Wybierz funkcje eksperymentalne, które chcesz wypróbować

Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex

Dokument 32015D0146

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/146 tas- 26 ta' Jannar 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Islanda, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Islanda fit-twettiq konġunt tal-impenji tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Islanda għat-tieni perijodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

    ĠU L 26, 31.1.2015, str. 1—2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Status prawny dokumentu Obowiązujące

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/146/oj

    Powiązana umowa międzynarodowa

    31.1.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 26/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/146

    tas-26 ta' Jannar 2015

    dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Islanda, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Islanda fit-twettiq konġunt tal-impenji tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Islanda għat-tieni perijodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll ta' Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (“il-Protokoll ta' Kjoto”) daħal fis-seħħ fis-16 ta' Frar 2005 u jinkludi impenji legalment vinkolanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ewwel perijodu ta' impenn tal-Protokoll fis-seħħ mill-2008 sal-2012, għall-partijiet elenkati fl-Anness B tiegħu. L-Unjoni approvat il-Protokoll ta' Kjoto permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE (1). L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha rratifikaw il-Protokoll ta' Kjoto u qablu li iwettqu l-impenji tagħhom taħt l-ewwel perijodu ta' impenn b'mod konġunt. L-Islanda rratifikat il-Protokoll ta' Kjoto fit-23 ta' Mejju 2002.

    (2)

    Fil-laqgħa tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill laqa' talba mill-Islanda biex twettaq l-impenji tagħha b'mod konġunt mal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fit-tieni perijodu ta' impenn u talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta rakkomandazzjoni għall-ftuħ tan-negozjati meħtieġa dwar ftehim mal-Islanda li jkun f'konformità mal-prinċipji u l-kriterji stabbiliti fil-pakkett Klima u Enerġija tal-Unjoni.

    (3)

    Fil-Konferenza ta' Doha dwar il-Klima li saret f'Diċembru 2012, il-partijiet kollha tal-Protokoll ta' Kjoto qablu mal-Emenda ta' Doha li tistabbilixxi t-tieni perijodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto, li jibda fl-1 ta' Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta' Diċembru 2020. L-Emenda ta' Doha temenda l-Anness B tal-Protokoll ta' Kjoto, tistabbilixxi aktar impenji ta' mitigazzjoni legalment vinkolanti għall-partijiet elenkati f'dak l-Anness għat-tieni perijodu ta' impenn, u temenda u telabora iktar id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-impenji tal-partijiet matul it-tieni perijodu ta' impenn.

    (4)

    Il-miri għall-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u l-Islanda huma elenkati fl-Emenda ta' Doha b'nota ta' qiegħ il-paġna li tiddikjara li dawk il-miri huma bbażati fuq il-fehim li huma ser jitwettqu b'mod konġunt, f'konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll ta' Kjoto. L-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u l-Islanda ħarġu wkoll stqarrija konġunta mal-adozzjoni tal-Emenda ta' Doha fit-8 ta' Diċembru 2012, fejn esprimew l-intenzjoni tagħhom li jwettqu l-impenji tagħhom għat-tieni perijodu ta' impenn b'mod konġunt. L-istqarrija ġiet maqbula waqt laqgħa ad hoc tal-Ministri tal-UE f'Doha u ġiet approvata mill-Kunsill fis-17 ta' Diċembru 2012.

    (5)

    F'dik l-istqarrija l-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u l-Islanda ddikjaraw, f'konformità mal-Artikolu 4(1) tal-Protokoll ta' Kjoto li jippermetti li l-partijiet iwettqu l-impenji tagħhom b'mod konġunt taħt l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta' Kjoto, li l-Artikolu 3(7ter) tal-Protokoll ta' Kjoto ser jiġi applikat għall-ammont assenjat b'mod konġunt skont il-ftehim dwar it-twettiq konġunt mill-Unjoni, l-Istati Membri tagħha, il-Kroazja u l-Islanda u li mhux ser jiġi applikat għall-Istati Membri, il-Kroazja jew l-Islanda individwalment.

    (6)

    L-Artikolu 4(1) tal-Protokoll ta' Kjoto jirrikjedi li l-partijiet jaqblu li jwettqu l-impenji tagħhom b'mod konġunt skont Artikolu 3 tal-Protokoll ta' Kjoto sabiex fil-Ftehim jistabbilixxu l-livell ta' emissjoni rispettiv allokat lil kull wieħed mill-partijiet għal dak il-Ftehim. L-Artikolu 4(2) tal-Protokoll ta' Kjoto jirrikjedi li l-partijiet tal-ftehim ta' twettiq konġunt jinnotifikaw lis-Segretarjat tal-Protokoll ta' Kjoto dwar it-termini ta' dak il-Ftehim fid-data tad-depożitu tal-istrumenti tagħhom ta' ratifika jew ta' approvazzjoni.

    (7)

    Fis-17 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati dwar Ftehim ta' twettiq konġunt bejn l-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u l-Islanda.

    (8)

    Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni, Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Islanda dwar il-parteċipazzjoni tal-Islanda, min-naħa l-oħra, fit-twettiq konġunt tal-impenji tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Islanda għat-tieni perijodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (“il-Ftehim”).

    (9)

    Biex jiġi żgurat li l-impenji tal-Islanda fit-twettiq konġunt huma stabbiliti u applikati b'mod mhux diskriminatorju, billi jittrattaw l-Islanda u l-Istati Membri bl-istess mod, il-livell tal-emissjonijiet għall-Islanda ġie stabbilit b'tali mod li jkun konsistenti kemm mal-impenn ta' tnaqqis tal-emissjonijiet kwantifikati miktuba fit-tielet kolonna tal-Anness B tal-Protokoll ta' Kjoto, kif emendat mill-Emenda ta' Doha, u kemm mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż il-pakkett dwar il-Klima u l-Enerġija tal-2009 u l-prinċipji u l-kriterji li fuqhom l-objettivi f'dik il-leġiżlazzjoni huma bbażati.

    (10)

    Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Islanda, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Islanda fit-twettiq konġunt tal-impenji tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Islanda għat-tieni perijodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, huwa b'dan awtorizzat, suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi (2).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar lill-persuna(i) bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Jannar 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. DŪKLAVS


    (1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE tal-25 ta' April 2002 dwar l-approvazzjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta' Kyoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-obbligi tiegħu (ĠU L 130, 15.5.2002, p. 1; Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 11, Volum 042, p. 24).

    (2)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


    Góra