Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0381

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/381 tas- 17 ta' Frar 2015 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2015)

    ĠU L 64, 7.3.2015, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2016

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/381/oj

    7.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 64/37


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/381

    tas-17 ta' Frar 2015

    dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2015)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta' Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani, EUPOL COPPS (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS), inkluża d-deċiżjoni tal-ħatra ta' Kap tal-Missjoni.

    (2)

    Fil-5 ta' Frar 2015, ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sur Rodolphe MAUGET bħala Kap tal-Missjoni tal-EUPOL COPPS mis-16 ta' Frar 2015 sat-30 ta' Ġunju 2015.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/447/PESK (2) estendiet id-durata tal-EUPOL COPPS sat-30 ta' Ġunju 2015.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-Sur Rodolphe MAUGET huwa b'dan maħtur bħala Kap tal-Missjoni tal-EUPOL COPPS għall-perjodu mis-16 ta' Frar 2015 sat-30 ta' Ġunju 2015.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Għandha tapplika mis-16 ta' Frar 2015.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Frar 2015.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    W. STEVENS


    (1)  ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/447/PESK tad-9 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 201, 10.7.2014, p. 28).


    Top