Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0693

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 693/2014 tat- 23 ta' Ġunju 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

    ĠU L 183, 24.6.2014, p. 15–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/693/oj

    24.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 183/15


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 693/2014

    tat-23 ta' Ġunju 2014

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

    (2)

    L-informazzjoni marbuta ma' persuna waħda elenkata fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 36/2012 għandha tiġi aġġornata..

    (3)

    Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, għandhom jiżdiedu tnax-il persuna fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012

    (4)

    L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ASHTON


    (1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


    ANNESS

    1.

    L-entrata li tikkonċerna l-persuna elenkata hawn taħt, kif stipulat fis-Sezzjoni A tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, hija sostitwita bl-entrata li ġejja:

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “152.

    Dr. Qadri (

    Image

    ) (magħruf ukoll bħala Kadri) Jamil (

    Image

    ) (magħruf ukoll bħala Jameel)

     

    Ex-Viċi Prim Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi, Ministru tal-Kummerċ Domestiku u l-ħarsien tal-Konsumatur. Bħala ex-Ministru tal-Gvern jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    16.10.2012”

    2.

    Il-persuni li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fis-Sezzjoni A tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    180.

    Ahmad al-Qadri

    Data tat-twelid: 1956

    Ministru tal-Agrikoltura u r-Riforma Agrarja. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    24.6.2014

    181.

    Suleiman Al Abbas

     

    Ministru taż-Żejt u r-Riżorsi Minerali. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    24.6.2014

    182.

    Kamal Eddin Tu'ma

    Data tat-twelid: 1959

    Ministru tal-Industrija. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    24.6.2014

    183.

    Kinda al-Shammat

    (magħruf ukoll bħala Shmat)

    Data tat-twelid: 1973

    Ministru tal-Affarijiet Soċjali. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    24.6.2014

    184.

    Hassan Hijazi

    Data tat-twelid: 1964

    Ministru tax-Xogħol. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    24.6.2014

    185.

    Ismael Ismael

    (magħruf ukoll bħala Ismail Ismail, jew Isma'Il Isma'il)

    Data tat-twelid: 1955

    Ministru tal-Finanzi. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    24.6.2014

    186.

    Dr Khodr Orfali

    (magħruf ukoll bħala Khud/Khudr Urfali/Orphaly)

    Data tat-twelid: 1956

    Ministru tal-Ekonomija u n-Negozju Barrani. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    24.6.2014

    187.

    Samir Izzat Qadi Amin

    Data tat-twelid: 1966

    Ministru tan-Negozju Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    24.6.2014

    188.

    Bishr Riyad Yazigi

    Data tat-twelid: 1972

    Ministru tat-Turiżmu. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    24.6.2014

    189.

    Dr Malek Ali

    (magħruf ukoll bħala Malik)

    Data tat-twelid: 1956

    Ministru tal-Edukazzjoni Ogħla. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    24.6.2014

    190.

    Hussein Arnous

    (magħruf ukoll bħala Arnus)

    Data tat-twelid: 1953

    Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    24.6.2014

    191.

    Dr Hassib Elias Shammas

    (magħruf ukoll bħala Hasib)

    Data tat-twelid: 1957

    Ministru tal-Istat. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

    24.6.2014


    Top