Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0043

    Deċiżjoni (UE) 2015/43 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2014 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat- 2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni EGF/2014/013 EL/Odyssefs Fokas, ippreżentata mill-Greċja)

    ĠU L 8, 14.1.2015, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/43/oj

    14.1.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 8/16


    DEĊIŻJONI (UE) 2015/43 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tas-17 ta' Diċembru 2014

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba

    (Applikazzjoni EGF/2014/013 EL/Odyssefs Fokas, ippreżentata mill-Greċja)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ lil ħaddiema li jingħataw is-sensja u persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin minħabba l-globalizzazzjoni, minħabba ssoktar tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), jew minħabba kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida u biex jassistihom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

    (2)

    Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013.

    (3)

    Fid-29 ta' Lulju 2014 il-Greċja ppreżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG fir-rigward tas-sensji f'Odyssefs Fokas S.A. fil-Greċja, u ssupplimentatha b'informazzjoni addizzjonali kif previst fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti biex tiġi determinata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

    (4)

    Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013, il-Greċja ddeċidiet li tipprovdi wkoll servizzi personalizzati kkofinanzjati mill-FEG lil żgħażagħ li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs).

    (5)

    Għalhekk, il-FEG għandu jiġi mobilizzat sabiex tiġi pprovduta kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 6 444 000 għall-applikazzjoni ppreżentata mill-Greċja,

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 6 444 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

    Artikolu 2

    Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Strasburgu, is-17 ta' Diċembru 2014.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    M. SCHULZ

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. DELLA VEDOVA


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

    (2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

    (3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

    (4)  Ir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26).


    Top