Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1102

    Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1102/2014 tal- 20 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    ĠU L 301, 21.10.2014, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/01/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0044

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1102/oj

    21.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 301/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1102/2014

    tal-20 ta' Ottubru 2014

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1),

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 (2) jimplimenta wħud mill-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/137/PESK.

    (2)

    Fis-27 ta' Awwissu 2014, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni (“UNSCR”) 2174 (2014) li testendi l-applikazzjoni ta' miżuri ta' projbizzjoni tal-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi kif stabbilit fil-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011) u l-paragrafu 23 tal-UNSCR 1973 (2011) u li temenda t-termini tal-embargo imposti mill-paragrafu 9 tal-UNSCR 1970 (2011), il-paragrafu 13 tal-UNSCR 2009 (2011) u l-paragrafi 9 u 10 tal-UNSCR 2095 (2013).

    (3)

    Fi-20 ta' Ottubru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/727/PESK (3) li skont il-UNSCR 2174 (2014).

    (4)

    Xi wħud minn dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk, b'mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi fl-Istati Membri kollha, huwa neċessarju li jkun hemm azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex dawn jiġu implimentati.

    (5)

    Ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 huwa b'dan emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 3(2), il-punt (c) huwa sostitwit b'li ġej:

    “(c)

    l-għoti ta' assistenza teknika, il-finanzjament jew l-għajnuna finanzjarja relatata ma' tagħmir militari mhux letali maħsubin biss għall-għajnuna ta' sigurtà jew ta' diżarm lill-Gvern Libjan;”

    ;

    (2)

    Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'li ġej:

    “1.   L-Anness II jinkludi l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi nnominati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont il-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011), il-paragrafi 19, 22 jew 23 tal-UNSCR 1973 (2011) jew il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2174 (2013).”

    ;

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ottubru 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ASHTON


    (1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53.

    (2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53).

    (3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) Nru 727/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ara l-paġna 30 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


    Top