This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1307
Commission Regulation (EU) No 1307/2014 of 8 December 2014 on defining the criteria and geographic ranges of highly biodiverse grassland for the purposes of Article 7b(3)(c) of Directive 98/70/EC of the European Parliament and of the Council relating to the quality of petrol and diesel fuels and Article 17(3)(c) of Directive 2009/28/EC of the European Parliament and of the Council on the promotion of the use of energy from renewable sources
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1307/2014 tat- 8 ta' Diċembru 2014 li jiddefinixxi l-kriterji u l-firxiet ġeografiċi ta' artijiet bil-ħaxix ta' bijodiversità għolja għall-finijiet tal-Artikolu 7b(3)(c) tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropea u l-Kunsill dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u l-Artikolu 17(3)(c) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropea u l-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1307/2014 tat- 8 ta' Diċembru 2014 li jiddefinixxi l-kriterji u l-firxiet ġeografiċi ta' artijiet bil-ħaxix ta' bijodiversità għolja għall-finijiet tal-Artikolu 7b(3)(c) tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropea u l-Kunsill dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u l-Artikolu 17(3)(c) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropea u l-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli
ĠU L 351, 9.12.2014, p. 3–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32014R1307R(01) | (BG) |
9.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 351/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1307/2014
tat-8 ta' Diċembru 2014
li jiddefinixxi l-kriterji u l-firxiet ġeografiċi ta' artijiet bil-ħaxix ta' bijodiversità għolja għall-finijiet tal-Artikolu 7b(3)(c) tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropea u l-Kunsill dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u l-Artikolu 17(3)(c) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropea u l-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (1), kif emendata bid-Direttiva 2009/30/KE (2), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7b(3)(c) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (3), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(3)(c) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE jistipulaw li l-bijofjuwils u l-bijolikwidi jistgħu jingħaddu biss fil-miri stabbiliti u l-operaturi ekonomiċi jistgħu jibbenefikaw biss minn appoġġ pubbliku jekk ikunu konformi mal-kriterji tas-sostenibbiltà stipulati f'dawk id-Direttivi. Bħala parti minn din l-iskema, il-bijofjuwils u l-bijolikwidi jistgħu jingħaddu biss fil-miri jew jibbenefikaw mill-appoġġ pubbliku f'każ li ma jkunux magħmula minn materja prima miksuba minn art li f'Jannar tal-2008 jew wara kienet art bil-ħaxix b'bijodiversità għolja, għajr fil-każ ta' artijiet bil-ħaxix b'bijodiversità għolja mhux naturali li għalihom tkun ingħatat xhieda li l-ħsad tal-materja prima huwa meħtieġ biex jiġi mħares l-istatus tal-art bil-ħaxix. |
(2) |
L-Artikolu 17(3)(c) l-aħħar paragrafu tad-Direttiva 2009/28/KE u l-Artikolu 7b(3)(c) l-aħħar paragrafu tad-Direttiva 98/70/KE jitolbu lill-Kummissjoni li tistabbilixxi l-kriterji u l-firxiet ġeografiċi biex jiġi ddeterminat liema artijiet bil-ħaxix jikkwalifikaw bħala artijiet bil-ħaxix b'bijodiversità għolja koperti mill-Artikolu 7b(3)(c) tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artilkolu 17(3)(c) tad-Direttiva 2009/28/KE. |
(3) |
L-artijiet bil-ħaxix li għandhom bijodiversità għolja jvarjaw fost iż-żoni klimatiċi u jistgħu jinkludu fost oħrajn xagħrijiet, għelieqi, mergħat, savani, steppi, artijiet neqsin mix-xita u prateriji b'bijodiversità għolja. Dawn iż-żoni jiżviluppaw karatteristiċi distinti pereżempju rigward il-grad ta' siġar u l-intensità tar-ragħa u l-ħart. Għall-finijiet tal-Artikolu 7b(3)(c) tad-Direttiva98/70/KE u l-Artikolu 17(3)(c) tad-Direttiva 2009/28/KE, huwa għaldaqstant xieraq li tintuża definizzjoni wiesgħa ta' art bil-ħaxix. |
(4) |
Id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE jiddistingwu bejn art bil-ħaxix ta' bijodiversità għolja naturali u mhux naturali u jipprovdu definizzjonijiet ta' dawn it-tnejn. Huwa għalhekk xieraq li jiġu inklużi kriterji operattivi f'dawn id-definizzjonijiet. Huwa xieraq, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, li l-artijiet degradati jiġu kkunsidrati bħala mfaqqra fir-rigward tal-bijodiversità. |
(5) |
Il-konformità mal-Artikolu 7b(3)(c) tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikolu 17(3)(c) tad-Direttiva 2009/28/KE hija vverifikata skont l-Artikolu 7c(1) u (3) tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikolu 18(1) u (3) tad-Direttiva 2009/28/KE. |
(6) |
Informazzjoni komprensiva dwar firxiet ġeografiċi ta' artijiet bil-ħaxix b'bijodiversità għolja mhix disponibbli f'livell internazzjonali. Għalhekk, dan ir-Regolament jipprovdi l-firxiet ġeografiċi ta' bijodiversità għolja biss li għalihom l-informazzjoni hija diġà disponibbli. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal- Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijofjuwils u l-Bijolikwidi stabbilit mill-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2009/28/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-finijiet tal-Artikolu 7b(3)(c) tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikolu 17(3)(c) tad-Direttiva 2009/28/KE għandhom jiġu applikati l-kriterji li ġejjin:
(1) |
“art bil-ħaxix” tfisser ekosistemi terrestri dominati minn veġetazzjoni ta' ebraċej jew arbuxxelli għal mill-inqas ħames snin kontinwi. Din tinkludi widien u mergħat b'għelejjel tat-tiben imma teskludi art kultivata għal produzzjoni ta' għelejjel oħrajn u għelejjel li jkunu temporanjament imserrħa. Barra minn hekk, teskludi wkoll żoni msaġġra kontinwament kif definit fl-Artikolu 17(4)(b) tad-Direttiva 2009/28/KE sakemm dawn ma jkunux sistemi agroforestarji li jinkludu sistemi tal-użu tal-art fejn is-siġar jiġu amministrati flimkien ma' għelejjel jew sistemi ta' produzzjoni tal-annimali f'kuntesti agrikoli. Id-dominanza tal-veġetazzjoni tal-erbaċej jew l-arbuxxelli tfisser li l-kopertura tal-art konġunta tagħhom hija akbar mill-kopertura tal-għatja tas-siġar. |
(2) |
“intervent uman” tfisser ragħa, ħrit, tqattigħ, ħsad jew ħruq ġestit. |
(3) |
“art bil-ħaxix naturali b'bijodiversità għolja” tfisser art bil-ħaxix li:
|
(4) |
“art bil-ħaxix mhux naturali b'bijodiversità għolja” tfisser art bil-ħaxix li:
|
Artikolu 2
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3 artijiet bil-ħaxix f'dawn l-firxiet ġeografiċi tal-Unjoni Ewropea għandhom dejjem jitqiesu bħala art bil-ħaxix b'bijodiversità għolja:
(1) |
ħabitats elenkati fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (4); |
(2) |
ħabitats ta' importanza sinifikanti għal speċijiet ta' annimali u pjanti ta' interess għall-Unjoni elenkati fl-Anness II u IV tad-Direttiva 92/43/KEE; |
(3) |
ħabitats ta' importanza sinifikanti għal speċijiet ta' għasafar salvaġġi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
Art bil-ħaxix b'bijodiversità għolja fl-Unjoni Ewropea mhix limitata għall-firxiet ġeografiċi msemmija taħt (1), (2) u (3) ta' dan l-Artikolu. Artijiet bil-ħaxix oħrajn jistgħu jissodisfaw il-kriterji għal art bil-ħaxix b'bijodiversità għolja stabbiliti fl-Artikolu 1.
Artikolu 3
Fejn tingħata xhieda li l-ħsad tal-materja prima huwa meħtieġ biex jiġi ppriżervat l-istatus ta' art bil-ħaxix, ma għandha għalfejn tiġi pprovduta l-ebda xhieda oħra li turi l-konformità mal-Artikolu 7b(3)(c)(ii) tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikolu 17(3)(c)(ii) tad-Direttiva 2009/28/KE.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.
(2) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88.
(3) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.
(4) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.