizzjonijiet ta' riskju ta' EUR 198 biljun fl-2008). L-ammont ikompli jiżdied jekk jiġu kkunsidrati l-EUR 2,638 biljun f'garanziji li l-bank kiseb mill-Awstrija u l-EUR 15-il biljun li huwa kiseb minn SoFFin (li minnhom EUR 5 biljun ġew effettivament użati). L-ammont ta' għajnuna mogħtija lill-benefiċjarju huwa għalhekk kbir ħafna. Sabiex jillimitaw it-tgħawwiġ potenzjali tal-kompetizzjoni, il-miżuri meħtieġa se jkunu apprezzabbli, anki meta jittieħed kont tal-iskala adatta tal-kontribuzzjoni proprja tal-bank u l-kondiviżjoni tal-piżijiet mill-benefiċjarju u l-azzjonisti tiegħu tul il-perjodu ta' ristrutturar.

    (206)

    Fil-pjan ta' ristruttur il-ġdid, it-tnaqqis fil-karta bilanċjali previst għaldaqstant żdied konsiderevolment meta mqabbel mal-pjan inizjali. Abbażi tal-assi fi tmiem l-2008, BayernLB se jnaqqas il-karta bilanċjali tiegħu b' 51 %, minn EUR 421,7 biljun għal EUR 206 biljun (EUR 239,4 biljun fl-2015).

    (207)

    Għal dan l-għan, BayernLB lest li jbigħ għadd sinifikanti ta' sussidjarji domestiċi u barranin, u li jnaqqas b'mod sostanzjali l-portafoll ta' parteċipazzjoni tiegħu. Dawn iċ-ċessjonijiet iridu jkunu tlestew sa […]; inkella s-sussidjarji jew kumpaniji assoċjati rilevanti jkollhom iwaqqfu n-negozju l-ġdid [wara …]. It-Tabella 12 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-akbar ċessjonijiet

    Tabella 12

    Ċessjoni ta' parteċipazzjonijiet ewlenin

    Isem

    Karta bilanċjali, EUR biljun (**********)

    RWAs, EUR biljun (**********)

    HGAA

    44,6

    [30-35]

    MKB

    10.8

    [7-10]

    SaarLB

    20,6

    [6-9]

    LB (Suisse)

    1,2

    [0-1]

    LBLux

    11,8

    [4-7]

    LBS

    [8-12]

    [2-5]

    GBW AG

    2,1

    [0-2]

    (208)

    Dawn iċ-ċessjonijiet jinkludu l-istituzzjonijiet ta' kreditu internazzjonali tal-bank kollha. Iċ-ċessjoni ta' HGAA, li diġà dehret fil-bżonn ta' għajnuna għar-ristrutturar fl-2008, ikkontribwiet biex tinġieb lura l-vijabbiltà ta' BayernLB. Madankollu, anki jekk HGAA ma jiġix ikkunsidrat għall-finijiet ta' miżuri ta' kwantifika biex jiġi llimitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, it-tnaqqis fil-karta bilanċjali jibqa' ta' 45 % (EUR (421,7 – 44,6 =) 377,4 biljun meta mqabbel ma' EUR 206 biljun).

    (209)

    Barra minn hekk, BayernLB se jnaqqas l-għadd tal-fergħat internazzjonali tiegħu jew tal-uffiċċji ta' rappreżantazzjoni b'sebgħa, u l-bqija tal-fergħat f'Londra, Pariġi, New York u Milan se jonqsu b'mod sostanzjali.

    (210)

    Kollox ma' kollox, il-Kummissjoni tikkunsidra li dan it-tnaqqis tat-total tal-karta bilanċjali tal-bank b'aktar min-nofs huwa xieraq minħabba t-tfixkil fil-kompetizzjoni li qed jirriżulta mill-ammont kbir ta' għajnuna li qed tingħata. It-tnaqqis huwa f'konformità mal-prassi tal-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet tagħha fir-rigward ta' Landesbanken oħra (63).

    (211)

    Barra minn dawk il-miżuri strutturali b'kopertura wiesgħa, BayernLB qabel ukoll dwar diversi restrizzjonijiet ta' mġiba. Il-bank impenja ruħu li josserva, matul il-perjodu ta' ristrutturar, limitu massimu ta' EUR 500 000 fuq ir-rimunerazzjoni tal-persunal (fiss u varjabbli), projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet, u projbizzjoni fuq id-dividendi. Ir-restrizzjonijiet fuq ir-rimunerazzjoni tal-persunal se jiġu estiżi awtomatikament (għalkemm għal-limitu massimu tas-salarji dawn se jkunu ftit inqas stretti) sakemm il-parteċipazzjoni siekta u l-irkupru jkunu tħallsu lura kollha, li x'aktarx ma jseħħx qabel l-2019. Dawn il-miżuri joħolqu inċentiv għal rimborż u jipprekludu l-bank milli jakkwista negozji li jikkompetu miegħu, li jimpedixxi t-tkabbir mhux organiku ta' BayernLB ffinanzjat mill-għajnuna.

    (212)

    Barra minn hekk, BayernLB se jillimita l-attivitajiet ta' negozju internazzjonali tiegħu li jifdal għall-korporattivi, il-finanzjamenti ta' proġetti u l-proprjetà immobbli b'mod sinifikanti, b'ambitu u volum assolut, kif indikat fl-Anness I. Dan se jillibera l-kapaċità għal atturi oħra fis-swieq bażi ta' BayernLB.

    (213)

    Il-Ġermanja impenjat ruħha wkoll li BayernLB jwaqqaf għadd ta' attivitajiet bħal dawk marbuta mat-tbaħħir u l-avjazzjoni. Il-finanzi pubbliċi barra l-Bavarja se jitwaqqfu wkoll.

    (214)

    Filwaqt li titqies din it-taħlita ta' miżuri diversi, u fid-dawl ta' dak li ġie kkonstatat iktar 'il fuq li l-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet tal-bank huma xierqa, il-Kummissjoni tikkunsidra li hemm salvagwardji suffiċjenti biex jillimitaw it-tgħawwiġ potenzjali tal-kompetizzjoni, minkejja l-ammont kbir ta' għajnuna li BayernLB qed jirċievi.

    Implimentazzjoni u monitoraġġ

    (215)

    It-Taqsima 5 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tistipula li biex il-Kummissjoni tkun tista' tivverifika li l-pjan ta' ristrutturar qiegħed jiġi implimentat sewwa, iridu jiġu ppreżentati rapporti fuq bażi regolari. L-ewwel rapport għandu jintbagħat mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-approvazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar. Għal dan l-għan il-Ġermanja għandha taħtar fiduċjarju ta' monitoraġġ u darbtejn fis-sena tipprovdi rapporti ta' monitoraġġ.

    (216)

    Ir-rimborżi individwali huma suġġetti għal ftehim mir-regolatur Ġermaniż BaFin. Jekk il-bank ma jissodisfax il-miri stabbiliti fl-iskeda ta' rimborż, il-punt 4 tal-Anness II jirrikjedi li l-Ġermanja tinnotifika pjan ta' ristrutturar modifikat lill-Kummissjoni. Tali notifika ġdida għandha fil-prinċipju tinkludi miżuri addizzjonali li jillimitaw it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni.

    (217)

    Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li t-tnaqqis ulterjuri fil-pożizzjonijiet ta' riskju msemmi fil-punt 33 tal-Anness I huwa magħmul biex ikun żgurat li BayernLB ikun jista' jħallas lura l-kumplament tal-parteċipazzjonijiet passivi fl-2017. Il-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tagħha fuq it-tnaqqis f'pożizzjonijiet ta' riskju li ġew impenjati għal kull qasam tan-negozju fil-firxiet indikati fil-punt 33 tal-Anness I u l-effetti sekondarji tagħhom għal kull qasam tan-negozju. Jekk, fl-implimentazzjoni tal-pjan, BayernLB jidentifika oqsma ta' ottimizzazzjoni li jaffettwaw il-firxiet indikati, fid-dawl ta' żviluppi makroekonomiċi jew regolatorji ġodda, il-Ġermanja għandha tinnotifika d-devjazzjoni fil-firxiet lill-Kummissjoni, sakemm il-bidliet fit-tnaqqis ta' kull żona fil-qasam tan-negozju ma jkunux aktar minn [10-15] % fl-2017, jibqgħu fil-volum totali definit fil-punt 33 tal-Anness I, u jkunu mingħajr preġudizzju għall-vijabilità ta' BayernLB kif deskritt fil-pjan ta' ristrutturar. F'każ ta' notifika ġdida, il-Kummissjoni se tikkunsidra jekk il-bidliet jikkontribwixxux biex jiġi mmassimizzat l-effett ta' sulliev kapitali filwaqt li jiġu minimizzati effetti sekondarji negattivi, u konsegwentement ma jaffettwawx il-vijabilità tal-bank.

    Il-konklużjoni dwar ir-ristrutturar

    (218)

    Fid-dawl tal-projezzjonijiet tal-bank u b'kont meħud tal-aħħar rekwiżiti regolatorji, li se jeħtieġ proċess ta' kapitalizzazzjoni ogħla minn 9 % kapital bażi tal-Grad 1 flimkien ma' bafer, u tar-regoli ta' Basel III, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri tar-ristrutturar, inklużi l-impenji tal-Ġermanja, x'aktarx li jirrestawraw il-vijabbiltà fit-tul ta' BayernLB u jagħmlu tajjeb għat-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni li jġibu magħhom il-miżuri ta' għajnuna. Suġġett għall-kundizzjonijiet rigward ir-rimborż ta' parti tal-miżuri ta' għajnuna u l-irkupru, il-pjan ta' ristrutturar jipprovdi wkoll biex l-għajnuna tiġi limitata għall-minimu neċessarju u biex il-bank jagħmel kontribuzzjoni adegwata tiegħu stess. Sakemm ir-rekwiżit ta' rimborż fl-Anness II huwa ssodisfat, għalhekk, l-għajnuna għar-ristrutturar tista' titqies kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE.

    6.   VANTAĠĠ LILL-ASSOĊJAZZJONI TAL-BANEK TAT-TFADDIL.

    (219)

    It-tħassib tal-Kummissjoni li l-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil ibbenefikat mill-miżura ta' salvataġġ mingħajr ma qasmet il-piż kif xieraq ukoll ġie kklerjat. Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni indikat li matul l-investigazzjoni formali hija għandha mnejn tivvaluta l-korrettezza tal-valutazzjoni ta' BayernLB u l-eżattezza tal-kalkolu tas-sehem li jifdal tal-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil. Sussegwentement il-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni lill-Ġermanja dwar il-kontribuzzjoni ta' salvataġġ tal-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil. Sadanittant inkiseb livell xieraq ta' qsim tal-piżijiet permezz tal-konverżjoni tal-parteċipazzjonijiet passivi tal-banek tat-tfaddil u l-injezzjoni ta' kapital sussegwenti mill-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil li żżid il-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda irregolaritajiet fil-valutazzjoni tal-bank li ffurmaw il-bażi għall-allokazzjoni ta' ishma fl-2008. Għalhekk mhux meħtieġ li jkomplu jiġu eżaminati dubji ulterjuri dwar l-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil f'dak ir-rigward.

    KONKLUŻJONIJIET

    (220)

    Fid-dawl tal-impenji mogħtija mill-Ġermanja fir-rigward tar-ristrutturar u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II f'dak li għandu x'jaqsam mar-rimborż ta' parti mill-miżuri ta' għajnuna u l-irkupru, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li t-tarka tar-riskju hija konformi mat-Taqsima 5 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Indeboliti, li l-għajnuna għar-ristrutturar hija limitata għall-minimu meħtieġ u t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni huwa indirizzat biżżejjed, u li l-pjan ta' ristrutturar ippreżentat x'aktar ikun kapaċi jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul ta' BayernLB. L-għajnuna għar-ristrutturar għandha għalhekk titqies kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Lulju 2012 dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja u mill-Awstrija lil Bayerische Landesbank (il-Kawża SA.28487 (C 16/09, ex N 254/09)) hija mħassra.

    Artikolu 2

    1.   Il-miżuri li ġejjin jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE:

    (a)

    ir-rikapitalizzazzjoni ta' Bayerische Landesbank mil-Land tal-Bavarja, fl-ammont ta' EUR 10 biljun;

    (b)

    il-garanzija fuq it-tieni telf fil-forma ta' tarka tar-riskju mogħtija lil Bayerische Landesbank mil-Land tal-Bavarja, fl-ammont ta' EUR 4,8 biljun;

    (c)

    il-garanziji ta' obbligazzjoni mogħtija lil Bayerische Landesbank mill-Ġermanja, fl-ammont ta' EUR 15-il biljun;

    (d)

    il-garanzija ta' finanzjament mogħtija lil Bayerische Landesbank mill-Awstrija, fl-ammont ta' EUR 2,638 biljun; kif ukoll

    (e)

    it-trasferiment ta' EUR 1 biljun f'kapital f'Bayerische Landesbodenkreditanstalt mill-Land tal-Bavarja lil Bayerische Landesbank.

    2.   L-għajnuna mill-Istat imsemmija fil-paragrafu 1 hija kompatibbli mas-suq intern, fid-dawl tal-impenji mniżżla fl-Anness I u l-Anness III u suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II.

    Artikolu 3

    Il-Ġermanja tiżgura li l-pjan ta' ristrutturar ippreżentat fis-6 ta' Ġunju 2012 u ssupplimentat fit-12 ta' Ġunju 2012 jiġi implimentat kollu, inklużi l-impenji mniżżla fl-Annessi I u III u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, u skont l-iskeda mniżżla f'dawk l-Annessi.

    Artikolu 4

    Il-Ġermanja se tinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn min-notifika ta' din id-Deċiżjoni dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu sabiex tiżgura li tinżamm konformità magħhom.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lir-Repubblika tal-Awstrija.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Joaquín ALMUNIA

    Viċi President


    (1)  ĠU C 134, 13.6.2009, p. 31; ĠU C 85, 31.3.2010, p. 21; u ĠU C 266, 1.10.2010, p. 5.

    (2)  B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Iż-żewġ settijiet ta' dispożizzjonijiet huma, fis-sustanza, identiċi. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88, rispettivament, tat-Trattat tal-KE fejn xieraq.

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2008 fil-Kawża N 615/08 BayernLB (ĠU C 80, 3.4.2009, p. 4).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Diċembru 2008 fil-Kawża N 557/08 Mmiżuri skont il-Liġi dwar l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji u dwar it-tisħiħ tas-suq interbankarju għal istituzzjonijiet ta' kreditu u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni fl-Awstrija (ĠU C 3, 8.1.2009, p. 2), estiża l-aħħar sat-30 ta' Ġunju 2011 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2010 fil-kawża SA. 32018 (2010/N), ĠU C 20, 21.1.2011, p. 3.

    (5)  Il-Kawża C 16/2009 (ĠU C 134, 13.6.2009, p. 31).

    (6)  L-impatt fuq il-bank tal-għajnuna mogħtija lil HGAA se jkun is-suġġett ta' deċiżjoni separata.

    (7)  ĠU C 85, 31.3.2010, p. 21.

    (8)  ĠU C 266, 1.10.2010, p. 5.

    (9)  Sussegwentement imsemmija bħala l-kawża SA. 32554 (09/C) Għajnuna għar-ristrutturar għal Hypo Group Alpe Adria.

    (10)  Basel III huwa l-qafas regolatorju internazzjonali għall-banek żviluppat mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja: dan jinkludi sett ta' miżuri ta' riforma biex jissaħħu r-regolamentazzjoni, is-superviżjoni u l-immaniġġjar tar-riskju tas-settur bankarju.

    (11)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment, COM(2011) 452 final. Fl-20 ta' Lulju 2011, il-Kummissjoni adottat pakkett leġiżlattiv għat-tisħiħ tar-regolamentazzjoni tas-settur bankarju. Dan il-pakkett, magħruf bħala l-Pakkett CRD IV, ikun jieħu post id-direttivi dwar ir-rekwiżiti tal-kapital attwali (id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1) u d-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta' kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201)) b'Direttiva waħda u Regolament, li huwa l-abbozz ta' Regolament dwar ir-Rekwiżiti Kapitali msemmija hawn fuq.

    (12)  Hemm deskrizzjoni dettaljata fid-deċiżjoni ta' ftuħ, p. 2.

    (13)  Qabel il-miżuri ta' salvataġġ tal-2008, il-Land tal-Bavarja u l-Assoċjazzjoni tal-Banek tat-Tfaddil kellhom sehem ta' 50 % kull wieħed.

    (14)  BayernLB tuża t-terminu “pożizzjonijiet ta' riskju” (Risikopositionen) skont it-terminu użat mir-regolatur għall-kalkolu tal-proporzjonijiet kapitali. Fl-istress test ta' Diċembru 2011 l-Awtorità Bankarja Ewropea rreferiet għall-pożizzjonijiet ta' riskju ta' BayernLB bħala “assi peżati għar-riskju” (RWAs). F'din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni se tirreferi għal dawn l-assi bħala “pożizzjonijiet ta' riskju” jew “RWAs”.

    (*)  Informazzjoni kunfidenzjali

    (15)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/739/KE tal-20 ta' Ottubru 2004 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Ġermanja għall-Bayerische Landesbank — Girozentrale (ĠU L 307, 7.11.2006, p. 81).

    (16)  Għal deskrizzjoni dettaljata tal-injezzjoni ta' kapital ara d-Deċiżjoni dwar is-Salvataġġ, il-premessi 13 ff.

    (17)  Opinjoni esperta mogħtija minn Ernst & Young fl-14 ta' Jannar 2010 dwar il-valur ta' BayernLB fit-18 ta' Diċembru 2008 ikkonkludiet li s-sehem tal-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil ta' riskju kien ta' [< 5] %. Fid-dawl tal-proċedura pendenti tal-għajnuna mill-Istat, ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni formali dwar is-sehem miżmum mill-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil.

    (18)  Għal deskrizzjoni dettaljata tat-tarka tarka tar-riskju ara d-Deċiżjoni dwar is-Salvataġġ, il-premessi 20 ff.

    (19)  Kif spjegat fil-premessa 23 tad-Deċiżjoni dwar is-Salvataġġ, id-daqs tal-portafoll kellu jitnaqqas għal inqas minn EUR [4-6] biljun fi żmien sitt snin mill-għoti tal-garanzija. Skont in-notifika, il-bqija tal-portafoll kellha wara dan tinbiegħ fis-suq, bil-ftehim tal-garanti. L-awtoritajiet tal-Bavarja u l-bank għalhekk stennew li t-tul tal-garanzija fil-probabbiltà l-kbira ma kienx se jaqbeż is-sitt snin.

    (20)  CDOROM hija mudell ta' simulazzjoni Monte Carlo, li tintuża biex jiġi kkalkulat it-telf mistenni fuq segmenti ta' portafoll partikolari ta' assi statiku. Din tintuża mill-analisti ta' klassifikazzjoni ta' “Moody's Investors Services”, biex dawn jassenjaw il-klassifikazzjonijiet lis-CDOs sintetiċi statiċi. Intużaw mudelli u metodoloġiji simili biex jivvalutaw it-telf mistenni għal miżuri oħrajn li jindirizzaw l-assi danneġġati.

    (21)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża Nru 512/08 “Pakkett ta' salvataġġ għall-istituzzjonijiet ta' kreditu fil-Ġermanja”, sostitwita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 2008 fil-Kawża Nru 625/08 “Pakkett ta' salvataġġ għall-istituzzjonijiet finanzjarji fil-Ġermanja”, imtawla bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Ġunju 2009 fil-Kawża Nru 330/09 (ĠU C 160, 14.7.2009, p. 4), u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ġunju 2010 fil-Kawża Nru 222/10 (ĠU C 178, 3.7.2010, p. 1), riattivata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2012 fil-Kawża SA.34345 (12/N) (ĠU C 108, 14.4.2012, p. 2), l-aħħar imtawla bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2012 fil-Kawża SA.34897 (12/N), li għadha ma ġietx ippubblikata.

    (22)  Il-forma ta' kapital użat, Partizipationskapital, m'għandux dritt tal-vot.

    (23)  Ara nota 4 ta' qiegħ il-paġna.

    (24)  Din il-miżura u l-miżuri ta' akkumpanjament kienu awtorizzati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2009, ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 7.

    (25)  Is-salvataġġ ta' HGAA mill-Awstrija skont il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq kien ifisser li BayernLB kellu jagħmel valwazzjoni negattiva tal-valur kontabilistiku sħiħ ta' HGAA, li jammonta għal EUR 2,3 biljun, u li kellu jirrinunzja r-riċevibbli mingħand HGAA għal finanzjament li diġà kien provdut u li kien jammonta għal EUR 825 miljun.

    (26)  Id-definizzjoni tal-Unjoni ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) mhijiex l-istess bħal dak li hu mifhum b'Mittelstand fil-Ġermanja, li hawnhekk ġiet tradotta bħala “negozji żgħar u ta' daqs medju”; għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, Mittelstand — “negozji żgħar u ta' daqs medju” — tirreferi għal negozji b'fatturat annwali sa EUR 1 biljun.

    (27)  Ara d-definizzjoni ta' “rabta mal-Ġermanja” (Deutschlandbezug) fl-Anness I, il-punt 6.

    (28)  B'mod partikolari fl-isfond tal-imposta bankarja introdotta dan l-aħħar, li mhijiex ivvalutata abbażi ta' dħul, u l-Liġi dwar ir-Rimborż ta' Self f'Munita Barranija, li t-tnejn huma s-suġġett ta' diversi lmenti lill-Kummissjoni.

    (29)  Minħabba t-telf ta' BayernLB f'dawn l-aħħar snin, il-parteċipazzjonijiet passivi li pparteċipaw fit-telf tal-banek tat-faddil niżlu fil-valur mill-valur nominali tagħhom ta' EUR [770-810] miljun għal EUR [700-750] miljun.

    (30)  Alternattivament,il-parteċipazzjonijiet passivi jistgħu jiġu kkonvertiti f'ishma, minflok ma jitħallsu lura u mbagħad jiġu injettati mill-ġdid.

    (31)  Għal raġunijiet ta' kompletezza, għandu jissemma li kien hemm ukoll żewġ effetti pożittivi ta' reviżjoni, l-ewwel nett minħabba aġġornament tal-effetti mistennija ta' Basel III (EUR […]) u t-tieni minħabba aġġornament tal-ippjanar tal-unità tar-ristrutturar (EUR […] miljun).

    (**)  Fil-kalkoli tiegħu ta' redditu fuq l-ekwità (RoE) BayernLB jassumi proporzjon kapitali ta' 10 %.

    (***)  Inkluż MKB li għandu jinbiegħ mhux aktar tard minn […]; jitħalla barra l-persunal ta' MKB, […].

    (****)  Fil-kalkoli tiegħu ta' redditu fuq l-ekwità (RoE) BayernLB juża l-kapital bażi EBA bħala approssimazzjoni tal-ekwità, u jassumi proporzjon kapitali bażi EBA ta' 10 %. Is-suppożizzjoni ta' 10 % tal-proporzjon kapitali bażi EBA m'għandhiex effett ta' distorsjoni fuq l-analiżi tal-profittabbilità komparattiva ppreżentata hawnhekk.

    (*****)  Id-dejta f'din ir-ringiela tirreferi għall-grupp kollu ta' BayernLB u tinkludi oqsma ta' negozju li ma jidhrux separati fir-ringieli ta' hawn fuq

    (32)  Obbligazzjonijiet ta' anterjorità (Gewährträgerbehaftete Verbindlichkeiten).

    (33)  MKB pprovda lill-klijenti konsumaturi b'self f'munita barranija—Franki Svizzeri u euros—għall-iffinanzjar tax-xiri ta' proprjetà, normalment darhom stess. Madankollu, il-frank Svizzeru tant għola matul iż-żmien li l-kost għas-servizz tad-dejn f'munita barranija għeleb bil-kbir il-vantaġġ tas-self f'munita b'rati ta' imgħax sinifikament aktar baxxi mill-munita domestika. Sabiex jittaffa l-piż minn fuq il-mutwatarju, il-Parlament Ungeriż għadda l-Liġi dwar ir-Rimborż ta' Self f'Munita Barranija f'Settembru, li tagħti lill-individwi privati d-dritt li jħallsu lura s-self ipotekarju f'munita barranija tagħhom b'rata ferm inqas mir-rata tal-kambju tas-suq.

    (34)  BayernLabo għandu mandat li jipprovdi self sussidjat fil-kapaċità tiegħu bħala l-bank promozzjonali (Förderbank) ta' BayernLB.

    (******)  Fil-kalkoli tiegħu ta' redditu fuq l-ekwità (RoE) BayernLB juża l-kapital bażi EBA bħala approssimazzjoni tal-ekwità, u jassumi proporzjon kapitali bażi EBA ta' 10 %.

    (*******)  Fil-kalkoli tiegħu ta' redditu fuq l-ekwità (RoE) BayernLB juża l-kapital bażi EBA bħala approssimazzjoni tal-ekwità, u jassumi proporzjon kapitali bażi EBA ta' 10 %.

    (********)  Inkużi pagamenti retroattivi ta' rkupru fil-bidu tal-2010.

    (*********)  Inkużi pagamenti retroattivi ta' rkupru fil-bidu tal-2010.

    (35)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 3.

    (36)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/775/KE tal-21 ta' Ottubru 2008 Dwar Għajnuna Mill-Istat C 10/08 (ex NN 7/08) li l-Ġermanja tat għall-istrutturar mill-ġdid tal-IKB Deutsche Industriebank AG (ĠU L 278, 23.10.2009, p. 32, il-premessa 77); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Novembru 2009 fil-Kawża N 428/2009 Lloyds (ĠU C 46, 24.2.2010, p. 2); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2010 fil-Kawża N 256/09 Ethias (ĠU C 252, 18.6.2010, p. 5); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Novembru 2009 fil-Kawża C 32/09 Sparkasse KölnBonn (ĠU C 2, 6.1.2010, p. 1).

    (37)  ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1.

    (38)  Ara l-Kawża C-334/07 P Il-Kummissjoni vs Freistaat Sachsen [2008] il-Ġabra I-9465, il-paragrafu 53, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li miżura notifikata għandha tiġi valutata skont ir-regoli applikabbli fid-data tad-deċiżjoni.

    (39)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Frar 2010 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 9/09 (ex NN 49/08; NN 50/08 u NN 45/08) mogħtija mir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Franċiża u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu favur Dexia SA (ĠU L 274, 19.10.2010, p. 54, il-premessa 153); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2011 fil-Kawża C 29/09, HSH, li għadha mhix ippubblikata, il-premessa 155.

    (40)  60 % tal-valur nominali, ara l-premessa 26 tad-deċiżjoni ta' ftuħ.

    (41)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 21.

    (42)  F'dan ir-rigward, il-Ġermanja argumentat li l-objettiv dejjem kien ristrutturar finanzjarju ta' HGAA anki f'każ li l-Awstrija ma kinitx intervjeniet.

    (43)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 15.

    (44)  ĠU C 356, 6.12.2011, p. 7.

    (45)  Ara l-Anness I, il-punt 3.

    (46)  Ara l-premessi 52 u 71.

    (47)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/395/UE tal-15 ta' Diċembru 2009 dwar l-Għajnuna Statali C 17/09 (ex N 265/09) mill-Ġermanja għar-ristrutturar ta' Landesbank Baden-Württemberg (ĠU L 188, 21.7.2010, p. 1).

    (48)  Ara d-Deċiżjoni dwar il-LBBW, il-premessi 64 u 65. Skont il-liġi kif inhi bħalissa, il-kapital regolatorju jrid jinkludi minimu ta' 50 % tal-Grad 1. Fi kliem ieħor, sabiex jissodisfa r-rekwiżiti kapitali regolatorji l- fondi proprji jew tal-kapital regolatorju meħtieġa jistgħu jikkonsistu f'minimu ta' 50 % tal-Grad 1 u ta' massimu ta' 50 % tal-kapital tal-Grad 2. Skont ir-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Novembru 2008 dwar ir-rikapitalizzazzjonijiet, hemm differenza ta' 1,5 % bejn il-prezz tal-kapital tal-Grad 1 u tal-Grad 2, u tnaqqis ta' 150 punt bażi għar-remunerazzjoni ta' kapital tal-Grad 2 huwa konsegwentement xieraq. Jekk wieħed jassumi, f'konformità mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni, li 7 % hija remunerazzjoni xierqa għall-kapital tal-Grad 1 mhux finanzjat, il-kapital tal-Grad 2 għandu jiġi remunerat għal 5,5 %. Il-medja taż-żewġ rati hija ta' 6,25 %.

    (49)  ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.

    (50)  Bħal Commerzbank AG, Landesbank Baden-Württemberg (LBBW), HSH Nordbank AG u NordLB.

    (51)  Fl-2011, pereżempju, BayernLB fetaħ fergħa f'Düsseldorf.

    (52)  Ir-RoE indikat fit-Tabella 4 ġie kkalkolat fuq il-bażi ta' proporzjon kapitali ta' 10 %, iżda dan ma kienx se jimmaterjalizza kieku BayernLB ma ħallasx lura xi kapital. Għalhekk dan ma jirrappreżentax tajjeb il-livell ta' RoE li jista' jintlaħaq fin-nuqqas ta' rimborż.

    (53)  Ara t-Tabella 4.

    (54)  Ara Table 1.

    (55)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni 2012/477/UE.

    (56)  Id-Deċiżjoni 2010/395/UE li permezz tagħha l-Istat Membru jimpenja ruħu li l-bank ikollu fil-mira RoE wara t-taxxa li jilħaq massimu minn 10 sa 12 %; Id-Deċiżjoni 2012/477/UE li permezz tagħha l-bank huwa mistenni li jilħaq 6,9 % fl-2014; u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Lulju 2012 fil-Kawża SA.34381 NordLB, li permezz tagħha l-bank huwa mistenni li jilħaq 7,3 % fl-2016, għadha mhux ippubblikata.

    (57)  Ara l-punt 11 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

    (58)  Id-Deċiżjoni SA.34381 (2012/N).

    (59)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Marzu 2012 fil-Kawża SA.34539 (2012/N) Commerzbank, li għadha mhijiex ippubblikata.

    (60)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 44.

    (61)  Alternattivament, il-parteċipazzjonijiet passivi jistgħu jiġu kkonvertiti f'ishma, minflok ma l-ewwel jitħallsu lura u mbagħad jiġu injettati mill-ġdid.

    (62)  Ara l-premessa 44.

    (**********)  f'ċifri tal-2008

    (63)  Id-Deċiżjoni 2012/477/UE li fiha ma kien hemm l-ebda rkupru komplet iżda l-karta bilanċjali tnaqqset b' 60 %.


    ANNESS I

    A.   IMPENJI ĠENERALI

    1.

    [Il-Fażi ta' Ristrutturar] Il-fażi ta' ristrutturar tintemm fil-31 ta' Diċembru 2015. L-impenji li ġejjin japplikaw tul il-fażi ta' ristrutturar sakemm l-impenn individwali ma jiddikjarax mod ieħor. Fejn rimborż taħt il-punti 2 u 3 tal-Anness II isir biss wara dik id-data, il-punti 4, 6-8, 18-22, 24, 25, 27 u 28 ta' dan l-Anness I jibqgħu japplikaw sakemm il-bank ikun issodisfa l-obbligi ta' ħlas kollha tiegħu, iżda mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018.

    2.

    [Fiduċjarju] L-implimentazzjoni sħiħa u xierqa tal-impenji u tal-kundizzjonijiet kollha stipulati f'din il-lista se jkunu ssorveljati kontinwament u bir-reqqa u vverifikati fid-dettall minn fiduċjarju ta' monitoraġġ bi kwalifiki xierqa li jkun indipendenti minn BayernLB. L-arranġamenti li jikkonċernaw il-ħatra u d-doveri tal-fiduċjarju ta' monitoraġġ se jiġu stipulati fi ftehim separat.

    3.

    [Il-bank bażi u l-unità ta' ristrutturar] BayernLB waqqaf unità interna ta' ristrutturar għat-trattament tat-tnaqqis ta' ċerti portafolji fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u wkoll biex jissorvelja l-miżuri ta' tnaqqis l-oħra meħuda minn oqsma ta' negozju u sussidjarji madwar il-grupp kollu. F'termini funzjonali u organizzattivi, l-unità interna tar-ristrutturar hija separata mill-oqsma ta' negozju li għadejjin bħalissa tal-bank bażi u sussidjarji (flimkien, in-“negozju bażi”) u titqies bħala segment separat.

    B.   IT-TNAQQIS MIT-TOTAL TAL-KARTA BILANĊJALI/RESTRIZZJONI TAL-ATTIVITAJIET TA' NEGOZJU

    4.

    [Tnaqqis mit-total tal-karta bilanċjali—grupp] BayernLB jimpenja ruħu li jnaqqas l-assi tal-karta bilanċjali tiegħu għal madwar EUR 239,4 biljun (1) sal-31 ta' Diċembru 2015 (2) permezz tal-għeluq ta' lokalitajiet barra mill-pajjiż, il-bejgħ ta' parteċipazzjonijiet u r-restrizzjoni tal-attivitajiet ta' negozju tiegħu. Biex ikun żgurat li l-monitoraġġ ikun jista' jkompli mingħajr tfixkil, kull tibdil fir-rata tal-kambju tal-EUR/USD se jiġi injorat sakemm ir-rata ma taqax aktar 'l isfel minn dawn li ġejjin: [1,05–1,25] għall-2012, [1,05–1,25] għall-2013, [1,05–1,25] għall-2014, u [1,05–1,25] għall-2015 (3). Jekk ir-rata tal-EUR/USD tinżel taħt dawn il-livelli, il-bank jista', wara li jinforma lill-fiduċjarju ta' monitoraġġ, jaġġusta t-total tal-mira tal-karta bilanċjali filwaqt li titqies il-waqgħa tar-rata tal-kambju bid-differenza sħiħa meta mqabbla mar-rata ppjanata, sakemm il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għall-aġġustament bil-miktub, filwaqt li tagħti raġunijiet adegwati għall-oġġezzjoni..

    5.

    [Tnaqqis mit-total tal-karta bilanċjali—unità ta' ristrutturar] It-total tal-assi tal-karta bilanċjali tal-unità ta' ristrutturar se jitnaqqas għal madwar EUR [7,5–10] biljun sal-31 ta' Diċembru 2015. Suġġett għall-punt 4, li japplika mutatis mutandis, kull skadenza fir-rigward ta' din is-somma se tiġi injorata safejn din isseħħ minħabba tnaqqis fir-rata tal-kambju tal-EUR/USD taħt ir-rata msemmija fit-tieni sentenza tal-punt 4.

    6.

    [Restrizzjoni tal-attivitajiet ta' negozju—negozju bażi] Fin-negozju bażi ta' dawn l-oqsma ta' negozju, ir-restrizzjonijiet li ġejjin se jiġu osservati, bl-għan li n-negozju b'rabta mal-Ġermanja biss għandu jitwettaq. It-terminu “b'rabta mal-Ġermanja” jfisser li (i) il-klijent jew il-kumpanija prinċipali tiegħu jew is-sussidjarja sinifikanti jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fil-Ġermanja; jew (ii) in-negozju jinvolvi l-finanzjament għall-kummerċ jew il-finanzjament relatat mal-esportazzjoni li jinvolvi […] l-assigurazzjoni ta' riskju (eż.Aġenzija ta' Kreditu għall-esportazzjoni), u l-klijent li jirċievi l-finanzjament huwa akkwirent (offtaker) ta' klijent b'rabta mal-Ġermanja kif definit f'(i) hawn fuq; jew (iii) il-proġett li jkun se jiġi ffinanzjat jinsab fil-Ġermanja, jew klijent wieħed jew aktar b'rabta mal-Ġermanja kif definit f'(i) hawn fuq huma involuti fil-proġett jew bħala offtakers tal-prodotti jew materja prima li jridu jiġu prodotti jew bħala utenti permezz ta' xiri jew kuntratti ta' trasferiment ta' użu, jew li jkollhom mill-inqas [15-50] % sehem ta' sjieda fil-kumpanija tal-proġett, jew impenjaw ruħhom li jipprovdu iktar minn [30-70] % tal-provvisti għall-proġett li għandhom jiġu ffinanzjati; jew (iv) fin-negozju internazzjonali marbut ma' proprjetà immobbli, il-klijent ikollu assi Ġermaniżi sostanzjali fil-portafoll tiegħu.

    (a)

    [Il-finanzjament tal-proġetti] BayernLB se jiżgura li, minn [id-data minn meta trid tittieħed azzjoni dwar dan l-impenn, jiġifieri l-25 ta' Settembru 2012], ir-RWAs (4) tal-attivitajiet ta' finanzjament tal-proġetti fin-negozju bażi, jiġifieri l-iffinanzjar għal kumpaniji b'għanijiet speċjali (Objektgesellschaften) fejn il-kreditu huwa attwalment orjentat lejn il-prestazzjoni bbażata fuq il-fluss tal-flus tal-kumpanija b'għanijiet speċjali jew l-investiment, ma jaqbżux limitu ta' EUR [3-4] biljun, skont il-pjan ta' ristrutturar emendat.

    (b)

    [Proprjetà immobbli internazzjonali] BayernLB se jiżgura li, minn [id-data minn meta għandha tittieħed azzjoni dwar dan l-impenn, jiġifieri l-25 ta' Settembru 2012], ir-RWAs tan-negozju tal-proprjetà immobbli internazzjonali f'postijiet barranin fin-negozju bażi tiegħu (negozju bi klijenti tal-proprjetà immobbli internazzjonali, jiġifieri l-finanzjament b'rabta mal-Ġermanja kif definit fil-punti 6 (i) u (iv) fil-kuntest tal-istrutturar fuq termini ta' suq normali ta' tranżazzjonijiet ta' proprjetà immobbli kummerċjali inklużi kumpaniji b'għanijiet speċjali), ma jaqbżux limitu ta' EUR [0,5-1] biljun, skont il-pjan tar-ristrutturar emendat.

    (c)

    [Servizzi bankarji korporattivi] BayernLB se jiżgura li, minn [id-data li fiha trid tittieħed azzjoni dwar dan l-impenn jiġifieri l-25 ta' Settembru 2012], ir-RWAs fil-qasam ta' servizzi bankarji korporattivi (il-finanzjament ta' korporattivi kbar) fin-negozju bażi tiegħu ma jaqbżux limitu ta' EUR [9-12] biljun, skont il-pjan ta' ristrutturar emendat.

    BayernLB mhux se jwettaq l-ebda negozju mill-oqsma ta' negozju msemmija f'(a), (b) u (c) f'oqsma ta' negozju oħrajn sabiex jevita l-limiti massimi tal-assi ta' riskju speċifikati. F'każ ta' xi dubju, il-klassifikazzjoni ta' attivitajiet taħt l-oqsma tan-negozju msemmija hawn fuq u d-dejta tal-ippjanar se ssegwi l-pjan ta' ristrutturar (5).

    7.

    [Infiq akbar milli ppjanat] Fir-rigward tal-limiti massimi tar-RWA stabbiliti fil-punt 6 minn (a) sa (c):

    (a)

    Bidla fir-rata tal-kambju tal-EUR/USD meta mqabbla mal-pjan deskritt fil-punt 4 se tiġi injorata sakemm ir-rata ma taqax aktar 'l isfel minn dawn li ġejjin: [1,05–1,25] għall-2012, [1,05–1,25] għall-2013, [1,05–1,25] għall-2014 u [1,05–1,25] għall-2015 (6). Jekk ir-rata tal-kambju tal-EUR/USD tinżel taħt dawn il-livelli l-bank jista'wara li jinforma lill-fiduċjarju ta' monitoraġġ, jaġġusta l-limiti massimi tar-RWA li jqisu l-waqgħa fir-rata tal-kambju bl-ammont sħiħ tad-differenza meta mqabbla mal-limiti massimi tar-RWA stabbiliti fil-punt 6 minn (a) sa (c). Il-Kummissjoni tista' toġġezzjona għall-aġġustament bil-miktub, filwaqt li tagħti raġunijiet adegwati għall-oġġezzjoni..

    (b)

    Żieda fir-RWAs minħabba bidla fir-rekwiżiti regolatorji dwar il-kalkolu tar-RWAs jew bidla fir-regoli tal-kontabilità nazzjonali jew internazzjonali meta mqabbla mas-sitwazzjoni preżenti tiġi injorata, sakemm il-Kummissjoni, wara li tkun ġiet ikkonsultata, ma toġġezzjonax.

    8.

    [Għeluq tal-attivitajiet ta' negozju] L-oqsma li ġejjin ma jagħmlux aktar parti min-negozju bażi u se jingħalqu:

    (a)

    Titoli abbażi ta' assi (Asset Backed Securities)

    Mhux se jsiru investimenti f'titoli abbażi ta' assi segmentati jew self segmentat li jinvolvi pula sottostanti ta' obbligi jew li jkollu struttura ta' riskju tal-ingranaġġ. It-titolizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-bank stess fl-interess tiegħu stess għall-finijiet ta' rifinanzjament u/jew tal-ġestjoni tal-karta bilanċjali u x-xiri/finanzjament ta' portafolli riċevibbli mhux segmentati ta' klijenti bażi permezz ta' pjattaformi ta' titolizzazzjoni relatati mat-tranżazzjonijiet tibqa' tiġi ammissibbli.

    (b)

    Self garantit/akkwist ta' finanzji marbuta mat-tranżazzjonijiet mingħajr rabta mal-Ġermanja

    Il-bank mhux se jkun involut aktar f'self garantit jew f'akkwist tal-finanzi marbuta ma' tranżazzjonijiet mingħajr rabta mal-Ġermanja, jiġifieri l-akkwist ta' impriżi ffinanzjati bid-dejn li jinvolvi proporzjon kbir ta' fondi mislufa biex ikopru l-prezz tax-xiri li huma assigurati biss jew prinċipalment kontra n-negozju fil-mira u l-assi tiegħu.

    (c)

    Finanzjament ta' bastimenti u inġenji tal-ajru

    Il-bank mhux se jibqa' joffri finanzjament ibbażat fuq l-assi għall-bastimenti u l-inġenji tal-ajru, jiġifieri finanzjament għall-akkwist ta' dawn l-assi fejn il-bastiment jew l-inġenju tal-ajru miksub jikkostitwixxi l-mezz ewlieni ta' kollateral. Il-finanzjament ta' inġenji tal-ajru huwa eżentat minn din ir-rinunzja jekk ikun 100 % kopert minn ECAs u l-kreditu jiffoka biss fuq l-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni u mhux fuq l-assi sottostanti innifsu (finanzjament kollu kemm hu għall-esportazzjoni).

    (d)

    In-negozju tal-bank bażi mal-awtoritajiet pubbliċi barra l-Bavarja

    BayernLB se jwaqqaf in-negozju ta' kreditu ġdid ma' bliet, muniċipalitajiet u assoċjazzjonijiet ta' muniċipalitajiet li jinsabu barra l-Bavarja. Dan ma jinkludix miżuri ta' ġestjoni ta' likwidità. Il-finanzjament għal sħubijiet pubbliċi-privati, u l-finanzjament għall-proġetti u għall-esportazzjoni fl-interess tal-klijenti b'rabta mal-Ġermanja fejn awtorità pubblika hija l-klijent (offtaker) ikomplu jkunu ammissibbli.

    C.   L-GĦELUQ TA' LOKALITAJIET/IĊ-ĊESSJONI TA' PARTEĊIPAZZJONIJIET AZZJONARJI

    9.

    [Lokalitajiet] Il-lokalitajiet li ġejjin ta' BayernLB stabbiliti bħala fergħat jew uffiċċji rappreżentattivi ngħalqu fid-dati indikati:

    Post

    Data

    Beijing

    2009

    Tokjo

    2009

    Montreal

    2009

    Mumbai

    2009

    Kiev

    2010

    Ħong Kong

    2010

    Shanghai

    2010

    10.

    Negozju eżistenti li ma kienx ġie stralċjat sad-data tal-għeluq tal-lokalitajiet elenkati fil-punt 9 ġie ttrasferit jew twaqqaf b'mod progressiv sad-data ta' skadenza miftiehma tal-operazzjonijiet ta' negozju sottostanti. L-ebda negozju ġdid mhu se jiġi aċċettat.

    11.

    [Il-bejgħ ta' parteċipazzjonijiet] BayernLB se jbigħ il-parteċipazzjonijiet elenkati hawn taħt u fl-Anness III bl-aħjar kundizzjonijiet li jistgħu jinkisbu u fl-intier tagħhom sad-dati speċifikati (id-data tal-iffirmar), jew diġà biegħ il-parteċipazzjoni fid-data li tidher.

    Isem

    Post

    Parteċipazzjoni azzjonarja (%)

    Karta bilanċjali/RWA (7)

    Data fil-mira

    Banque LB Lux SA

    Lussemburgu

    100 (8)

    6 441,3 /[…]

    (…)

    DKB Immobilien AG

    Berlin

    100

     

    2012 (9)

    KGE Kommunalgrund (10)

    Munich

    100

     

    (…)

    Stadtwerke Cottbus GmbH

    Cottbus

    74,9

     

    (…)

    (…)

    (…)

    […]

     

    (…)

    GBW AG (11)  (12)

    Munich

    91,93

     

    (…)

    Landesbank Saar

    Saarbrücken

    75

    […] (13)

    2010 (14)

    LB(Swiss) Privatbank AG

    Zürich

    50

     

    2009

    MKB Bank Zrt (group)

    Budapest

    89,89

    9 360,9 /[…]

    (…)

    DekaBank

    Frankfurt am Main

    3,09

     

    2011

    Deutsche Lufthansa AG

    Cologne

    1,98

     

    2013

    KGAL GmbH & Co. KG

    Grünwald

    30 (15)

     

    (…)

    LBS Bayern (16)

    Munich

    100

    […]/[…]

    2012

    12.

    Jekk xi parteċipazzjoni tinvolvi xi finanzjament tad-dejn (“finanzjament intragrupp”) minn BayernLB li t-tul ta' żmien tiegħu jista' jestendi sa wara d-data tal-bejgħ, u BayernLB ma jistax ibigħ dawn il-parteċipazzjonijiet flimkien mal-finanzjament tad-dejn korrispondenti jew b'mod ieħor jirċievi garanzija għal finanzjament tad-dejn li għadu pendenti, il-bejgħ ta' parteċipazzjonijiet jista' jiġi pospost għal massimu ta' […] mhux aktar tard minn […] (17).

    13.

    BayernLB jista' jipposponi l-bejgħ ta' parteċipazzjonijiet elenkati hawn fuq għal massimu ta' […] mhux aktar tard minn […] (17) jekk wara li jkunu ġew garantiti offerti vinkolanti jkun jidher ċar li l-prezz li jinkiseb mit-tranżazzjoni jkun aktar baxx mill-valur kontabilistiku kurrenti tal-parteċipazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji individwali mfassla minnBayernLB skont il-Kodiċi Kummerċjali Ġermaniż, jew jipproduċi telf fid-dikjarazzjoni finanzjarja kkonsolidata skont l-istandards ta' kontabilità tal-IFRS.

    14.

    Suġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, BayernLB jista' jipposponi l-bejgħ tal-parteċipazzjonijiet elenkati għal massimu ta' […] mhux aktar tard minn […] (17) jekk juri li, minħabba ċ-ċirkostanzi makroekonomiċi, bejgħ ma jkunx possibbli, jew possibbli biss taħt kundizzjonijiet “bi prezzijiet aktar baxxi mil-valur proprju” (“fire sale”-Bedingungen).

    15.

    BayernLB jista' jipposponi l-bejgħ sħiħ tiegħu tal-ishma li jifdal f'parteċipazzjoni għal massimu ta' […] sa mhux aktar tard minn […] (18) jekk dan juri li sad-data mmirata, għal raġunijiet ekonomiċi jew legali, huwa seta' jbigħ biss il-maġġoranza ta' kontroll tal-parteċipazzjoni, u li tabilħaqq għamel dan.

    16.

    Id-dħul mill-bejgħ ta' parteċipazzjonijiet ta' BayernLB jikkonċentra, sa fejn dan jaqbeż il-valur kontabilistiku, u jirriżulta fid-dikjarazzjoni tal-introjtu ppjanata li tinqabeż, se jintuża kompletament biex jiffinanzja l-pjan ta' ristrutturar ta' BayernLB u għalhekk se jitħallas lura lil-Land tal-Bavarja skont il-punt 3 tal-Anness II.

    17.

    Fir-rigward ta' negozju eżistenti minn parteċipazzjonijiet li ma nbigħux fl-iskadenza indikata dan se jitħalla jiskadi wara dik id-data, hekk kif in-negozju sottostanti jimmatura. L-ebda negozju ġdid mhu se jiġi aċċettat.

    D.   OBBLIGI OĦRA FL-IMĠIBA/GOVERNANZA KORPORATTIVA

    18.

    [Reklamar] BayernLB mhux se juża l-għoti ta' miżuri ta' għajnuna jew xi vantaġġi oħra fuq il-kompetituri li jirriżultaw minnhom għall-iskopijiet ta' reklamar.

    19.

    [Ir-restrizzjoni tat-tkabbir estern] Mhu se jkun hemm l-ebda espansjoni ta' attivitajiet ta' negozju permezz tal-akkwist ta' kontroll fuq kumpaniji oħra bi prezz tal-bejgħ ta' aktar minn EUR [2-0 miljun] mingħajr l-approvazzjoni tal-Kummissjoni (“l-ebda tkabbir estern”). L-iskambju ta' dejn ma' ekwità u miżuri użwali oħrajn għall-ġestjoni tal-kreditu mhumiex meqjusa bħala espansjoni tal-attivitajiet ta' negozju ħlief jekk imwettqa bl-intenzjoni li jevadu r-restrizzjoni tat-tkabbir imsemmija fl-ewwel sentenza.

    20.

    [Il-kummerċ għall-kont proprju] BayernLB se jtemm il-kummerċ proprjetarju ddedikat. Dan ifisser li BayernLB se jkompli biss bl-attivitajiet kummerċjali indikati fil-ktieb kummerċjali tiegħu li huma meħtieġa jew (a) għall-aċċettazzjoni, it-trasferiment u l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta' bejgħ tal-klijienti tiegħu u l-istrumenti ta' ħħeġġjar direttament marbutin magħhom (jiġifieri l-kummerċ bi strumenti finanzjarji bħala servizz, sa valur imkejjel f'valur fir-riskju għal bidliet tal-prezz tas-suq ta' EUR [0–50] miljun/1 jum, 99 % fiduċja) jew (b) għal-likwidità u l-ġestjoni ta' ALM (imgħax, kambju, ġestjoni tar-riżerva ta' likwidità, l-immaniġjar ta' kollateral għal operazzjonijiet ta' rifinanzjament garantit) jew (c) għat-trasferiment ekonomiku tal-partiti fuq il-karta bilanċjali għall-unità ta' ristrutturar jew għall-partijiet terzi. Taħt l-ebda ċirkostanza BayernLB mhu se jwettaq attivitajiet ta' negozju li jservu purament biex isir profitt ħlief għall-għanijiet imsemmija f'(a), (b) jew (c) hawn fuq.

    21.

    [Assigurazzjonijiet rigward governanza korporattiva] Il-Bord ta' Tmexxija (Vorstand) ta' BayernLB huwa indipendenti fit-tmexxija operattiva ta' kuljum tan-negozju u d-dmir uniku tiegħu huwa lejn il-kumpanija. La l-Bord tad-Diretturi (Verwaltungsrat) u lanqas il-laqgħa ġenerali ma jistgħu jagħtuh l-istruzzjonijiet. Is-superviżjoni u l-monitoraġġ se jkunu kkonċentrati fil-Bord tad-Diretturi (li fil-futur se jkun magħruf bħala l-Bord Superviżorju (Aufsichtsrat)); għan-negozju ta' importanza fundamentali japplikaw ir-regoli ġenerali taħt il-liġi dwar il-kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata li jirrigwardaw l-approvazzjoni tal-Bord Superviżorju (Zustimmungsvorbehalt). Barra minn hekk, BayernLB huwa suġġett għas-sorveljanza legali mill-awtorità ta' superviżjoni legali tiegħu u s-superviżjoni bankarja minn BaFin u l-Bundesbank.

    Il-Bord tad-Diretturi eżistenti ta' BayernLB se jinbdel f'Bord Superviżjorju ristrett, b'involviment dejjem akbar tal-membri esterni. Il-miżuri li ġejjin se jittieħdu sat-30 ta' Ġunju 2013:

    (a)

    Il-membri kollha tal-Bord Superviżjorju jridu jkunu persuni adatti u xierqa skont it-tifsira tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 36(3) tal-Att Bankarju Ġermaniż (Kreditwesengesetz — KWG). Il-membri huma persuni adatti u xierqa jekk ikunu affidabbli u jkollhom il-kompetenzi meħtieġa sabiex iwettqu l-funzjonijiet superviżorji, u biex jivvalutaw u jissorveljaw it-tranżazzjonijiet ta' negozju ta' BayernLB.

    (b)

    Nofs il-postijiet allokati lill-azzjonisti fuq il-Bord Superviżorju se jiġu okkupati minn esperti esterni.

    (c)

    Sa tmiem il-fażi ta' ristrutturar il-Bord Superviżorju se jitmexxa minn persuna li hija membru tal-bord skont il-punt 21(b) (“kompetenza esterna”). Wara dan il-President jintgħażel skont il-proċedura stabbilita fil-liġi Ġermaniża jew Ewropea dwar il-kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata.

    (d)

    Huwa wkoll speċifikat hawn li s-siġġijiet allokati lill-azzjonisti mhux se jimtlew awtomatikament fuq il-bażi ta' pożizzjoni ta' persuna fost l-azzjonisti (l-eliminazzjoni ta' membri “permezz tat-twelid”).

    (e)

    Il-Bord Superviżorju se jistabbilixxi kumitat tal-awditjar u kumitat tar-riskju. Id-dispożizzjonijiet tal-punti 21 minn (a) sa (d) japplikaw b'analoġija.

    (f)

    Huwa speċifikat li l-negozju tal-Landesbank jitmexxa skont il-prinċipji kummerċjali, filwaqt li fl-istess ħin jiġu kkunsidrati l-kompiti assenjati tiegħu.

    22.

    Il-prinċipju tad-distakkament (arm's-length-Prinzip) tipiku għar-relazzjonijiet bejn kumpanija u l-azzjonisti tagħha japplika għar-relazzjoni bejn il-bank u s-sidien. Minbarra kull rimborż tal-għajnuna mogħtija, l-assi jistgħu jiġu distribwiti lill-proprjetarji fil-forma ta' profitt tal-karta bilanċjali, tnaqqis ta' kapital u qligħ mil-likwidità biss; il-miżuri strutturali marbuta mal-istituzzjonijiet dipendenti fil-BayernLB jibqgħu mhux affettwati.

    23.

    [Ir-remunerazzjoni tal-entitajiet, l-impjegati u l-aġenti essenzjali] BayernLB se jivverifika l-effett ta' inċentiv u l-adegwatezza tas-sistemi tar-remunerazzjoni tiegħu u se jiżgura, fil-possibbiltajiet skont il-liġi ċivili, li dawn ma jirriżultawx fi skopertura għal riskji bla bżonn, huma orjentati lejn objettivi tal-kumpanija sostenibbli fit-tul, u li huma trasparenti. Ir-remunerazzjoni totali tal-membri tal-bord u l-maniġment superjuri se tkun ristretta għal livell xieraq. Rimunerazzjoni fi flus (monetäre Vergütung) ta' aktar minn EUR 500 000 kull sena titqies fil-prinċipju bħala mhux xierqa. Ir-restrizzjoni msemmija fit-tieni u t-tielet sentenzi tkompli tapplika sakemm BayernLB ikun ħallas total ta' EUR […] miljun skont il-punti 2 u 3 tal-Anness II. Inkella tkompli tapplika r-restrizzjoni msemmija fit-tieni u t-tielet sentenzi ħlief li remunerazzjoni fi flus li taqbeż EUR […] fis-sena titqies bħala mhux xierqa fil-prinċipju sakemm BayernLB ikun ħallas il-pagament ta' rkupru ta' darba skont il-punt 2 tal-Anness II u l-pagamenti li jammontaw għal EUR […] miljun skont il-punt 3 tal-Anness II (19).

    24.

    Fil-limitu tal-possibbiltajiet skont il-liġi ċivili, BayernLB se jirremunera lill-entitajiet, lill-impjegati u lill-aġenti essenzjali tiegħu f'konformità mal-prinċipji li ġejjin:

    (a)

    l-impjegati u l-aġenti essenzjali ta' BayernLB ma jistgħux jirċievu salarji, komponenti ta' salarji, bonusijiet, jew kwalunkwe benefiċċji oħra mhux xierqa;

    (b)

    ir-remunerazzjoni tal-membri tal-bord u l-maniġment superjuri ta' BayernLB se tkun ristretta għal livell xieraq (ara l-punt 23 hawn fuq), billi jitqiesu, b'mod partikolari

    il-kontribut tal-persuna rilevanti għall-pożizzjoni ekonomika ta'BayernLB speċjalment fil-kuntest ta' politiki preċedenti ta' negozju u tal-ġestjoni tar-riskju, u

    il-ħtieġa ta' salarju orjentat lejn is-suq sabiex ikunu jistgħu jitħaddmu persuni partikolarment adatti li jistgħu jiksbu tkabbir ekonomiku sostenibbli.

    25.

    [Regoli oħra ta' kondotta] il-politika kummerċjali ta' BayernLB tkun prudenti, soda u orjentata lejn is-sostenibbiltà. Għal dan l-għan, BayernLB b'mod partikolari se jistabbilixxi pjan ta' finanzjament fuq bażi annwali u jmexxi l-istrateġija ta' negozju tiegħu kif xieraq. Fil-kuntest tas-self u tal-investimenti tiegħu, BayernLB se jikkunsidra r-rekwiżiti ta' self tal-ekonomija, partikolarment ir-rekwiżiti ta' negozji żgħar u ta' daqs medju, billi jiġu applikati termini li huma konformi mal-prassi tas-suq u xierqa minn perspettiva superviżorja/bankarja.

    26.

    [It-Trasparenza] Matul l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni se jkollha aċċess mingħajr limitu għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni tista' titlob lil BayernLB biex jipprovdi spjegazzjonijiet u kjarifiki. Il-Ġermanja u BayernLB se jikkooperaw bis-sħiħ mal-Kummissjoni għal kwalunkwe talba marbuta mal-monitoraġġ u l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

    27.

    [Ebda manutenzjoni ta' kapital ibridu] BayernLB se jaderixxi ma' projbizzjoni fuq manutenzjoni ta' kapital ibridu. BayernLB se jagħti servizz ta' kapital ibridu (bħal parteċipazzjonijiet passivi (stille Einlagen) u ċertifikati ta' parteċipazzjoni fi profitt (Genussscheine) biss jekk huwa obbligat li jagħmel dan anki mingħajr rilaxx ta' riżervi (Rücklagen) jew tal-partita speċjali msemmija fit-Taqsima 340 il-punti f u g tal-Kodiċi Kummerċjali. […].

    28.

    [Il-projbizzjoni tad-dividendi] BayernLB se jaderixxi ma' projbizzjoni tad-dividendi biex jissodisfa l-impenji tiegħu ta' pagament. BayernLB mhux se jħallas dividendi sa tmiem l-eżerċizzju tal-għeluq tas-sena finanzjarja jiġifieri sal-31 ta' Diċembru 2018. Pagamenti taħt il-punti 2 u 3 tal-Anness II jibqgħu mhux affettwati.

    E.   KONTRIBUZZJONI MILL-BANEK TAT-TFADDIL TAL-BAVARJA

    29.

    [Konverżjoni ta' parteċipazzjonijiet passivi u l-akkwist ta' LBS Bayern] Il-banek tat-tfaddil tal-Bavarja huma lesti li jaqsmu l-piż tar-ristrutturar ta' BayernLB li jammonta għal madwar EUR 1,65 biljun permezz tal-akkwist ta' LBS u l-konverżjoni tal-parteċipazzjonijiet passivi tagħhom (stille Einlagen).

    It-total huwa magħmul kif ġej:

    (a)    Akkwist ta' LBS : L-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil tal-Bavarja se takkwista LBS bis-sħiħ għal prezz ta' EUR 818,3 miljun. Id-data tax-xiri (trasferiment ta' sjieda u l-ħlas tal-prezz tax-xiri) se tkun […]. BayernLB hu intitolat għar-rikavati (Ertrag) għas-sena tan-negozju tal-2012.

    (b)    Konverżjoni ta' parteċipazzjonijiet passivi : Il-partiċipazzjonijiet passivi kollha ta' tul ta' żmien mhux limitat miżmuma mill-banek tat-tfaddil ta' BayernLB se jitħallsu lura bil-valur nominali ta' madwar EUR [770–810] miljun. Fl-istess ħin l-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil tal-Bavarja se tinjetta kapital ta' EUR [810-840] miljun f'BayernLB Holding AG. Ir-rimborż tal-parteċipazzjonijiet passivi u ż-żieda fil-kapital se jsiru mhux aktar kmieni minn […] u mhux aktar tard minn […]. L-ishma l-ġodda tal-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil se jkunu ddeterminati abbażi tal-valutazzjoni ta' negozju ta' BayernLB Holding AG kkalkulata skont l-istandard tal-valutazzjoni IDW S1 fiż-żmien taż-żieda kapitali. Is-sehem miżmum mill-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil, fi kwalunkwe każ, se jkun limitat għal massimu ta' 25 % u b'hekk se jkompli jibqa' taħt il-minoranza li timblokka, li hija ta' 25 % + vot wieħed. (20).

    F.   BAYERNLABO

    30.

    [Il-kapital ta' BayernLabo] Wara li kkunsidraw il-bidliet fir-rekwiżiti superviżorji skont il-liġi dwar l-adegwatezza kapitali tal-banek (Basel III) u rimarki analogi minn BaFin, l-arranġamenti li jikkonċernaw l-ekwità ta' BayernLabo se jiġu adattati sal-limitu meħtieġ mir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital (“CRR”) biex jiġi żgurat li l-kapital ta' ekwità ta' BayernLabo kif jidher fil-kontijiet tal-grupp IFRS għal BayernLB jirrappreżenta fondi proprji ta' bażi soda taħt ir-Rekwiżiti l-ġodda CRR. Ir-remunerazzjoni se tiġi trasformata f'remunerazzjoni konformi mal-pakett CRR bħala kapital ta' ishma (jiġifieri dividendi); ir-restrizzjoni li tillimita l-kapital ta' ekwità għas-sostenn tan-negozju ta' BayernLabo titneħħa. Somma ta' EUR 1 biljun, li skont il-pjanijiet kurrenti ta' BayernLabo mhijiex meħtieġa għall-kontinwazzjoni tal-operazzjonijiet ta' negozju. se tiġi trasferita għal fuq il-kont tal-bank bażi. L-allokazzjoni legali (Zweckbestimmung) tal-assi li jifdal f'BayernLabo (inklużi assi għal skopijiet speċjali (Zweckvermögen) u l-kontribuzzjoni korrispondenti għal skopijiet speċjali (Zweckeinlage)) jibqgħu mhux mibdula, biex il-kompitu statutorju ta' promozzjoni (Förderauftrag) jkun jista' jitkompla mingħajr restrizzjoni.

    G.   IR-REMUNERAZZJONI TAL-GARANZIJA/RKUPRU

    31.

    [Ir-remunerazzjoni tal-garanzija/rkupru] Il-Ftehim konkluż bejn il-Land tal-Bavarja u BayernLB fid-19 ta' Diċembru 2008 dwar l-għoti ta' garanzija (il-“ftehim ta' garanzija”) se jiġi emendat jew issupplementat biex jissodisfa l-impenji li ġejjin, li huma msejsa fuq il-fehim li d-differenza bejn il-prezz tat-trasferiment u l-valur ekonomiku reali tal-portafoll assigurat mill-ftehim ta' garanzija tammonta għal EUR 1,96 biljun.

    32.

    [Primjum totali] Il-bank se jħallas primjum annwali totali ta' EUR 200 miljun għall-garanzija b'mod retroattiv mill-1 ta' Jannar 2010. Dan il-primjum totali jikkonsisti f'dan li ġej:

    (a)

    primjum bażiku ta' 6,25 % fuq l-effett inizjali ta' sulliev kapitali (fil-31 ta' Diċembru 2008) ta' EUR 1,28 biljun, jiġifieri EUR 80 miljun fis-sena;

    (b)

    primjum annwali addizzjonali ta' 3,75 % fuq parti tal-garanzija li tammonta għal EUR 2 biljun, jiġifieri EUR 75 miljun fis-sena, sal-2015; kif ukoll

    (c)

    pagament speċjali ta' EUR 45 miljun fis-sena sal-2015.

    H.   RIMBORŻ TAL-PARTEĊIPAZZJONI SIEKTA TAL-BAVARJA TA' EUR 3 BILJUN

    33.

    [Tnaqqis ulterjuri ta' pożizzjonijiet ta' riskju] Biex tħallas lura l-parteċipazzjoni siekta tal-Land tal-Bavarja sal-2017, BayernLB jintrabat li jnaqqas il-pożizzjonijiet ta' riskju tiegħu b'EUR 10 biljun sal-2017, imqassma f'segmenti tan-negozju kif ġej, diverġenza ta' massimu ta' [10-15] % għal kull segment li jiġi injorat sakemm jinkiseb tnaqqis totali ta' EUR 10 biljun: (21):

    korporattivi, negozji żgħar u ta' daqs medju u klijenti privati: […] %;

    proprjetà immobbli, banek tat-tfaddil u kumpaniji assoċjati: […] %

    swieq: […] %

    unità ta' ristrutturar: […] %

    Jekk dawn il-miżuri jirriżultaw f'xi tnaqqis ieħor ta' negozju, dan mhux se jitqies fir-rigward tat-tnaqqis fil-karta bilanċjali skont il-punt 4. Jekk it-tnaqqis imsemmi hawn fuq f'pożizzjonijiet ta' riskju għandu jwassal għat-telf tad-dħul, il-bank se jagħmel tajjeb għal dan it-telf permezz ta' tnaqqis fl-ispejjeż kif xieraq.

    Fil-bidu tas-sena ta' negozju […], il-bank jimpenja ruħu li jwettaq “reviżjoni ta' nofs it-term” tal-implimentazzjoni ta' dan l-impenn, ibbażata fuq ir-rapporti tal-fiduċjarju ta' monitoraġġ. Jekk fl-okkażjoni tar-reviżjoni ta' nofs it-term il-Kummissjoni tiddetermina li BayernLB x'aktarx ma jilħaqx il-mira tat-tnaqqis tal-pożizzjonijiet tar-riskju sal-aħħar tas-sena ta' negozju 2017, BayernLB jkollu jinnotifika din il-bidla mill-ġdid, sakemm dan ikun dovut għal żviluppi makroekonomiċi jew regolatorji ġodda.


    (1)  F'valuri tal-2008 dan jikkorrispondi għal tnaqqis mit-total tal-karta bilanċjali ta' madwar EUR 206 biljun.

    (2)  Jekk ir-restrizzjoni taħt dan il-punt tapplika lil hinn mis-sena 2015 skont il-punt 1, il-valur tat-total tal-karta bilanċjali jiġi indiċjat kull sena bl-użu tal-formula li ġejja: […].

    (3)  Il-BayernLB qed jippjana għar-rati tal-kambju tal-EUR/USD li ġejjin: [1,10–1,60] għall-2012, [1,10–1,60] għall-2013, [1,10–1,60] għall-2014 u [1,10–1,60] għall-2015. Wara l-2015, iċ-ċifri għar-rata tal-kambju tal-EUR/USD jiġu ssupplimentati, jekk meħtieġ, mill-pjanijiet tal-bank applikabbli f'dak iż-żmien.

    (4)  L-abbrevjazzjoni “RWA” użata fil-verżjoni Ġermaniża tal-punti 6, 7 u 11 tirreferi għat-terminu Ġermaniż Risikoaktiva, li huwa komponent wieħed ta' pożizzjonijiet ta' riskju iżda ma jinkludix pożizzjonijiet ta' riskju operazzjonali, pożizzjonijiet tar-riskju tas-suq, u RWA ekwivalenti jew aġġustamenti tal-valur tal-kreditu minn tranżazzjonijiet tal-iħħeġġjar imwettqa għall-klijent.

    (5)  Jekk ir-restrizzjonijiet tar-RWA skont il-punt 6 jibqgħu fis-seħħ lil hinn mis-sena 2015 skont il-punt 1, il-limiti massimi tar-RWA stabbiliti fil-punt 6 minn (a) sa (c) jiġu indiċjati kull sena bl-użu tal-formula li ġejja: […].

    (6)  BayernLB qed jippjana għar-rati tal-kambju tal-EUR/USD li ġejjin: [1,10–1,60] għall-2012, [1,10–1,60] għall-2013, [1,10–1,60] għall-2014 u [1,10–1,60] għall-2015. Wara l-2015, iċ-ċifri għar-rata tal-kambju tal-EUR/USD jiġu ssupplimentati, jekk meħtieġ, mill-pjanijiet tal-bank applikabbli f'dak iż-żmien.

    (7)  Is-sitwazzjoni fil-31 ta' Diċembru 2011.

    (8)  Bi preparazzjoni għall-bejgħ ta' Banque LB Lux SA, BayernLB akkwista 25 % mis-sehem ta' Helaba fil-Banque LB Lux SA, u biegħ il-parteċipazzjoni tiegħu f'LB(Swiss) Privatbank AG lil Helaba, li diġà għandu fil-pussess tiegħu il-50 % l-oħra f'LB(Swiss) Privatbank AG. Il-ftehim ta' bejgħ għal dan l-għan ġie ffirmat fit-23 ta' Ottubru 2009; it-tranżazzjoni għalqet fil-21 ta' Diċembru 2009.

    (9)  Għeluq: fis-27 ta' Marzu 2012.

    (10)  Parteċipazzjoni mhux konsolidata.

    (11)  Ix-xerrej ta' din il-parteċipazzjoni jista' jkun obbligat li josserva u jżomm il-linji gwida soċjali applikabbli għall-grupp GBW u rekwiżiti soċjali addizzjonali stabbiliti fi tranżazzjonijiet komparabbli.

    (12)  Kif mitlub mill-Kummissjoni Ewropea, l-ishma f'GBW AG se jinbiegħu taħt proċedura ta' offerti bbażata fuq il-prinċipji tal-kompetizzjoni. Il-Gvern Federali Ġermaniż jinnota l-fatt li akkwist mil-Land tal-Bavarja taħt proċedura ta' offerti jista' jwassal għal investigazzjoni ta' aktar għajnuna mill-Istat.

    (13)  Il-valur kontabilistiku f'Diċembru 2011.

    (14)  Fit-22 ta' Ġunju 2010 BayernLB biegħ sehem ta' 25,2 % tal-kapital azzjonarju ta' SaarLB lil-Land ta' Saarland, bir-riżultat li SaarLB m'għadux affiljat ta' BayernLB taħt it-Taqsima 271(2) tal-Kodiċi Kummerċjali. […].

    (15)  Inklużi l-ishma miżmuma mill-intermedjarju ta' KGAL Verwaltungs GmbH.

    (16)  Mhux parteċipazzjoni f'sens tekniku.

    (17)  MKB huwa każ speċjali […].

    (18)  MKB huwa każ speċjali […].

    (19)  Wara li jinforma l-fiduċjarju ta' monitoraġġ, il-bank jista' jaġġusta l-limitu massimu għar-rimunerazzjoni annwali fi flus fil-punt 23 skont l-inflazzjoni fil-Ġermanja.

    (20)  Alternattivament il-parteċipazzjonijiet passivi jistgħu jiġu kkonvertiti f'ishma, minflok ma l-ewwel jitħallsu lura u mbagħad jiġu injettati mill-ġdid.

    (21)  Kif ippreżentat lill-Kummissjoni fl-14 ta' Ġunju 2012; għal aktar informazzjoni, ara l-ispjegazzjonijiet fil-pjan ta' ristrutturar, it-Taqsima 6.20.2.


    ANNESS II

    KUNDIZZJONIJIET

    1.

    [Rimborżi] BayernLB jrid (fejn xieraq permezz ta' BayernLB Holding AG) jagħmel ħlas ta' darba ta' EUR 1,24 biljun lil-Land tal-Bavarja (“il-ħlas ta' darba ta' rkupru”) u jħallas lura EUR 3 biljun f'ekwità li huwa rċieva bħala għajnuna fil-forma ta' parteċipazzjoni siekta fl-2008/2009 (ir-“rimborż ta' għajnuna”).

    2.

    Il-ħlas ta' rkupru ta' darba ta' EUR 1,24 biljun se jsir f'dawn fi ħlasijiet parzjali kif ġej:

    (…)

    Jekk l-awtorità superviżorja rilevanti tiddeċiedi li l-ekwità li tirriżulta mid-dħul fil-karta bilanċjali tal-valur nominali ta' assi għal skopijiet speċjali ta' BayernLabo (Zweckvermögen) għandha tkun rikonoxxuta b'mod sħiħ jew parzjali skont il-kapital bażi tal-Grad 1 għal skopijiet ta' kontroll, il-ħlas parzjali suċċessiv mill-ħlas ta' rkupru ta' darba biss jiżdied b'dak l-ammont u l-iskeda ta' pagament ulterjuri tiġi aġġustata skont it-Tabella 11.

    3.

    Ir-rimborż ta' għajnuna ta' EUR 3 biljun isir f'dawn il-ħlasijiet parzjali li ġejjin:

    (…)

    Il-bqija tal-partijiet tal-parteċipazzjoni siekta ta' EUR […] miljun titħallas lil-Land tal-Bavarja sal-2017 permezz tar-rilaxx tal-kapital fuq il-bażi tal-punt 33 tal-Anness I.

    4.

    [Differiment tal-obbligu ta' ħlas] Jekk l-awtorità superviżorja tipprojbixxi lil BayernLB milli jagħmel ħlas skont il-punt 2 jew tonqos milli tagħti l-approvazzjoni tagħha għal rimborż skont il-punt 3, ir-rimborżi stipulati f'dawk il-punti iridu jiġu sospiżi. F'dak il-każ l-obbligu korrispondenti li jitħallsu dawn l-ammonti jrid ikun differit sakemm l-awtorità superviżorja tapprova jew ma tipprojbixxix ir-rimborż rilevanti. Jekk ir-rimborż tal-ammont inizjalment differit mhuwiex approvata fis-sena ta' wara jew jerġa' jiġi ipprojbit, il-Gvern Federali tal-Ġermanja jinnotifika pjan ta' ristrutturar immodifikat lill-Kummissjoni li, fil-prinċipju, irid ikun fih miżuri ta' kumpens addizzjonali, bħal pereżempju aktar tnaqqis tal-karta bilanċjali.


    ANNESS III

    AKTAR TNAQQIS FIL-PAREĊIPAZZJONIJIET

    BayernLB kien biegħ ukoll jew se jbigħ dawn il-parteċipazzjonijiet skont il-punt 11 tal-Anness I fid-data jew sad-data indikata (1):

     

    Parteċipazzjoni

    Perċentwal mill-parteċipazzjoni (%)

    Ħruġ komplet/diġà ppjanat

    1

    gewerbegrund Holding GmbH i.L.

    100,0

    2008

    2

    Hypo Alpe-Adria-Bank International AG (HGAA)

    67,1

    2009

    3

    Kraftwerksgesellschaft Völklingen Geschäftsführ.-GmbH

    38,0

    2009

    4

    SCI du 203 Faubourg Saint Honoré

    100,0

    2009

    5

    Vulcain Energie

    10,0

    2009

    6

    Bayerische Beamtenkrankenkasse AG

    1,0

    2010

    7

    Bayerische Landesbrandversicherung AG

    1,0

    2010

    8

    Bayerische Versicherungsverband Vers.-AG

    1,0

    2010

    9

    BayernLB Corporate Advisers GmbH i.L.

    100,0

    2010

    10

    Central 1 Credit Union

    0,0 (*)

    2010

    11

    Coast Capital Savings Credit Union

    0,0 (*)

    2010

    12

    Credit Union Central of British Columbia

    0,0 (*)

    2010

    13

    Energy & Commodity Services GmbH i.L.

    100,0

    2010

    14

    Envision Credit Union

    0,0 (*)

    2010

    15

    Gulf and Fraser Fisherman's Credit Union

    0,0 (*)

    2010

    16

    GZ-Holdinggesellschaft mbH i.L.

    100,0

    2010

    17

    Island Savings Credit Union

    0,0 (*)

    2010

    18

    IZB Soft Verwaltungs-GmbH & Co. KG

    25,1

    2010

    19

    Meridian Credit Union

    0,0 (*)

    2010

    20

    MKB Általános Biztosító Zrt.

    25,0

    2010

    21

    Schlemmermeyer GmbH & Co. KG

    20,0

    2010

    22

    Valley First Credit Union

    0,0 (*)

    2010

    23

    MKB Életbiztosító Zrt.

    25,0

    2010

    24

    Vancouver City Savings Credit Union

    0,0 (*)

    2010

    25

    Münchner Gesellschaft für Stadterneuerung mbH

    3,5

    2010

    26

    North Shore Credit Union

    0,0 (*)

    2010

    27

    Westminster Savings Credit Union

    0,0 (*)

    2010

    28

    BLB-Grundbesitz-Verwaltungsges. mbH i.L.

    100,0

    2011

    29

    German Centre (Shanghai) Limited i.L.

    100,0

    2011

    30

    IZB Soft-Beteiligungs-GmbH

    25,1

    2011

    31

    Groupement d'Interet Economique (GIE) Spring Rain

    100,0

    2011

    32

    […].

    (…)

    (…)

    33

    (…)

    (…)

    (…)

    34

    (…)

    (…)

    (…)

    35

    (…)

    (…)

    (…)

    36

    Mietdienst Ges. f. Investitionsgüterleasing mbH & Co.

    5,0

    2012

    37

    (…)

    (…)

    […] %

    38

    First Calgary Savings & Credit Union Ltd.

    0,0 (*)

    2012

    39

    First West Credit Union

    0,0 (*)

    2012

    40

    Interior Savings Credit Union

    0,0 (*)

    2012

    41

    KSP Unternehmensverwaltungsgesellschaft mbH i.L.

    43,0

    2012

    42

    (…)

    (…)

    (…)

    43

    (…)

    (…)

    (…)

    44

    (…)

    (…)

    (…)

    45

    (…)

    (…)

    (…)

    46

    (…)

    (…)

    (…)

    47

    (…)

    (…)

    (…)

    48

    (…)

    (…)

    (…)

    49

    (…)

    (…)

    (…)

    50

    Siacon GmbH i.L.

    50,0

    2013

    51

    (…)

    (…)

    (…)


    (1)  Uħud mill-parteċipazzjonijiet previsti li jinbiegħu (immarkati **) huma kummerċjabbli biss b'mod limitat, minħabba li l-bank ma jkollux ċessjoni bla restrizzjonijiet tal-ishma jew minħabba li l-unika xerrejja potenzjali huma membri oħra tal-kumpanija u s-suċċess tal-istrateġija ta' ħruġ tiddependi fuq il-kooperazzjoni tagħhom (eż. STR Brennerschienentransport jew European Energy Exchange).

    (*)  Żball minħabba numru muri fl-eqreb unità sħiħa, sehem minoritarju


    Top