This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0522
Commission Implementing Decision (EU) 2015/522 of 25 March 2015 concerning certain protective measures in relation to highly pathogenic avian influenza of subtype H5N8 in Hungary (notified under document C(2015) 1711)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/522 tal- 25 ta' Marzu 2015 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fl-Ungerija (notifikata bid-dokument C(2015) 1711)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/522 tal- 25 ta' Marzu 2015 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fl-Ungerija (notifikata bid-dokument C(2015) 1711)
ĠU L 82, 27.3.2015, p. 111–113
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32015D0338 |
27.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 82/111 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/522
tal-25 ta' Marzu 2015
li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fl-Ungerija
(notifikata bid-dokument C(2015) 1711)
(It-test bl-Ungeriż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
L-influwenza avjarja hija marda virali infettiva tal-għasafar, inkluż il-pollam. L-infezzjonijiet bil-vajrusis tal-influwenza avjarja fil-pollam domestiku jagħtu lok għal żewġ forom ta' din il-marda li huma distinti mill-virulenza tagħhom. Il-forma ta' patoġeniċità baxxa ġeneralment tikkawża biss sintomi ħfief, filwaqt li l-forma ta' patoġeniċità għolja twassal għal rati ferm għoljin ta' mwiet fil-parti l-kbira tal-ispeċijiet tal-pollam. Din il-marda tista' tħalli impatt qawwi fuq il-profitabbiltà mit-trobbija tal-pollam tal-irziezet. |
(2) |
L-influwenza avjarja tinstab l-aktar fl-għasafar, iżda f'ċerti ċirkustanzi jaf ikun hemm infezzjonijiet ukoll fil-bnedmin, minkejja li r-riskju ta' dan huwa ġeneralment baxx ħafna. |
(3) |
Fil-każ ta' tifqigħa tal-influwenza avjarja, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f'azjendi oħrajn fejn jittrabbew pollam jew għasafar oħra. Minħabba f'hekk, din tista' tinfirex minn Stat Membru għal Stati Membri oħra jew għal pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ ta' tjur ħajjin jew tal-prodotti tagħhom. |
(4) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri preventivi relatati mas-sorveljanza u d-detezzjoni kmieni tal-influwenza avjarja u l-miżuri minimi tal-kontroll li jridu jiġu applikati f'każ ta' tifqigħa ta' dik il-marda f'pollam jew f'għasafar oħra mrobbijin. Dik id-Direttiva tistipula li jitwaqqfu żoni ta' protezzjoni u sorveljanza f'każ li tfaqqa' l-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja. |
(5) |
Wara n-notifka mill-Ungerija dwar tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjenda għat-tismin tal-papri fil-Kontea ta' Békés, fl-Ungerija, fl-24 ta' Frar 2015, ġiet adottata d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/338 (4). |
(6) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/338 tistipula li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti mill-Ungerija, f'konformità mad-Direttiva 2005/94/KE, għandhom jinkludu tal-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/338 għandha tapplika sas-26 ta' Marzu 2015. |
(7) |
Il-miżuri protettivi interim li daħlu fis-seħħ wara li faqqgħet din il-marda fl-Ungerija issa ġew riveduti fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf u ż-żoni taħt ir-restrizzjonijiet issa jistgħu jiġu deskritti b'mod aktar preċiż. |
(8) |
Biex jiġi evitat kull tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġi evitat li xi pajjiż terz jimponi ostakli mhux ġustifikati fuq il-kummerċ, jeħtieġ li jiġu ddefiniti ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti fl-Ungerija fil-livell tal-Unjoni f'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru u li jiġi ffissat it-tul ta' żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni. |
(9) |
Għal raġunijiet ta' ċarezza, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/338 għandha titħassar. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Ungerija għandha tiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE jinkludu tal-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/338 hija mħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Direttiva 2005/94/KE tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar il-miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16)
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/338 tas-27 ta' Frar 2015 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi interim marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fl-Ungerija (ĠU L 58, 3.3.2015, p. 83).
ANNESS
PARTI A
Iż-żoni ta' protezzjoni kif hemm referenza fl-Artikolu 1:
ISO Kodiċi tal-Pajjiż |
Stat Membru |
Kodiċi (jekk huwa disponibbli) |
Isem |
Id-data sa meta japplika skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2005/94/KE |
HU |
L-Ungerija |
Kodiċi postali |
Żona li tinkludi: |
27.3.2015 |
|
|
5525 |
Dik il-parti mill-belt ta' Füzesgyarmat u l-periferija tagħha (li tinsab fil-Kontea ta' Békés) f'ċirku b'raġġ ta' tliet(3) kilometri iċċentrata fuq il-punt ta' Latitudni 47.1256 u Lonġitudni 21.1875. Barra minn hekk, il-parti mill-belt ta' Füzesgyarmat fil-Punent tat-toroq Kossuth u Árpád u fit-Tramuntana tat-triq Mátyás. |
|
PARTI B
Iż-żona ta' sorveljanza kif hemm referenza fl-Artikolu 1:
ISO Kodiċi tal-Pajjiż |
Stat Membru |
Kodiċi (jekk huwa disponibbli) |
Isem |
Id-data sa meta japplika skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE |
||||||
HU |
L-Ungerija |
Kodiċi postali |
Żona li tinkludi: |
5.4.2015 |
||||||
|
|
4172 5520 5525 5526 |
Il-parti mill-kontej ta' Békés u Hajdú-Bihar f'ċirku b'raġġ ta' 10 kilometri, iċċentrata fuq il-punt ta' Latitudni 47.1256 u Lonġitudni 21.1875, li tinkludi t-territorju kollu ta' residenzi Füzesgyarmat u Töviskes u:
|
|