This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1397
Commission Delegated Regulation (EU) No 1397/2014 of 22 October 2014 amending Regulation (EU) No 318/2013 adopting the programme of ad hoc modules, covering the years 2016 to 2018, for the labour force sample survey provided for by Council Regulation (EC) No 577/98 Text with EEA relevance
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1397/2014 tat- 22 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc , li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018, għall-istħarriġ permezz ta' kampjun dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1397/2014 tat- 22 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc , li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018, għall-istħarriġ permezz ta' kampjun dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 370, 30.12.2014, p. 42–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32013R0318 | Sostituzzjoni | anness | 19/01/2015 |
30.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 370/42 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1397/2014
tat-22 ta' Ottubru 2014
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018, għall-istħarriġ permezz ta' kampjun dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7a(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013 (2) adotta l-programm ta' moduli ad hoc għall-istħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol għall-perjodu 2016 sa 2018. Dan jiddefinixxi s-suġġett, il-perjodu ta' referenza, id-daqs tal-kampjun u l-iskadenza biex jintbagħtu r-riżultati għal kull modulu. |
(2) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 545/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), dak il-programm jiddefinixxi wkoll il-lista u d-deskrizzjoni tal-qasam ta' informazzjoni speċjalizzata għal kull wieħed mill-moduli ad hoc (“is-sottomoduli ad hoc”). |
(3) |
Sabiex jiġi żgurat li r-Regolament (UE) Nru 318/2013 ikun konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 577/98 kif emendat, l-ismijiet u deskrizzjoni ta' kull wieħed mis-sottomoduli ad hoc għandhom jiġu miżjuda mar-Regolament preċedenti. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 318/2013 għandu għaldaqstant jiġi emendat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness mar-Regolament (UE) Nru 318/2013 hu ssostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013 tat-8 ta' April 2013 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018, għall-istħarriġ permezz ta' kampjun dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 99, 9.4.2013, p. 11).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 545/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (ĠU L 163, 29.5.2014, p. 10).
ANNESS
“ANNESS
STĦARRIĠ DWAR IL-FORZA TAX-XOGĦOL
Programm fuq firxa ta' snin ta' moduli ad hoc.
1. IŻ-ŻGĦAŻAGĦ FIS-SUQ TAX-XOGĦOL
Perjodu ta' referenza: 2016
Sottomoduli (oqsma li dwarhom għandha tiġi pprovduta informazzjoni aktar dettaljata):
|
Is-sottomodulu 1: Sfond edukattiv Għan: li jiġu pprovduti aktar dettalji dwar l-isfond edukattiv taż-żgħażagħ, filwaqt li jiġu identifikati aspetti li x'aktarx jinfluwenzaw il-prospetti tagħhom fir-rigward tal-karriera. |
|
Is-sottomodulu 2: It-tiftix għal impjieg Għan: il-ġbir ta' informazzjoni dwar l-approċċ personali u individwali taż-żgħażagħ biex isibu impjieg, u dwar l-għajnuna li jingħataw biex isibu impjieg; l-evalwazzjoni tal-perċezzjonijiet personali taż-żgħażagħ dwar jekk il-livell ta' edukazzjoni tagħhom jissodisfax dak li xogħolhom jitlob minnhom. |
2. IMPJIEG INDIPENDENTI
Perjodu ta' referenza: 2017
Sottomoduli (oqsma li dwarhom għandha tiġi pprovduta informazzjoni aktar dettaljata):
|
Is-sottomodulu 1: Impjieg indipendenti, iżda dipendenti f'livell ekonomiku Għan: li tiġi identifikata l-popolazzjoni ta' persuni b'impjieg indipendenti, iżda li huma wkoll dipendenti f'livell ekonomiku. Dan il-grupp għandu karatteristiki li huma komuni kemm mal-impjegati kif ukoll ma' dawk li jaħdmu għal rashom, u għaldaqstant għandu status professjonali ambivalenti. |
|
Is-sottomodulu 2: Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni b'impjieg indipendenti Għan: li jiġu analizzati l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni b'impjieg indipendenti u r-raġunijiet ewlenin tagħhom għaliex bdew jaħdmu għal rashom. |
|
Is-sottomodulu 3: Il-persuni b'impjieg indipendenti u l-impjegati Għan: li jsir tqabbil bejn l-attitudnijiet u l-prospetti tal-persuni b'impjieg indipendenti ma' dawk tal-impjegati, eż. il-livell ta' sodisfazzjon bl-impjieg. |
3. RIKONĊILJAZZJONI BEJN IX-XOGĦOL U L-ĦAJJA TAL-FAMILJA
Perjodu ta' referenza: 2018
Sottomoduli (oqsma li dwarhom għandha tiġi pprovduta aktar informazzjoni):
|
Is-sottomodulu 1: Responsabbiltajiet relatati mal-indukrar Għan: li jiġi stabbilit sa liema punt id-disponibbiltà ta' servizzi xierqa għall-indukrar tat-tfal u ta' persuni dipendenti oħra tinfluwenza l-parteċipazzjoni tan-nies fil-forza tax-xogħol. |
|
Is-sottomodulu 2: Il-flessibbiltà tal-arranġamenti tax-xogħol” Għan: li jiġi analizzat il-grad ta' flessibbiltà offrut fuq ix-xogħol, mill-perspettiva ta' rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol mal-ħajja tal-familja. |
|
Is-sottomodulu 3: Waqfiet fil-karriera u liv tal-ġenituri. Għan: li jiġu identifikati waqfiet fil-karriera biex wieħed jieħu ħsieb it-tfal jew persuni dipendenti oħra, b'mod partikolari l-liv tal-ġenituri, u li jiġi analizzat it-tul ta' dawn il-waqfiet fil-karriera. |