Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1342

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1342/2014 tas- 17 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Annessi IV u V Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 363, 18.12.2014, p. 67–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/07/2019; Imħassar b' 32019R1021

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1342/oj

    18.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 363/67


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1342/2014

    tas-17 ta' Diċembru 2014

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Annessi IV u V

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 7(4)(a) u (5) u l-Artikolu 14(2) u (4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 jimplimenta fil-liġi tal-Unjoni l-impenji maqbulin fil-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (minn hawn 'il quddiem “il-Konvenzjoni”) approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE (2), f'isem il-Komunità u fil-Protokoll tal-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja Fuq Distanza Twila rigward Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll”) approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 259/2004/KE (3), f'isem il-Komunità.

    (2)

    Fir-raba' laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni mill-4 sat-8 ta' Mejju 2009, ġie maqbul li jiżdiedu l-klorodekon, l-eżabromobifenil, l-eżakloroċikloeżani, inkluż l-lindan, il-pentaklorobenżen, l-etere tat-tetrabromodifenil, l-etere tal-penta odifenil, l-etere tal-eżabromodifenil u l-etere tal-ettabromodifenil, kif ukoll l-aċidu sulfoniku perfluworottan u d-derivati tiegħu (minn hawn 'il quddiem “PFOS”) fl-Annessi tal-Konvenzjoni.

    (3)

    Fid-dawl ta' tħassib dwar il-kompletezza u kemm hija rapreżentattiva l-informazzjoni xjentifika dwar il-kwantitajiet u l-konċentrazzjonijiet tal-POP difenileteri bromurati u PFOS fl-oġġetti u l-iskart, dawk is-sustanzi kienu provviżorjament elenkati fl-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 mingħajr indikazzjoni tal-limiti ta' konċentrazzjoni massima.

    (4)

    Ġiet ivvalutata d-dejta xjentifika addizzjonali dwar kwantitajiet u konċentrazzjonijiet tal-POP difenileteri bromurati u PFOS fl-oġġetti u l-iskart issa ġiet ivvalutata. Għaldaqstant, hu neċessarju li jiġu stabbiliti limiti ta' konċentrazzjoni massima għal dawn il-materjali organiċi persistenti li jniġġsu mingħajr dewmien bla bżonn biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 u biex jiġi evitat il-ħruġ kontinwu ta dawk is-sustanzi fl-ambjent.

    (5)

    Fis-27 sessjoni tiegħu mill-14 sat-18 ta' Diċembru 2009, il-Korp Eżekuttiv tal-Protokoll iddeċieda li jżid l-eżaklorobutadine, in-naftaleni poliklorinati u l-paraffini klorinati ta' katina qasira mal-Protokoll.

    (6)

    Fil-ħames laqgħa mill-25 sad-29 ta' April 2011, il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni qablet li żżid l-endosulfan mal-lista ta' materjal organiku persistenti li jniġġes li għandu jiġi eliminati madwar id-dinja, b'xi eċċezzjonijiet.

    (7)

    Fid-dawl tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Korp Eżekuttiv tal-Protokoll u l-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni, hu meħtieġ li jiġu aġġornati l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 biex jiġu inklużi dawk is-sustanzi.

    (8)

    Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

    (9)

    Biex jingħata biżżejjed żmien lill-kumpaniji u l-awtoritajiet kompetenti jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mit-18 ta' Ġunju 2015.

    (10)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 hu emendat kif ġej:

    (1)

    L-Anness IV jinbidel bit-test fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    (2)

    L-Anness V hu emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan għandu jibda japplika mit-18 ta' Ġunju 2015.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE tal-14 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 259/2004/KE tad-19 ta' Frar 2004 li għandha x'taqsam mal-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll tal-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġiż Transkonfini tal-Arja Li Jwassal Ħafna dwar Pollutanti Organiċi Persistenti (ĠU L 81, 19.2.2004, p. 35).

    (4)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).


    ANNESS I

    “ANNESS IV

    Lista ta' sustanzi suġġetti għal dispożizzjonijiet amministrattivi tal-iskart stipulati fl-Artikolu 7

    Sustanza

    Nru tal-CAS

    Nru tal-KE

    Limitu ta' konċentrazzjoni riferut fl-Artikolu 7(4)(a)

    Endosulfan

    115-29-7

    959-98-8

    33213-65-9

    204-079-4

    50 mg/kg

    Eżaklorobutadin

    87-68-3

    201-765-5

    100 mg/kg

    Naftaleni Poliklorinati (1)

     

     

    10 mg/kg

    Alkani C10-C13, kloru (paraffini klorinati ta' katina qasira) (SCCPs)

    85535-84-8

    287-476-5

    10 000  mg/kg

    Etere tat-tetrabromodifenil

    C12H6Br4O

     

     

    It-total ta' konċentrazzjonijiet ta' etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil u etere tal-ettabromodifenil: 1 000  mg/kg

    Etere tal-pentabromodifenil

    C12H5Br5O

     

     

    Etere tal-eżabromodifenil

    C12H6Br4O

     

     

    Etere tal-ettabromodifenil

    C12H3Br7O

     

     

    Aċidu u d-derivattivi tiegħu (PFOS)

    C8F17SO2X

    (X = OH, melħ tal-metall (O-M+), aloġenur, ammid, u derivattivi oħra, inklużi l-polimeri)

     

     

    50 mg/kg

    Dibenżo-p-diossini poliklorinati u dibenżofurani (PCDD/PCDF)

     

     

    15 μg/kg (2)

    DDT (1,1,1-trikloro-2,2-bis (4-klorofenil)etane)

    50-29-3

    200-024-3

    50 mg/kg

    Klordan

    57-74-9

    200-349-0

    50 mg/kg

    L-eżakloroċikloeżani, inkluż il-lindan

    58-89-9

    319-84-6

    319-85-7

    608-73-1

    210-168-9

    200-401-2

    206-270-8

    206-271-3

    50 mg/kg

    Dieldrin

    60-57-1

    200-484-5

    50 mg/kg

    Endrin

    72-20-8

    200-775-7

    50 mg/kg

    Ettaklor

    76-44-8

    200-962-3

    50 mg/kg

    Eżaklorobenżen

    118-74-1

    200-273-9

    50 mg/kg

    Klorodekon

    143-50-0

    205-601-3

    50 mg/kg

    Aldrin

    309-00-2

    206-215-8

    50 mg/kg

    Pentaklorobenżen

    608-93-5

    210-172-5

    50 mg/kg

    Bifenili poliklorinati (PCB)

    1336-36-3 u oħrajn

    215-648-1

    50 mg/kg (3)

    Mirex

    2385-85-5

    219-196-6

    50 mg/kg

    Toksafen

    8001-35-2

    232-283-3

    50 mg/kg

    Eżabromobifenil

    36355-01-8

    252-994-2

    50 mg/kg


    (1)  Naftaleni poliklorinati tfisser komposti kimiċi bbażati fuq is-sistema taċ-ċirku tan-naftalen, fejn atomu tal-idroġenu wieħed jew iktar jinbidlu b'atomi tal-kloru.

    (2)  Il-limitu huwa kkalkulat bħala PCDD u PCDF skont il-fatturi ta' ekwivalenza tossika (TEFs — toxic equivalency factors) li ġejjin:

    PCDD

    TEF

    2,3,7,8-TeCDD

    1

    1,2,3,7,8-PeCDD

    1

    1,2,3,4,7,8-HxCDD

    0,1

    1,2,3,6,7,8-HxCDD

    0,1

    1,2,3,7,8,9-HxCDD

    0,1

    1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

    0,01

    OCDD

    0,0003

    PCDF

    TEF

    2,3,7,8-TeCDF

    0,1

    1,2,3,7,8-PeCDF

    0,03

    2,3,4,7,8-PeCDF

    0,3

    1,2,3,4,7,8-HxCDF

    0,1

    PCDD

    TEF

    1,2,3,6,7,8-HxCDF

    0,1

    1,2,3,7,8,9-HxCDF

    0,1

    2,3,4,6,7,8-HxCDF

    0,1

    1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

    0,01

    1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

    0,01

    OCDF

    0,0003

    (3)  Fejn applikabbli, għandu japplika il-metodu tal-kalkolu stipulat fl-istandards Ewropej EN 12766-1 u EN 12766-2.”


    ANNESS II

    Fl-Anness V, Parti 2, it-tabella tinbidel bit-tabella li ġejja:

    “Skart kif klassifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 2000/532/KE

    Limiti tal-konċentrazzjoni massima tas-sustanzi elenkati fl-Anness IV (1)

    Operat

    10

    SKART MINN PROĊESSI TERMALI

    Alkani C10-C13, kloro (paraffini klorinati ta' katina qasira) (SCCPs): 10 000  mg/kg;

    Aldrin: 5 000  mg/kg;

    Klordan: 5 000  mg/kg;

    Klorodekon: 5 000  mg/kg;

    DDT (1,1,1-trikloro-2,2-bis (4-klorofenil) etane): 5 000  mg/kg;

    Dieldrin: 5 000  mg/kg;

    Endosulfan: 50 000  mg/kg;

    Endrin: 5 000  mg/kg;

    Ettaklor: 5 000  mg/kg;

    Eżabromobifenil: 5 000  mg/kg;

    Eżaklorobenżen: 5 000  mg/kg;

    Eżaklorobutadjen: 1 000  mg/kg;

    Eżakloroċikloeżani, inkluż il-lindan: 5 000  mg/kg;

    Mirex: 5 000  mg/kg;

    Pentaklorobenżen: 5 000  mg/kg;

    Aċidu sulfoniku perfluworottan u d-derivattivi tiegħu (PFOS)

    (C8F17SO2X)

    (X = OH, Melħ tal-metall (O-M+), aloġenur, ammid, u derivattivi oħra inklużi il-polimeri): 50 mg/kg;

    Bifenili Poliklorinati (PCB) (3): 50 mg/kg;

    Dibenżo-p-diossini poliklorinati u dibenżofurani (PCDD/PCDF) (4): 5 mg/kg;

    Naftalini poliklorinati *: 1 000  mg/kg;

    It-total ta' konċentrazzjonijiet ta' etere tat-tetrabromodifenil (C12H6Br4O), etere tal-pentabromodifenil (C12H5Br5O), etere tal-eżabromodifenil C12H4Br6O) u etere tal-ettabromodifenil (C12H3Br7O): 10 000  mg/kg

    Toksafen: 5 000  mg/kg;

    Ħażna permanenti għandha titħalla ssir biss meta l-kundizzjonijiet segwenti kollha jiġu milħuqin:

    (1)

    Il-ħażna ssir f'wieħed mill-postijiet li ġejjin:

    formazzjonijiet sikuri, fondi u taħt l-art fil-blat iebes;

    minjieri tal-melħ

    sit ta' miżbla għal skart perikoluż, bil-kundizzjoni li l-iskart ikun solidifikat jew parzjalment stabbilizzat fejn dan hu teknikament vijabbli kif meħtieġ għall-klassifikazzjoni tal-iskart fis-sottoartikolu 1903 tad-Deċiżjoni 2000/532/KE

    (2)

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE (*) u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE (**) kienu rispettati;

    (3)

    Kien muri li l-operazzjoni magħżula hija ambjentalment preferibbli

    10 01

    Skart minn impjanti tal-enerġija u impjanti oħra ta' kombustjoni (minbarra 19)

    10 01 14 * (2)

    Rmied tal-qiegħ, gagazza u trab tal-bojler minn ko-inċinerazzjoni li jkun fiha sustanzi perikolużi

    10 01 16 *

    Irmied li jtir minn ko-inċinerazzjoni li jkun fih sustanzi perikolużi

    10 02

    Irmied mill-industrija tal-ħadid u l-azzar

    10 02 07 *

    Skart solidu mit-trattament tal-gass li fih sustanzi perikolużi

    10 03

    Skart mill-metallurġija termali tal-aluminju

    10 03 04 *

    Gagazzi primarji tal-produzzjoni

    10 03 08 *

    Gagazzi tal-melħ minn produzzjoni sekondarja

    10 03 09 *

    Ħmieġ iswed tal-metall minn produzzjoni sekondarja

    10 03 19 *

    Gass taċ-ċmieni li fih sustanzi perikolużi

    10 03 21 *

    Partiċelli oħra u trab (inkluż trab minn mitħna bl-isferi) li fihom sustanzi perikolużi

    10 03 29 *

    Skart mit-trattament tal–gagazzi tal-melħ u ħmieġ iswed tal-metall li fih sustanzi perikolużi

    10 04

    Skart minn metallurġija termali taċ-ċomb

    10 04 01 *

    Gagazza minn produzzjoni primarja u sekondarja

    10 04 02 *

    Ħmieġ tal-metall u xkuma minn produzzjoni primarja u sekondarja

    10 04 04 *

    Trab mill-gass taċ-ċmieni

    10 04 05 *

    Partikulati oħra u trab

    10 04 06 *

    Skart solidu mit-trattament tal-gass

    10 05

    Skart minn metallurġija termali taż-żingu

    10 05 03 *

    Trab mill-gass taċ-ċmieni

    10 05 05 *

    Skart solidu mit-trattament tal-gass

    10 06

    Skart minn metallurġija termali tar-ram

    10 06 03 *

    Trab mill-gass taċ-ċmieni

    10 06 06 *

    Skart solidu mit-trattament tal-gass

    10 08

    Skart minn metallurġija termali oħra mhux ferruża

    10 08 08 *

    Gagazza tal-melħ minn produzzjoni primarja u sekondarja

    10 08 15 *

    Trab mill-gass taċ-ċmieni li fih sustanzi perikolużi

    10 09

    Skart mill-ikkastjar ta' bċejjeċ ferrużi

    10 09 09 *

    Trab mill-gass taċ-ċumnija li fih sustanzi perikolużi

    16

    SKART MHUX SPEĊIFIKAT MOD IEĦOR FIL-LISTA

    16 11

    Refrattorji u żilġ tal-iskart

    16 11 01 *

    Żilġ ibbażat fuq il-karbonju u refrattorji minn proċessi metallurġiċi li fihom sustanzi perikolużi

    16 11 03 *

    Żilġ u refrattorji oħra minn proċessi metallurġiċi li fihom sustanzi perikolużi

    17

    SKART TAL-KOSTRUZZJONI U TWAQQIGĦ (INKLUŻ ĦAMRIJA IMĦAFFRA MINN SITI KKONTAMINATI)

    17 01

    Konkos, briks, madum u ċeramika

    17 01 06 *

    Taħlitiet ta', jew frazzjonijiet separati ta', konkos, briks, madum u ċeramika li fihom sustanzi perikolużi

    17 05

    Ħamrija (inkluża ħamrija imħaffra minn siti kontaminati), ġebel u ħama mit-tħammil

    17 05 03 *

    Ħamrija u ġebel li fihom sustanzi perikolużi

    17 09

    Skart ieħor tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ

    17 09 02 *

    Skart tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ li fih il-PCB, ħlief tagħmir li fih il-PCB

    17 09 03 *

    Skart ieħor tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ li fih sustanzi perikolużi

    19

    Skart minn faċilitajiet għall-immaniġjar tal-iskart, impjanti mhux fuq is-sit għat-trattament tal-ilma mormi u l-preparazzjoni tal-ilma MAĦSUB għall-konsum mill-bniedem u ilma mill-użu industrijali

    19 01

    Skart mill-inċinerazzjoni jew piroliżi tal-iskart

    19 01 07 *

    Skart solidu mit-trattament tal-gass

    19 01 11 *

    Irmied tal-qiegħ u gagazza li fihom sustanzi perikolużi

    19 01 13 *

    Irmied li jtir li fih sustanzi perikolużi

    19 01 15 *

    Trab tal-bojler li fih sustanzi perikolużi

    19 04

    Skart vitrifikat u skart mill-vitrifikazzjoni

    19 04 02 *

    Irmied li jtir u skart mit-trattament tat-trab li joħroġ miċ-ċmieni

    19 04 03 *

    Fażi solida mhux vitrifikata


    (1)  Dawn il-limiti japplikaw esklussivament għal sit ta' miżbla għall-iskart perikoluż u ma japplikawx għall-faċilitajiet ta' ħażna taħt l-art permanenti għall-iskart perikoluż, inklużi l-minjieri tal-melħ.

    (2)  Kull skart immarkat b'asterisk ‘*’ hu kkunsidrat bħala skart perikoluż skont id-Direttiva 2008/98/KE u huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

    (3)  Għandu japplika l-metodu ta' kalkulazzjoni mniżżel fl-istandards Ewropej EN 12766-1 u EN 12766-2.

    (4)  Il-limitu hu kkalkulat bħala PCDD u PCDF skont il-fatturi ta' ekwivalenza tossika (TEFs) segwenti:

    PCDD

    TEF

    2,3,7,8-TeCDD

    1

    1,2,3,7,8-PeCDD

    1

    1,2,3,4,7,8-HxCDD

    0,1

    1,2,3,6,7,8-HxCDD

    0,1

    1,2,3,7,8,9-HxCDD

    0,1

    1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

    0,01

    OCDD

    0,0003

    PCDF

    TEF

    2,3,7,8-TeCDF

    0,1

    1,2,3,7,8-PeCDF

    0,03

    2,3,4,7,8-PeCDF

    0,3

    1,2,3,4,7,8-HxCDF

    0,1

    1,2,3,6,7,8-HxCDF

    0,1

    1,2,3,7,8,9-HxCDF

    0,1

    2,3,4,6,7,8-HxCDF

    0,1

    1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

    0,01

    1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

    0,01

    OCDF

    0,0003

    (*)  ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1.

    (**)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 27.”


    Top