Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0540

    Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' April 2014 dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 158, 27.5.2014, p. 131–195 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 27/05/2019

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/540/oj

    27.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 158/131


    REGOLAMENT (UE) Nru 540/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tas-16 ta' April 2014

    dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 26(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), is-suq intern huwa magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha għandu jiġi żgurat il-moviment liberu tal-prodotti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Għal dak il-għan ġiet stabbilita sistema komprensiva tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur. Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni-tat-tip tal-UE ta' vetturi bil-mutur u s-sistemi tas-sajlenser tagħhom fir-rigward tal-livelli permissibbli tal-ħoss għandhom jiġu armonizzati sabiex tiġi evitata l-adozzjoni ta' rekwiżiti li huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor u sabiex ikun żgurat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern filwaqt li, fl-istess ħin, ikun hemm livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u sikurezza pubblika, kwalità ta' għajxien u saħħa aħjar, u b'kont meħud tal-fatt li l-vetturi tat-triq huma sors sinifikanti ta' ħoss fis-settur tat-trasport.

    (2)

    Ir-rekwiżiti tal-UE dwar l-approvazzjoni tat-tip diġà japplikaw fil-kuntest tal-liġi tal-Unjoni li tirregola diversi aspetti tal-prestazzjoni tal-vetturi bil-mutur, bħal emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi u l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu minn vetturi kummerċjali ħfief u l-istandards ta' sikurezza. Ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli skont dan ir-Regolament għandhom jiġu żviluppati b'mod li jiżgura approċċ konsistenti matul dik il-liġi tal-Unjoni, b'kont meħud tal-fatturi rilevanti kollha rigward il-ħoss.

    (3)

    Il-ħsejjes tat-traffiku jagħmlu ħsara b'ħafna modi. L-istress marbut mal-espożizzjoni fit-tul għall-ħsejjes jista' jwassal għal għejja fiżika umana, ifixkel il-kapaċità regolatorja tal-funzjonijiet tal-organi u b'hekk jillimita l-effettività tagħhom. Il-ħsejjes tat-traffiku huma fattur ta' riskju potenzjali għall-iżvilupp ta' kondizzjonijiet u inċidenti mediċi bħalma huma l-pressjoni għolja u l-attakki tal-qalb. Għandha ssir aktar riċerka dwar l-effetti tal-istorbju tat-traffiku bl-istess mod kif previst mid-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

    (4)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE (4) armonizzat ir-rekwiżiti tekniċi differenti tal-Istati Membri dwar il-livell permissibbli tal-ħoss ta' vetturi bil-mutur u s-sistemi tal-egżost tagħhom għall-finijiet tat-twaqqif u t-tħaddim tas-suq intern. Għall-finijiet tat-tħaddim xieraq tas-suq intern u sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi u konsistenti madwar l-Unjoni, huwa xieraq li dik id-Direttiva tiġi ssostitwita b'dan ir-Regolament.

    (5)

    Dan ir-Regolament jikkostitwixxi Regolament separat fil-kuntest tal-proċedura għall-approvazzjoni tat-tip skont id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Għalhekk, l-Annessi IV, VI u XI ta' dik id-Direttiva għandhom jiġu emendati kif meħtieġ.

    (6)

    Id-Direttiva 70/157/KEE tirreferi għar-Regolament Nru 51 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-emissjonijiet tal-ħsejjes (6), li jispeċifika l-metodu tal-ittestjar għall-emissjonijiet tal-ħsejjes, u għar-Regolament Nru 59 tal-UNECE dwar dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni tas-sistemi ta' sajlensjar ta' sostituzzjoni (7). Bħala parti kontraenti għall-Ftehim tal-UNECE tal-20 ta' Marzu 1958 dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku ta' approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (8), l-Unjoni ddeċidiet li tapplika dawk ir-Regolamenti.

    (7)

    Minn mindu ġiet adottata, id-Direttiva 70/157/KEE ġiet emendata sostanzjalment għal diversi drabi. It-tnaqqis l-aktar reċenti tal-limiti tal-ħsejjes għall-vetturi bil-mutur, introdott fl-1995, ma kellux l-effetti mistennija. L-istudji wrew li l-metodu tal-ittestjar użat skont dik id-Direttiva ma baqax jirrifletti l-imġiba tas-sewqan fit-traffiku urban fil-ħajja reali. B'mod partikolari, kif hemm indikat fil-Green Paper dwar il-Politika Futura dwar il-Ħsejjes tal-4 ta' Novembru 1996, il-kontribut tal-emissjonijiet tal-ħsejjes li ġejjin mid-tidwir tat-tajers għall-emissjonijiet totali tal-ħsejjes ġie ssottovalutat fil-metodu tal-ittestjar.

    (8)

    Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jintroduċi metodu tal-ittestjar minn dak stipulat fid-Direttiva 70/157/KEE. Il-metodu ġdid għandu jkun ibbażat fuq il-metodu tal-ittestjar ppubblikat mill-Grupp ta'Ħidma tal-UNECE dwar il-Ħsejjes (GRB) fl-2007 li inkorpora l-verżjoni tal-2007 tal-istandard ISO 362. Ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-metodu tal-ittestjar il-qadim kif ukoll dak ġdid ġew ippreżentati lill-Kummissjoni.

    (9)

    Il-metodu tal-ittestjar il-ġdid huwa meqjus bħala rappreżentattiv għal-livelli tal-ħsejjes fil-kundizzjonijiet normali tat-traffiku, imma huwa inqas rappreżentattiv għal-livelli tal-ħsejjes fl-agħar kundizzjonijiet. Għalhekk, jeħtieġ li f'dan ir-Regolament jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-emissjoni tal-ħsejjes. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jistabbilixxu rekwiżiti preventivi maħsuba biex ikopru l-kundizzjonijiet tas-sewqan tal-vettura fi traffiku reali lil hinn miċ-ċiklu ta' sewqan tal-approvazzjoni tat-tip u biex jipprevjenu l-evażjoni taċ-ċiklu (cycle beating). Dawk il-kundizzjonijiet tas-sewqan huma rilevanti għall-ambjent u huwa importanti li jiġi assigurat li l-emissjoni tal-ħoss ta' vettura fil-kundizzjonijiet tas-sewqan fit-triq ma tvarjax b'mod sinifikanti minn dak li jista' jkun mistenni mir-riżultat tat-test tal-approvazzjoni tat-tip għal din il-vettura speċifika.

    (10)

    Dan ir-Regolament għandu wkoll ikompli jnaqqas il-limiti tal-livell tal-ħsejjes. Huwa għandu jqis ir-rekwiżiti ġodda u aktar stretti dwar il-ħsejjes għat-tajers tal-vetturi bil-mutur stipulati fir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Għandu jittieħed kont ukoll tal-istudji li jenfasizzaw il-fastidju u l-effetti ħżiena fuq is-saħħa li jirriżultaw mill-ħsejjes iġġenerati mit-traffiku fit-triq u l-ispejjeż u l-benefiċċji assoċjati.

    (11)

    Il-valuri ta' limitu globali għandhom jitnaqqsu fir-rigward tas-sorsi kollha tal-ħsejjes mill-vetturi bil-mutur inklużi d-dħul tal-arja fuq is-sistema ta' propulsjoni u l-egżost, filwaqt li jitqies il-kontribut tat-tajers għat-tnaqqis tal-ħsejjes imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 661/2009.

    (12)

    Il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), li skontu l-Istati Membri huma meħtieġa li jwettqu sorveljanza tas-suq u jikkontrollaw il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, japplika għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament.

    (13)

    Il-ħsejjes huma kwistjoni multidimensjonali b'diversi sorsi u fatturi li jinfluwenzaw il-ħoss perċepit mill-persuni u l-impatt ta' dak il-ħoss fuqhom. Il-livelli tal-ħsejjes tal-vetturi huma parzjalment dipendenti fuq l-ambjent li fihom jintużaw il-vetturi, b'mod partikolari l-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq, u għalhekk approċċ aktar integrat huwa meħtieġ. Id-Direttiva 2002/49/KE teħtieġ li perjodikament jitfasslu mapep strateġiċi dwar il-ħsejjes, fost l-oħrajn fir-rigward tat-toroq prinċipali. L-informazzjoni ppreżentata f'dawk il-mapep tista' tifforma l-bażi ta' ħidma ta' riċerka futura rigward il-ħsejjes ambjentali b'mod ġenerali, u l-ħsejjes fis-superfiċji tat-toroq b'mod partikolari, kif ukoll linji gwida dwar l-aħjar prattika rigward l-iżvilupp teknoloġiku tal-kwalità tat-toroq u klassifika tat-tipi ta' superfiċji tat-toroq, fejn adatt.

    (14)

    Is-Sitt Programm ta' Azzjoni ta' Komunità Ambjentali (11) stabbilixxa l-qafas għat-tfassil tal-politika ambjentali fl-Unjoni għall-perijodu 2002-2012. Dak il-programm talab azzjonijiet fil-qasam tal-ħsejjes biex jitnaqqsu b'mod sostanzjali n-numru ta' persuni affettwati b'mod regolari minn livelli medji ta' ħsejjes fit-tul, b'mod partikolari dawk iġġenerati mit-traffiku.

    (15)

    Il-miżuri tekniċi biex jitnaqqas il-livell tal-ħsejjes tal-vetturi bil-mutur jeħtieġ li jikkonformaw ma' sett ta' rekwiżiti f'kompetizzjoni ma' xulxin, bħalma huma dawk li jnaqqsu l-ħsejjes u l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu u jtejbu s-sikurezza filwaqt li fl-istess ħin il-vettura inkwistjoni tinżamm kemm jista' jkun irħisa u effiċjenti. Biex tikkonforma ma' dawk ir-rekwiżiti kollha u żżomm bilanċ bejniethom, l-industrija tal-vetturi ta' spiss tħabbat wiċċha mal-limiti ta' dak li hu teknikament fattibbli attwalment. Il-proġettisti tal-vetturi rnexxielhom ripetutament jopponu dawk il-limiti permezz tal-użu ta' materjali u metodi ġodda u innovattivi. Il-liġi tal-Unjoni għandha tistabbilixxi qafas ċar għall-innovazzjoni fi skeda li tista' tinkiseb fi żmien realistiku. Dan ir-Regolament jistabbilixxi eżattament tali qafas u b'hekk jipprovdi inċentiv immedjat għall-innovazzjoni f'konformità mal-ħtiġijiet tas-soċjetà, filwaqt li fl-istess ħin ma jillimita bl-ebda mod il-libertà ekonomika li hi vitali għall-industrija.

    (16)

    It-tniġġis akustiku huwa primarjament problema lokali, iżda huwa problema li teħtieġ soluzzjoni fil-livell tal-Unjoni. L-ewwel pass fi kwalunkwe politika sostenibbli fir-rigward tal-emissjonijiet tal-ħsejjes għandu jkun dak li jiġu mfasslin miżuri biex il-livelli tal-ħsejjes jitnaqqsu fis-sors. Peress li l-mira ta' dan ir-Regolament huwa s-sors tal-ħsejjes, li huwa irrappreżentat milll-vetturi bil-mutur, li hu l-objettiv ta' dan ir-Regolament, huwa skont id-definizzjoni sors mobbli, u għaldaqstant il-miżuri nazzjonali waħidhom mhumiex biżżejjed.

    (17)

    L-għoti ta' informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-ħoss lill-konsumaturi u lill-awtoritajiet pubbliċi għandu l-potenzjal li jinfluwenza d-deċiżjonijiet ta' xiri u jħaffef it-transizzjoni lejn flotta ta' vetturi aktar silenzjużi. Għaldaqstant, il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-livelli tal-ħoss tal-vetturi fil-post tal-bejgħ u f'materjal promozzjonali tekniku. Tikketta komparabbli għat-tikketti użati għall-informazzjoni dwar l-emissjonijiet ta' CO2, il-konsum tal-fjuwil u l-ħsejjes tat-tajers, għandha tinforma lill-konsumaturi dwar l-emissjonijiet tal-ħsejjes ta' vettura. Il-Kummissjoni għandha wkoll twettaq valutazzjoni tal-impatt rigward il-kundizzjonijiet tat-tikkettjar applikabbli għal-livelli tat-tniġġis akustiku u tal-arja u rigward l-informazzjoni għall-konsumaturi. Dik il-valutazzjoni tal-impatt għandha tieħu kont tat-tipi differenti ta' vetturi koperti b'dan ir-Regolament (inklużi vetturi elettriċi puri) kif ukoll l-effett li tali tikkettjar jista' jkollu fuq l-industrija tal-vetturi.

    (18)

    Sabiex jitnaqqsu l-ħsejjes mit-traffiku, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu miżuri u inċentivi biex jiġi inkoraġġut l-użu ta' vetturi aktar silenzjużi.

    (19)

    Il-benefiċċji ambjentali minn vetturi elettriċi ibridi u dawk elettriċi puri rriżultaw fi tnaqqis sostanzjali tal-ħsejjes li jirriżultaw minn dawn it-tipi ta' vetturi. Dak in-nuqqas neħħa sors importanti ta' sinjal akutstiku li jiddependu fuqu persuni mexjin fit-triq u ċiklisti li huma għomja jew ma tantx jaraw, fost nies oħra li jużaw it-triq, biex jindunaw bit-tqarrib, il-preżenza jew it-tluq ta' dawk il-vetturi. Bħala konsegwenza, l-industrija qed tiżviluppa Sistemi Akustiċi ta' Twissija ta' Vettura (AVAS) sabiex tikkompensa għal dan in-nuqqas ta' sinjal akustiku fil-vetturi elettriċi ibridi u dawk elettriċi puri. Il-prestazzjoni ta' tali AVAS imwaħħla mal-vetturi għandha tkun armonizzata. Fl-iżviluppar ta' dawk l-AVAS għandha tingħata konsiderazzjoni għall-impatt globali fuq il-ħsejjes fil-komunitajiet.

    (20)

    Il-Kummissjoni għandha teżamina l-potenzjal ta' sistemi attivi ta' sikurezza f'vetturi aktar silenzjużi bħalma huma l-vetturi elettriċi ibridi u dawk elettriċi puri sabiex isir kontribut aħjar għall-objettiv li tittejjeb is-sikurezza ta' utenti vulnerabbli tat-toroq f'żoni urbani, bħal persuni mexjin fit-triq, iċ-ċiklisti u tfal għomja, dawk li jbatu viżwalment u dawk neqsin mis-smigħ.

    (21)

    Il-livelli tal-ħsejjes tal-vetturi għandhom impatt dirett fuq il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni, b'mod partikolari fiż-żoni urbani fejn hemm ftit jew m'hemm l-ebda mezz tat-trasport pubbliku li jaħdem bl-elettriku jew taħt l-art, jew infrastruttura għaċ-ċikliżmu jew mixi. Għandu jittieħed kont ukoll tal-objettiv li ffissal-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar Pjan Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport — Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u effiċjenti fir-riżorsi (12), li jirdoppja l-għadd ta' utenti tal-mezzi tat-trasport pubbliku. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jippromwovu t-trasport pubbliku, il-mixi u ċ-ċikliżmu, bl-għan li jitnaqqas it-tniġġis akustiku fiż-żoni urbani.

    (22)

    Il-livell tal-ħsejjes ta' vettura jiddependi parzjalment mill-mod kif tintuża u minn kemm tinżamm tajjeb wara li tkun inxtrat. Għalhekk għandhom jittieħdu passi biex titqajjem kuxjenza pubblika fl-Unjoni dwar l-importanza li jiġi adottat stil ta' sewqan kalm u li ma jaqbiżx il-limiti tal-veloċità li jkunu fis-seħħ f'kull Stat Membru.

    (23)

    Sabiex tiġi ssimplifikata l-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport CARS 21 tal-2007, huwa xieraq li dan ir-Regolament ikun ibbażat fuq ir-Regolament Nru 51 tal-UNECE, fir-rigward tal-metodu tal-ittestjar, u r-Regolament Nru 59 fir-rigward tas-sistemi tas-sajlenser ta' sostituzzjoni.

    (24)

    Biex il-Kummissjoni tkun tista' tadatta ċerti rekwiżiti tal-Annessi I, IV, VIII u X għal dan ir-Regolament għall-progress tekniku, għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa tal-adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward ta' emendi għad-dispożizzjonijiet f'dawk l-Annessi marbuta mal-metodi tal-ittestjar u l-livelli tal-ħoss. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tkun qiegħda tħejji u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f'waqtha u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    (25)

    Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stabbiliti rekwiżiti amministrattivi u tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip UE tal-vetturi kollha ġodda fir-rigward tal-livell tal-ħoss u tas-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser u l-komponenti tagħhom bħala unitajiet tekniċi separati u maħsuba għal dawk il-vetturi approvati għat-tip,, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan.

    (26)

    B'konsegwenza tal-applikazzjoni tal-qafas regolatorju ġdid stabbilit skont dan ir-Regolament, id-Direttiva 70/157/KEE għandha titħassar,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi u tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-vetturi ġodda kollha tal-kategoriji msemmija fl-Artikolu 2 fir-rigward tal-livell tal-ħoss tagħhom u tas-sistemi ta' sajlenser ta' sostituzzjoni u l-komponenti tagħhom approvati skont it-tip bħala unitajiet tekniċi separati ddisinjati u mibnija għal vetturi tal-kategoriji M1 u N1 sabiex ikunu ffaċilitati r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul tas-servizz tagħhom fl-Unjoni.

    Artikolu 2

    Kamp ta' applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vetturi tal-kategoriji M1, M2, M3, N1, N2 u N3, kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE, u għas-sistemi ta' sajlenser ta' sostituzzjoni u l-komponenti tagħhom approvati skont it-tip bħala unitajiet tekniċi separati mfassla u mibnija għal vetturi tal-kategoriji M1 u N1.

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonjiet stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE japplikaw:

    Barra minnhekk, japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    “approvazzjoni tat-tip ta' vettura” tfisser il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE fir-rigward tal-livelli tal-ħoss;

    (2)

    “tip ta' vettura” tfisser kategorija ta' vetturi bil-mutur li ma jvarjawx f'aspetti essenzjali bħalma huma:

    (a)

    għal vetturi tal-kategoriji M1, M2 ≤ 3500 kg, N1 ittestjati skont il-punt 4.1.2.1 tal-Anness II:

    (i)

    l-għamla jew il-materjali tal-karrozzerija (b'mod partikolari l-kompartiment tal-magna u l-protezzjoni kontra l-ħsejjes tagħha);

    (ii)

    it-tip ta' magna (pereżempju positive ignition jew compression ignition, two-stroke jew four-stroke, piston li jirreċiproka jew piston li jdur, numru u kapaċità taċ-ċilindri, numru u tipi ta' karburaturi jew sistemi ta' injezzjoni, arranġament tal-valvi, jew it-tip ta' mutur elettriku;

    (iii)

    qawwa nominali massima netta u veloċita(jiet) korrispondenti tal-magna; madankollu jekk il-qawwa massima nominali u l-veloċità korrispondenti tal-magna jvarjaw biss minħabba mappings differenti tal-magna, dawk il-vetturi jistgħu jitqiesu bħala tal-istess tip;

    (iv)

    is-sistema tas-sajlenser;

    (b)

    għall-vetturi tal-kategoriji M2 > 3500 kg, M3, N2, N3 ittestjati skont il-punt 4.1.2.2 tal-Anness II:

    (i)

    l-għamla jew il-materjali tal-karrozzerija (b'mod partikolari l-kompartiment tal-magna u l-protezzjoni kontra l-ħsejjes tagħha);

    (ii)

    it-tip ta' magna (pereżempju. positive ignition jew compression ignition, two-stroke jew four-stroke, piston li jirreċiproka jew piston li jdur), in-numru u l-kapaċità taċ-ċilindri, it-tip ta' sistema ta' injezzjoni, l-arranġament tal-valvi, il-veloċità nominali tal-magna (S), jew it-tip ta' mutur elettriku;

    (iii)

    vetturi bl-istess tip ta' magna u/jew proporzjonijiet ġenerali differenti tal-gerijiet, jistgħu jitqiesu bħala vetturi tal-istess tip.

    Madankollu, jekk id-differenzi fil-punt (b) jipprevedu kundizzjonijiet mira differenti, kif deskritti fil-punt 4.1.2.2 tal-Anness II, dawk id-differenzi għandhom jitqiesu bħala bidla tat-tip;

    (3)

    “massa mgħobbija massima teknikament permissibbli” (M) tfisser l-ikbar massa allokata lil vettura fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni u l-prestazzjoni tad-disinn tagħha; il-massa mgħobbija teknikament permissibbli ta' karru jew semi-karru tinkludi l-massa statika ttrasferita lill-vettura tal-irmonk meta jkun igganċjat;

    (4)

    “il-qawwa nominali massima netta” (Pn) tfisser il-qawwa tal-magna espressa f'kW u mkejla bil-metodu tal-UNECE skont ir-Regolament tal-UNECE Nru 85 (13).

    Jekk il-qawwa nominali massima netta tintlaħaq b'diversi veloċitajiet tal-magna, għandha tintuża l-akbar veloċità tal-magna;

    (5)

    “tagħmir standard” tfisser il-konfigurazzjoni bażika ta' vettura inklużi l-karatteristiċi kollha li huma mwaħħla mingħajr ma tagħti lok għall-ebda speċifikazzjoni oħra dwar il-konfigurazzjoni jew il-livell tat-tagħmir iżda mgħammra bil-karatteristiċi kollha meħtieġa skont l-atti regolatorji msemmija fl-Anness IV jew l-Anness XI tad-Direttiva 2007/46/KE;

    (6)

    “massa tas-sewwieq” tfisser massa nominali ta' 75 kg li tinsab fil-punt ta' referenza ta' fejn ikun bilqiegħda s-sewwieq;

    (7)

    “massa ta' vettura f'kundizzjoni ta' sewqan” (mro) tfisser

    (a)

    fil-każ ta' vettura bil-mutur:

    il-massa tal-vettura, bit-tank(ijiet) tal-fjuwil mimli(jin) sa mill-inqas 90 % ta' kemm jesa'/jesgħu, inkluża l-massa tas-sewwieq, il-fjuwil u l-likwidi, bit-tagħmir standard immuntat skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur u, fejn ikunu mmuntati, il-massa tal-karrozzerija, il-kabina, il-ganċ u r-rota jew ir-roti ta' riżerva kif ukoll l-għodod;

    (b)

    fil-każ ta' karru:

    il-massa tal-vettura inkluż il-fjuwil u l-likwidi, immuntati bit-tagħmir standard skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur, u, meta jkunu mmuntati, il-massa tal-karrozzerija, ganċ(ijiet) addizzjonali, ir-rota jew ir-roti ta' riżerva u l-għodod;

    (8)

    “il-veloċità nominali tal-magna” (S) tfisser il-veloċità ddikjarata tal-magna mogħtija bħala min-1 (rpm) li fiha l-magna tiżviluppa l-qawwa nominali massima netta tagħha skont ir-Regolament tal-UNECE Nru 85 jew, fejn il-qawwa nominali massima netta tintlaħaq f'diversi veloċitajiet tal-magna, l-ogħla waħda minn dawk il-veloċitajiet;

    (9)

    “l-indiċi tal-proporzjon tal-qawwa mal-massa” (PMR) tfisser kwantità numerika kkalkulata skont il-formula mogħtija fil-punt 4.1.2.1.1 tal-Anness II;

    (10)

    “punt ta 'referenza” tfisser wieħed mill-punti li ġejjin:

    (a)

    fil-każ ta' vetturi tal-kategoriji M1 u N1:

    (i)

    għall-vetturi bil-magna quddiem, it-tarf ta' quddiem tal-vettura;

    (ii)

    għall-vetturi bil-magna fin-nofs, iċ-ċentru tal-vettura;

    (iii)

    għall-vetturi bil-magna wara, it-tarf ta' wara tal-vettura.

    (b)

    fil-każ tal-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 it-tarf tal-magna l-eqreb lejn il-parti ta' quddiem tal-vettura.

    (11)

    “aċċelerazzjoni mira” tfisser aċċelerazzjoni f'kundizzjoni meta l-aċċeleratur ikun parzjalment miftuħ fi traffiku urban kif derivat minn investigazzjonijiet statistiċi;

    (12)

    “magna” tfisser is-sors tal-enerġija mingħajr aċċessorji li jistgħu jinqalgħu;

    (13)

    “aċċelerazzjoni ta' referenza” tfisser l-aċċelerazzjoni meħtieġa waqt it-test tal-aċċelerazzjoni fuq il-korsa tat-test;

    (14)

    “fattur ta' ponderazzjoni tal-proporzjon tal-gerijiet” (k) tfisser kwantità numerika ta' ebda dimensjoni li tintuża biex tgħaqqad ir-riżultati tat-test ta' żewġ proporzjonijiet tal-ger għat-test tal-aċċelerazzjoni u għat-test tal-veloċità kostanti;

    (15)

    “fattur ta' qawwa parzjali” (kP) tfisser kwantità numerika ta' ebda dimensjoni li tintuża għall-kombinazzjoni ponderata tar-riżultati tat-test tal-aċċelerazzjoni u tat-test tal-veloċità kostanti għall-vetturi;

    (16)

    “preaċċelerazzjoni” tfisser l-applikazzjoni ta' tagħmir għal kontroll tal-aċċelerazzjoni qabel AA' sabiex tintlaħaq aċċelerazzjoni stabbli bejn AA' u BB' kif imsemmi fil-Figura 1 tal-Appendiċi għall-Anness II;

    (17)

    “proporzjonijiet tal-ger illokkjati” tfisser il-kontroll tat-trasmissjoni b'tali mod li matul test il-ger tat-trasmissjoni ma jistax jitbiddel;

    (18)

    “sistema ta' sajlenser” tfisser sett komplut ta' komponenti meħtieġa biex ikunu limitati l-ħsejjes magħmulin minn magna u l-egżost tagħha;

    (19)

    “sistema ta' sajlenser ta' tipi differenti” tfisser sistemi ta' sajlenser li huma differenti b'mod sinifikanti fir-rigward ta' mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

    (a)

    ismijiet kummerċjali jew marki kummerċjali tal-komponenti tagħhom;

    (b)

    il-karatteristiċi tal-materjali li jikkostitwixxu l-komponenti tagħhom, minbarra l-kisi ta' dawn il-komponenti;

    (c)

    il-forma jew id-daqs tal-komponenti tagħhom;

    (d)

    il-prinċipji operattivi ta' mill-inqas wieħed mill-komponenti tagħhom;

    (e)

    il-muntaġġ tal-komponenti tagħhom;

    (f)

    l-għadd ta' sistemi jew komponenti ta' sajlenser tal-egżost;

    (20)

    “familja tad-disinn ta' sistema ta' sajlenser jew komponenti ta' sistema ta' sajlenser” tfisser grupp ta' sistemi ta' sajlenser jew komponenti tagħhom li jkollhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin l-istess:

    (a)

    il-preżenza ta' fluss tal-gass nett tal-gassijiet tal-egżost permezz tal-materjal fibruż assorbenti meta f'kuntatt ma' dak il-materjal;

    (b)

    it-tip tal-fibri;

    (c)

    fejn applikabbli, speċifikazzjonijiet tal-materjal tal-lega;

    (d)

    dimensjonijiet medji tal-fibra;

    (e)

    id-densità minima tal-materjal bil-kwantità tal-imballaġġ f'kg/m3;

    (f)

    il-wiċċ ta' kuntatt massimu bejn il-fluss tal-gass u l-materjal assorbenti;

    (21)

    “sistema tas-sajlensers ta' sostituzzjoni” tfisser kull parti tas-sistema ta' sajlensers jew komponenti minnha maħsuba għall-użu fuq vettura, minbarra parti mit-tip imwaħħla fuq il-vettura meta titressaq għall-approvazzjoni tat-tip UE skont dan ir-Regolament;

    (22)

    “Sistema ta' Twissija Akustika tal-Vettura” (AVAS) tfisser sistema għall-vetturi elettriċi ibridi u dawk elettriċi puri li tipprovdi ħoss li jindika l-preżenza tal-vettura lil persuni mexjin u lil utenti oħrajn tat-triq;

    (23)

    “post tal-bejgħ” tfisser post fejn il-vetturi jinħażnu u jiġu offruti għall-bejgħ lill-konsumaturi;

    (24)

    “materjal promozzjonali tekniku” tfisser manwali, fuljetti u katalogi tekniċi, kemm jekk f'sura stampata, elettronika jew online, kif ukoll websites, u li l-għan tagħhom ikun li jippromwovu l-vetturi fost il-pubbliku ġenerali.

    Artikolu 4

    Obbligi ġenerali tal-Istati Membri

    1.   Soġġett għad-dati tal-fażijiet ta' applikazzjoni stipulati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23 tad-Direttiva 2007/46/KE, l-Istati Membri għandhom jiċħdu, għal raġunijiet ta' livell permissibbli ta' ħoss, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward ta' tip ta' vettura bil-mutur li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

    2.   Mill-1 ta' Lulju 2016, l-Istati Membri għandhom jiċħdu, għal raġunijiet marbuta mal-livell permissibbli ta' ħoss, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward ta' tip ta' sistema ta' sajlenser ta' sostituzzjoni, jew komponenti minnha, bħala unità teknika separata li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

    L-Istati Membri għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet tat-tip tal-UE, skont it-termini tad-Direttiva 70/157/KEE, għal sistema ta' sajlenser ta' sostituzzjoni jew komponenti minnha, bħala unità teknika separata maħsuba għal vetturi tat-tip approvat qabel id-dati tal-fażijiet ta' applikazzjoni stipulati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

    3.   Soġġett għad-dati tal-fażijiet ta' applikazzjoni stipulati fl-Anness III għal dan ir-Regolament, għal raġunijiet relatati mal-livell permissibbli ta' ħsejjes, iċ-ċertifikati ta' konformità għal vetturi ġodda ma għandhomx jitqiesu mill-Istati Membri li għadhom validi għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u dawn għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' tali vetturi meta tali vetturi ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament.

    4.   L-Istati Membri għandhom jippermettu, għal raġunijiet marbuta mal-livell permissibbli ta' ħoss, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' sistema ta' sajlenser ta' sostituzzjoni, jew komponenti minnha, bħala unità teknika separata, jekk tikkonforma għal tip UE li fir-rigward tiegħu nħarġet approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament.

    L-Istati Membri għandhom jippermettu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' sistemi ta' sajlenser ta' sostituzzjoni jew komponenti tagħhom li għandhom approvazzjoni tat-tip tal-UE bħala unità teknika separata skont it-termini tad-Direttiva 70/157/KEE maħsuba għal vetturi tat-tip approvat qabel id-dati tal-fażijiet ta' applikazzjoni stipulati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 5

    Obbligi ġenerali tal-manifatturi

    1.   Il-manifatturi għandhom jassiguraw li vetturi, il-magni tagħhom u s-sistema ta' sajlenser tagħhom huma mfassla, mibnija u mmuntati b'tali mod li l-vetturi, meta f' użu normali, jikkonformaw ma' dan ir-Regolament, minkejja l-vibrazzjoni li minnha nfisha tali vetturi jkunu soġġetti għaliha.

    2.   Il-manifatturi għandhom jassiguraw li s-sistemi ta' sajlenser huma mfassla, mibnija u mmuntati b'tali mod li tkun tista' tirreżisti raġonevolment il-fenomeni korrożivi li jiġu esposti għalihom meta jitqiesu l-kundizzjonijiet tal-użu ta' vetturi, inklużi differenzi klimatiċi reġjonali.

    3.   Il-manifattur għandu jkun responsabbli quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess ta' approvazzjoni u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni, kemm jekk il-manifattur ikun involut direttament fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kif ukoll jekk le.

    Artikolu 6

    Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-emissjoni tal-ħoss (ASEP)

    1.   Dan l-Artikolu għandu japplika għal vetturi tal-kategoriji M1 u N1 mgħammra b'magna ta' kombustjoni interna li jkollha mmuntat sistemi tas-sajlenser tal-manifattur tat-tagħmir oriġinali kif ukoll sistemi tas-sajlenser ta' sostituzzjoni maħsuba għal tali kategoriji ta' vetturi skont l-l-Anness IX.

    2.   Il-vetturi u s-sistemi tas-sajlenser ta' sostituzzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness VII.

    3.   Il-vetturi u s-sistemi tas-sajlenser ta' sostituzzjoni għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti tal-Anness VII, mingħajr aktar ittestjar, jekk il-manifattur jipprovdi d-dokumenti tekniċi lill-awtorità tal-approvazzjoni li juru li d-differenza bejn il-veloċità massima u dik minima tal-magna tal-vetturi f'BB' kif imsemmi fil-Figura 1 tal-Appendiċi għall-Anness II, għal kull kundizzjoni tat-test ġewwa l-medda ta' kontroll ASEP definita fil-punt 2.3 tal-Anness VII, fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II, mhijiex aktar minn 0,15 x S.

    4.   L-emissjoni tal-ħoss tal-vettura jew tas-sistemi tas-sajlenser ta' sostituzzjoni f'kundizzjonijiet tipiċi ta' sewqan fit-triq, li huma differenti minn dawk li fihom sar it-test għall-approvazzjoni tat-tip stipulat fl-Anness II u fl-Anness VII, ma għandhomx jiddevjaw mir-riżultat tat-test b'mod sinifikanti.

    5.   Il-manifattur ma għandux jibdel, jaġġusta, jew jintroduċi intenzjonalment tagħmir mekkaniku, elettriku, termiku jew tagħmir ieħor jew proċedura li ma jitħaddmux waqt l-kondizzjonijiet ta' sewqan tipiċi fit-triq bl-intenzjoni biss li jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-emissjoni tal-ħsejjes skont dan ir-Regolament.

    6.   Fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip, il-manifattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni, stabbilita b'konformità mal-mudell mogħti fl-Appendiċi għall-Anness VII, li t-tip ta' vettura jew is-sistema ta' sajlenser ta' sostituzzjoni li għandha tiġi approvata tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu.

    7.   Il-paragrafi 1 sa 6 m'għandhomx japplikaw għal vetturi tal-kategorija N1 jekk tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    il-kapaċità tal-magna ma taqbiżx is-660 cm3 u l-proporzjon tal-qawwa mal-massa kkalkolat bl-użu tal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli ma jaqbiżx il-35;

    (b)

    it-tagħbija kummerċjali hija tal-anqas 850 kg u l-proporzjon tal-qawwa mal-massa kkalkolat bl-użu tal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli ma jaqbiżx l-40.

    Artikolu 7

    L-informazzjoni għall-konsumatur u t-tikkettjar

    Il-manifatturi u d-distributuri tal-vetturi għandhom jagħmlu sforz biex jiżguraw li l-livell ta' ħsejjes ta' kull vettura f'deċibel (dB(a)), imkejjel f'konformità ma' dan ir-Regolament, jintwera b'mod prominenti fil-post tal-bejgħ u f'materjal promozzjonali tekniku.

    Fid-dawl tal-esperjenza miskuba fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, fi żmien sentejn mill-1 ta' Lulju 2018, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni komprensiva tal-impatt rigward il-kondizzjonijiet tat-tikkettjar applikabbli għal-livelli ta' tniġġis tal-arja u t-tniġġis akustiku u l-informazzjoni għall-konsumaturi. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar is-sejbiet ta' dik il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġislattiva.

    Artikolu 8

    Sistema ta' Twissija Akustika tal-Vettura (AVAS)

    Il-manifatturi għandhom jinstallaw AVAS li jissodisfa r-rekwiżiti mogħtija fl-Anness VIII f'tipi ġodda ta' vetturi elettriċi ibridi u dawk elettriċi puri sal-1 ta' Lulju 2019. Il-manifatturi għandhom jinstallaw AVAS fil-vetturi ġodda kollha elettriċi ibridi u dawk elettriċi puri sal-1 ta' Lulju 2021. Qabel dawk id-dati, fejn il-manifatturi jagħżlu li jinstallaw AVAS fil-vetturi, huma għandhom jiżguraw li dawk AVAS jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VIII.

    Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 10 sabiex tirrieżamina l-Anness VIII u tinkludi aktar rekwiżiti dettaljati rigward il-prestazzjoni ta' AVAS jew għal sistemi attivi ta' sikurezza, b'kont meħud tal-ħidma tal-UNECE rigward dik il-kwistjoni sal-1 ta' Lulju 2017.

    Artikolu 9

    Emenda tal-annessi

    Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 10 biex temenda l-Annessi I, IV, VIII u X biex dawn jiġu adattati għall-progress tekniku.

    Artikolu 10

    Eżerċitar tad-delegazzjoni

    1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

    2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 8 u fl-Artikolu 9 għal perijodu ta' ħames snin mis-16 ta' Ġunju 2014.

    3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 8 u fl-Artikolu 9 tista' titħassar fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' tħassir għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att iddelegat diġà fis-seħħ.

    4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b'mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5.   Att iddelegat adottat skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 8 jew skont l-Artikolu 9 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f'perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 11

    Klawsola ta' reviżjoni

    Il-Kummissjoni għandha twettaq u tippubblika studju dettaljat dwar il-limiti tal-livell tal-ħoss sal-1 ta' Lulju 2021. L-istudju għandu jkun ibbażat fuq vetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti regolatorji l-aktar reċenti. Abbażi tal-konklużjonijiet ta' dak l-istudju, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tissottometti proposta leġislattiva.

    Artikolu 12

    Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

    L-Annessi IV, VI u XI għad-Direttiva 2007/46/KE għandhom jiġu emendati skont l-Anness XI għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 13

    Dispożizzjonijiet transizzjonali

    1.   Sabiex tivverifika l-konformità tal-korsa tat-test kif deskritt fil-punt 3.1.1 tal-Anness II, l-ISO 10844:1994 jista' jiġi applikat bħala alternattiva għall-ISO 10844:2011 sat-30 ta' Ġunju 2019.

    2.   Il-vetturi b'ingranaġġ tas-serje ibridu, li jkollhom magna tal-kombustjoni bl-ebda gganċjar mekkaniku għall-ingranaġġ, għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti tal-Artikolu 6 sat-30 ta' Ġunju 2019.

    Artikolu 14

    Tħassir

    1.   Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4), id-Direttiva 70/157/KEE titħassar b'effett mill-1 ta' Lulju 2027.

    2.   Ir-referenzi għad-Direttiva rrevokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni mogħtija fl-Anness XII ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 15

    Dħul fis-seħħ

    1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    2.   Huwa għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2016.

    3.   Il-punt 3.1.1 tal-Anness II għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2019.

    4.   Il-Parti B tal-Anness XI għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2027.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta' April 2014.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    M. SCHULZ

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. KOURKOULAS


    (1)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 76.

    (2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-20 ta' Frar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (3)  Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li tirrigwarda l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12).

    (4)  Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur. (ĠU L 42, 23.2.1970, p. 16).

    (5)  Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

    (6)  Regolament Nru 51 tal-Kummissjoni Ekonomika tal-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur li jkollhom mill-inqas erba' roti rigward l-emissjonijiet tal-ħoss tagħhom (ĠU L 137, 30.5.2007, p. 68).

    (7)  Regolament Nru 59 tal-Kummissjoni Ekonomika Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' sistemi ta' sajlensers ta' sostituzzjoni (ĠU L 326, 24.11.2006, p. 43).

    (8)  Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu ikunu iffittjati ma' u/jew ikunu wżati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet (Ftehim Rivedut tal-1958) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).

    (9)  Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1).

    (10)  Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

    (11)  Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta' Azzjoni tal-Komunità Ambjentali (ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1).

    (12)  ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 72.

    (13)  Regolament Nru 85 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' magni ta' kombustjoni interna jew ingranaġġi elettriċi maħsuba għall-propulsjoni ta' vetturi bil-mutur tal-kategoriji M u N fir-rigward tal-kejl ta' qawwa netta u l-30 minuta qawwa massima ta' ingranaġġi elettriċi (ĠU L 326, 24.11.2006, p. 55).


    LISTA TAL-ANNESSI

    L-Anness I

    Approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-livell tal-ħoss ta' tip ta' vettura

     

    Appendiċi 1

    Dokument ta' informazzjoni

     

    Appendiċi 2:

    Mudell ta' Ċertifikat għall-Approvazzjoni tat-Tip tal-UE

    Anness II

    Il-metodi u l-istrumenti biex jitkejjel il-ħoss mill-vetturi bil-mutur

     

    Appendiċi:

    Figuri

    Anness III

    Valuri limitu

    Anness IV

    Sistemi tas-sajlenser li fihom il-materjali fibrużi li jtaffu l-ħsejjes

     

    Appendiċi:

    Figura l — Apparat tat-test għall-kondizzjonament permezz tal-pulsazzjoni

    Anness V

    Il-ħoss tal-arja kkumpressata

     

    Appendiċi:

    Figura 1 — Il-pożizzjonijiet tal-mikrofoni għall-kejl tal-ħsejjes tal-aArja kkumpressata

    Anness VI

    Il-kontrolli dwar il-konformità tal-produzzjoni għall-vetturi

    Anness VII

    Metodu tal-kejl biex jevalwa l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-emissjoni tal-ħoss addizzjonali

     

    Appendiċi:

    Mudell ta' dikjarazzjoni tal-konformità mal-Emissjoni tal-Ħoss Addizzjonali Dispożizzjonijiet

    AnnessVIII

    Miżuri dwar is-Sistema ta' Twissija Akustika ta' Vettura (AVAS)

    Anness IX

    L-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-livell tal-ħoss ta' sistemi tas-sajlenser bħala unitajiet tekniċi separati (sistemi tas-sajlenser ta' sostituzzjoni)

     

    Appendiċi 1:

    Dokument ta' informazzjoni

     

    Appendiċi 2:

    Mudell ta' Ċertifikat għall-Approvazzjoni tat-Tip tal-UE

     

    Appendiċi 3:

    Mudell għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE

     

    Appendiċi 4:

    L-apparat tat-test

     

    Appendiċi 5:

    Il-punti tal-kejl — Kontrapressjoni

    Anness X

    Il-kontrolli fuq il-konformità tal-produzzjoni għal sistema tas-sajlenser ta' soluzzjoni bħala unità teknika separata

    Anness XI

    Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

    Anness XII

    Tabella ta' korrelazzjoni


    ANNESS I

    APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE FIR-RIGWARD TAL-LIVELL TAL-ĦOSS TA' TIP TA' VETTURA

    1.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE TA' TIP TA' VETTURA

    1.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE skont l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 2007/46/KE ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-livell tal-ħoss tagħha għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-vettura.

    1.2.   Mudell tad-dokument ta' informazzjoni jinsab fl-Appendiċi 1.

    1.3.   Vettura rappreżentattiva tat-tip li għalih tintalab l-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-vettura lis-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet. Fl-għażla tal-vettura rappreżentattiva tat-tip, is-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet għandu jagħmel hekk għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni. Il-metodi tal-ittestjar virtwali jistgħu jintużaw metodi tal-ittestjar virtwali biex jgħinu fit-teħid ta' deċiżjonijiet matul il-proċess tal-għażla.

    1.4   Fuq talba tas-servizz tekniku, għandhom jiġu ppreżentati wkoll kampjun tas-sistema tas-sajlenser u magna ta' mill-anqas l-istess kapaċità ċilindrika u qawwa massima nominali bħal dik installata fil-vettura li għaliha tintalab l-approvazzjoni tat-tip.

    2.   IL-MARKI

    2.1.   Il-komponenti tas-sistema tal-egżost u tad-dħul, minbarra l-biċċiet għall-immuntar u l-pajpijiet, għandu jkollhom il-marki li ġejjin:

    2.1.1.   il-marka kummerċjali jew l-isem tal-manifattur tas-sistemi u l-komponenti tagħhom;

    2.1.2.   id-deskrizzjoni kummerċjali tal-manifattur.

    2.2.   Dawn il-marki msemmija fil-punti 2.1.1 u 2.1.2 għandhom ikunu jinqraw b'mod ċar u ma jitħassrux, anki meta s-sistema titwaħħal mal-vettura.

    3.   L-GĦOTI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE GĦAL TIP TA' VETTURA

    3.1.   Jekk ir-rekwiżiti rilevanti jkunu ssodisfati, l-approvazzjoni tat-tip tal-UE f'konformità mal-Artikolu 9(3) u, jekk ikun applikabbli, l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2007/46/KE għandha tingħata.

    3.2.   L-Appendiċi 2 tinkludi mudell taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

    3.3.   Numru tal-approvazzjoni skont l-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE għandu jkun assenjat lil kull tip ta' vettura approvata. L-istess Stat Membru ma għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura.

    3.3.1.   Jekk it-tip ta' vettura jikkonforma mal-valuri ta' limitu tal-Fażi 1 fl-Anness III, it-Taqsima 3 tan-numru tal-approvazzjoni t-tip għandu jiġi segwit bl-ittra “A”. Jekk it-tip ta' vettura jikkonforma mal-valuri ta' limitu tal-Fażi 2 fl-Anness III, it-Taqsima 3 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip għandu jiġi segwit bl-ittra “B”. Jekk it-tip ta' vettura jikkonforma mal-valuri ta' limitu tal-Fażi 3 fl-Anness III, it-Taqsima 3 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip għandu jiġi segwit bl-ittra “C”.

    4.   EMENDI FL-APPROVAZZJONIJIET TAT-TIP UE

    Fil-każ ta' emendi għat-tip approvat skont dan ir-Regolament, għandhom japplikaw l-Artikoli 13, 14, 15, 16 u l-Artikolu 17(4) tad-Direttiva 2007/46/KE.

    5.   IL-KONFORMITÀ TAL-ARRANĠAMENTI TAL-PRODUZZJONI

    5.1.   Għandhom jittieħdu l-miżuri biex jiżguraw il-konformità tal-arranġamenti tal-produzzjoni skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/46/KE.

    5.2.   Dispożizzjonijiet speċjali:

    5.2.1.   It-testijiet stipulati fl-Anness VI għal dan ir-Regolament għandhom jikkorrispondu għal dawk imsemmija fil-punt 2.3.5 tal-Anness X tad-Direttiva 2007/46/KE.

    5.2.2.   Il-frekwenza tal-ispezzjonijiet imsemmija fil-punt 3 tal-Anness X tad-Direttiva 2007/46/KE normalment għandha tkun darba kull sentejn.

    Appendiċi 1

    Dokument ta' informazzjoni Nru … skont l-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE li Jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura fir-rigward tal-livell permissibbli tal-ħoss

    L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tiġi ppreżentata fi tliet kopji u għandha tinkludi werrej. Kull illustrazzjoni għandha tiġi ppreżentata fi skala xierqa u b'dettall suffiċjenti fuq daqs ta' A4 jew f'folder ta' format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom ikunu ddettaljati biżżejjed.

    Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati ikollhom il-kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar kif jaħdmu.

    0.   KUMMENTI ĠENERALI

    0.1.

    Id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

    0.2.

    Tip:

    0.3.

    Il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura (b):

    0.3.1.

    Fejn tinsab dik il-marka:

    0.4.

    Kategorija tal-vettura (c):

    0.5.

    Isem u indirizz tal-kumpannija tal-manifattur:

    0.8.

    L-isem jew l-ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar:

    0.9.

    L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti):

    1.   Il-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tal-vettura

    1.1.

    Ritratti u/jew illustrazzjonijiet ta' vettura rappreżentattiva:

    1.3.

    In-numru ta' fusien u roti (4):

    1.3.3.

    Fusien motorizzati (l-għadd, il-pożizzjoni, l-interkonnessjoni):

    1.6.

    Il-pożizzjoni u l-arranġament tal-magna:

    2.   IL-MASSA U D-DIMENSJONIJIET (f) (g) (7) (F'KG U MM) (IRREFERI GĦALL-ILLUSTRAZZJONI FEJN IKUN APPLIKABBLI)

    2.4.

    Firxa ta' dimensjonijiet tal-vettura (b'kollox):

    2.4.1.

    Għal xażi mingħajr karrozzerija:

    2.4.1.1.

    Tul (g5):

    2.4.1.2.

    Wisa' (g7):

    2.4.2.

    Għal xażi bil-karrozzerija:

    2.4.2.1.

    Tul (g5):

    2.4.2.2.

    Wisa' (g7):

    2.6.

    Massa f'kundizzjoni ta' sewqan (h)

    (a)

    minimu u massimu għal kull varjant:

    (b)

    massa ta' kull verżjoni (għandha tiġi pprovduta matriċi):

    2.8.

    Massa mgħobbija massima teknikament permissibbli mogħtija mill-manifattur (i) (3):

    3.   L-IMPJANT TA' PROPULSJONI (q)

    3.1.

    Il-Manifattur tal-magna:

    3.1.1.

    Kodiċi tal-magna tal-manifattur (kif immarkata fuq il-magna, jew xi mezz ieħor ta' identifikazzjoni):

    3.2.

    Magna li taħdem bil-kombustjoni interna

    3.2.1.1.

    Prinċipju ta' tħaddim: positive ignition/compression ignition, ċiklu four stroke/two stroke/idur (1)

    3.2.1.2.

    In-numru u t-tqassim taċ-ċilindri:

    3.2.1.2.3.

    L-ordni kif jinxtegħlu:

    3.2.1.3.

    Il-kapaċità tal-magna (m): … cm3

    3.2.1.8.

    Il-qawwa netta massima (n): … kW fuq … min–1 (valur dikjarat mill-manifattur)

    3.2.4.

    L-alimentazzjoni tal-fjuwil

    3.2.4.2.

    Bl-injezzjoni tal-fjuwil (compression ignition biss): iva/le (1)

    3.2.4.2.2.

    Prinċipju ta' tħaddim: Injezzjoni diretta/pre-chamber/swirl chamber (1)

    3.2.4.2.4.

    Regolatur

    3.2.4.2.4.1.

    Tip:

    3.2.4.2.4.2.1.

    Il-veloċità li biha jibda l-qtugħ taħt tagħbija: … min–1

    3.2.4.3.

    Bl-injezzjoni tal-fjuwil (positive ignition biss): iva/le (1)

    3.2.4.3.1.

    Prinċipju ta' tħaddim: Manifold tad-dħul (injezzjoni singola/minn punti diversi (1)/diretta/ta' tip ieħor (speċifika) (1)

    3.2.8.

    Is-sistema tal-bokka (dħul tal-arja)

    3.2.8.1.

    Ċarġer tal-pressjoni: iva/le (1)

    3.2.8.4.2.

    Il-filtru tal-arja, illustrazzjonijiet:

    3.2.8.4.2.1.

    Id-ditta jew ditti:

    3.2.8.4.2.2.

    It-tip(i):

    3.2.8.4.3.

    Is-sajlenser tal-bokka (dħul tal-arja), illustrazzjonijiet: jew

    3.2.8.4.3.1.

    Id-ditta jew ditti:

    3.2.8.4.3.2.

    It-tip(i):

    3.2.9.

    Sistema tas-sajlenser

    3.2.9.2.

    Deskrizzjoni u/jew illustrazzjoni tas-sistema tas-sajlenser:

    3.2.9.4.

    Is-sajlenser(s) tal-egżost:

    Tip, immarkar tas-sajlenser(s) tal-egżost:

    Fejn rilevanti għall-ħsejjes esterni, it-tnaqqis ta' miżuri fil-kompartiment tal-magna u fuq il-magna:

    3.2.9.5.

    Fejn tinsab il-bokka tal-ħruġ tal-egżost:

    3.2.9.6.

    Sajlenser tal-egżost li jkun fih materjali fibrużi:

    3.2.12.2.1.

    Konvertitur katalittiku: iva/le (1)

    3.2.12.2.1.1.

    L-għadd ta' konvertituri u elementi katalittiċi (ipprovdi l-informazzjoni hawn taħt għal kull unità separata):

    3.2.12.2.6.

    Filtru tal-partikolati: iva/le (1)

    3.3.

    Mutur tal-elettriku

    3.3.1.

    It-tip (koljatura, eċċitazzjoni):

    3.3.1.1.

    Qawwa massima fis-siegħa: … kW

    3.3.1.2.

    Voltaġġ tat-tħaddim: … V

    3.4.

    Magni jew muturi jew taħlitiet tagħhom:

    3.4.1.

    Vettura elettrika ibrida: iva/le (1)

    3.4.2.

    Il-kategorija ta' vettura ibrida elettrika: iċċarġjar estern/iċċarġjar mhux estern (1)

    3.4.3

    Swiċċ għall-modalità ta' tħaddim: bi/mingħajr (1)

    3.4.3.1.

    Modalitajiet li jistgħu jingħażlu

    3.4.3.1.1.

    Purament elettrika: iva/le (1)

    3.4.3.1.2.

    Purament bil-konsum tal-fjuwil: iva/le (1)

    3.4.3.1.3.

    Modalitajiet ibridi: iva/le (1) (jekk iva, deskrizzjoni qasira):

    3.4.5.

    Mutur elettriku (iddeskrivi kull tip ta' mutur elettriku separatament)

    3.4.5.1.

    Ditta:

    3.4.5.2.

    Tip:

    3.4.5.4.

    Il-qawwa massima: … kW

    4.   IT-TRASMISSJONI (p)

    4.2.

    It-tip (mekkanika, idrawlika, elettrika, eċċ):

    4.6.

    Il-proporzjonijiet tal-ingranaġġ

    Ger

    Il-proporzjonijiet interni tal-kaxxa tal-gerijiet

    (proporzjonijiet tat-tidwir tax-xaft tal-magna mat-tidwir tal-kaxxa tal-gerijiet)

    Proporzjon(ijiet) finali tat-trasmissjoni

    (il-proporzjon tat-tidwir tax-xaft tal-gerijiet mat-tidwir tar-rota mħaddma)

    Total tal-proporzjonijiet tal-gerijiet

    Massimu għal CVT (*)

    1

    2

    3

    Minimu għal CVT (*)

    Sewqan b'lura

     

     

     

    4.7.

    Veloċità massima proġettata tal-vettura (km/h) (q):

    6.   IS-SOSPENSJONI

    6.6.

    It-tajers u r-roti

    6.6.1.

    Il-kombinazzjoni(jiet) tat-tajers/tar-roti

    (a)

    għat-tajers indika d-daqs nominali, l-indiċi tal-kapaċità tat-tagħbija u s-simbolu tal-kategorija tal-veloċità,

    (b)

    għar-roti indika d-daqs(ijiet) tar-rimm u l-offset(s)

    6.6.2.

    Il-limiti superjuri u inferjuri tar-radji tad-dawrien

    6.6.2.1.

    Fus 1:

    6.6.2.2.

    Fus 2:

    6.6.2.3.

    Fus 3:

    6.6.2.4.

    Fus 4:

    eċċ.

    9.   KARROZZERIJA

    9.1.

    It-tip ta' karrozzerija bl-użu tal-kodiċijiet definiti fil-Parti C tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE:

    9.2.

    Il-materjali użati u l-metodu ta' kostruzzjoni:

    12.   MIXXELLANJI

    12.5.

    Dettalji ta' kull tagħmir mhux tal-magna maħsub biex inaqqas il-ħsejjes (jekk mhux kopert minn punti oħra):

    Data:

    Iffirmat:

    Kariga fil-kumpannija:


    (*)  Trasmissjoni kontinwament varjabbli

    Appendiċi 2

    Mudell taċ-Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE

    (Format Massimu: A4 (210 × 297 mm))

    Timbru tal-awtorità ta' approvazzjoni

    Komunikazzjoni li tikkonċerna

    l-approvazzjoni tat-tip (1)

    l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip (1)

    iċ-ċaħda tal-approvazzjoni tat-tip (1)

    l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip (1)

    ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-livell ta' ħoss (Regolament (UE) Nru 540/2014).

    In-numru tal-approvazzjoni tat-tip:

    Raġuni għall-estensjoni:

    TAQSIMA I

    0.1.

    Id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

    0.2.

    Tip:

    0.3.

    Il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura (2):

    0.3.1.

    Fejn tinsab dik il-marka:

    0.4.

    Il-kategorija tal-vettura (3):

    0.5.

    Isem u indirizz tal-kumpannija tal-manifattur:

    0.8.

    L-isem jew l-ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar:

    0.9.

    L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti):

    TAQSIMA II

    1.

    Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): Ara l-Addendum

    2.

    Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:

    3.

    Id-data tar-rapport tat-test:

    4.

    In-numru tar-rapport tat-test:

    5.

    Rimarki (jekk ikun hemm): Ara l-Addendum

    6.

    Post:

    7.

    Data:

    8.

    Firma:

    Dokumenti mehmużin:

    Pakkett ta' tagħrif

     

    Rapport dwar it-test (għal sistemi)/Riżultati tat-test (għal vetturi sħaħ)


    (1)  Ħassar fejn mhux applikabbli.

    (2)  Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta' vettura koperti biċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu:’?’ (eż. ABC??123??).

    (3)  Kif iddefinit fl-Anness IIA tad-Direttiva 2007/46/KE.

    Addendum

    għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE Nru …

    1.   Informazzjoni addizzjonali

    1.1.

    L-impjant tal-enerġija

    1.1.1.

    Il-Manifattur tal-magna:

    1.1.2.

    Il-kodiċi tal-magna tal-manifattur:

    1.1.3.

    Potenza netta massima (g): … kW fuq … min-1 jew qawwa nominali massima kontinwa (mutur tal-elettriku) … kW (1)

    1.1.4.

    Ċarġer(s) tal-pressjoni, ditta u tip:

    1.1.5.

    Filtru tal-arja, ditta u tip:

    1.1.6.

    Sajlenser(s) tad-dħul, ditta u tip:

    1.1.7.

    Sajlenser(s) tal-egżost, ditta u tip:

    1.1.8.

    Katalizzatur(i), ditta u tip:

    1.1.9.

    Filtru jew filtri tal-partikolati, ditta u tip:

    1.2.

    It-trasmissjoni

    1.2.1.

    It-tip (mekkanika, idrawlika, elettrika, eċċ):

    1.3.

    Aġġeġġi mhux tal-magna ddisinjati biex inaqqsu l-ħsejjes:

    2.   Riżultati tat-testijiet

    2.1.

    Il-livell tal-ħoss ta' vettura li qed tiċċaqlaq: … dB(A)

    2.2.

    Il-livell tal-ħoss ta' vettura wieqfa: … dB(A) fuq … min-1

    2.2.1.

    Il-livell tal-ħoss tal-arja kkompressata, brejk tas-servizz: … dB(A)

    2.2.1.

    Il-livell tal-ħoss tal-arja kkompressata, brejk tal-ipparkjar: … dB(A)

    2.2.1.

    Il-livell tal-ħoss tal-arja kkompressata, waqt l-attwazzjoni tar-regolatur tal-pressjoni: … dB(A)

    2.3.

    Data li tiffaċilita t-test tal-konformità waqt l-użu ta' vetturi elettriċi ibridi, fejn magna bil-kombustjoni interna ma tistax taħdem meta l-vettura tkun wieqfa

    2.3.1.

    Il-ger (i) jew il-pożizzjoni tas-selezzjonatur tal-ger magħżul għat-test:

    2.3.2.

    Il-pożizzjoni tas-swiċċ operattiv matul il-kejl ta' Lwot,(i) (jekk is-swiċċ ikun imwaħħal)

    2.3.3.

    It-tul qabel l-aċċelerazzjoni lPA … m

    2.3.4.

    Veloċità tal-vettura fil-bidu tal-aċċelerazzjoni … km/h

    2.3.5.

    Il-livell ta' pressjoni tal-ħoss Lwot,(i) … dB(A)

    3.   Rimarki:


    (1)  Ħassar fejn mhux applikabbli.


    ANNESS II

    IL-METODI U L-ISTRUMENTI BIEX JITKEJJEL IL-ĦOSS MILL-VETTURI BIL-MUTUR

    1.   METODI TA' KEJL

    1.1.   Il-ħoss mit-tip ta' vettura mressaq għall-approvazzjoni tat-tip UE għandu jitkejjel biż-żewġ metodi li ġew deskritti f'dan l-Anness għall-vettura miexja u għall-vettura wieqfa. Fil-każ ta' vettura elettrika ibrida li għandha magna tal-kombustjoni interna li ma tistax taħdem meta l-vettura tkun wieqfa, il-ħoss li tagħmel għandu jitkejjel biss meta tkun miexja.

    Il-vetturi li jkollhom massa mgħobbija massima teknikament permissibbli li taqbeż l-2 800 kg għandhom ikunu soġġetti għal kejl addizzjonali tal-ħoss tal-arja kkompressata bil-vettura wieqfa skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness V, jekk it-tagħmir korrispondenti tal-brejkijiet ikun parti mill-vettura.

    1.2.   Il-valuri mkejla skont it-testijiet mogħtija fil-punt 1.1 ta' dan l-Anness għandhom jitniżżlu fir-rapport dwar it-test u fuq formola li tikkonforma mal-mudell li jinsab fl-Appendiċi 2 tal-Anness I.

    2.   L-ISTRUMENTI TAL-KEJL

    2.1.   Il-kejl akustiku

    L-apparat li jintuża biex jitkejjel il-livell tal-ħoss għandu jkun miter ta' preċiżjoni tal-livell tal-ħoss jew sistema ta' kejl ekwivalenti li tissodisfa r-rekwiżiti tal-istrumenti tal-klassi 1 (inkluż il-windskrin rakkomandat, jekk jintuża). Dawk ir-rekwiżiti huma deskritti fl-“IEC 61672-1:2002: Precision sound level meters”, it-tieni edizzjoni, tal-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC).

    Il-kejl għandu jsir billi tintuża r-reazzjoni “rapida” tal-istrument tal-kejl akustiku u l-kurva tal-ponderazzjoni “A” deskritta wkoll fl-“IEC 61672-1:2002”. Meta tintuża sistema li tinkludi monitoraġġ perjodiku tal-livell ponderat A tal-pressjoni tal-ħoss, għandu jittieħed qari f'intervall ta' ħin mhux itwal minn 30 ms (millisekonda).

    L-istrumenti għandhom jinżammu f'kundizzjoni tajba u jiġu kkalibrati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-istrument.

    2.2.   Konformità mar-rekwiżiti

    Il-konformità tal-istrumentazzjoni tal-kejl akustiku għandha tkun ivverifikata permezz tal-eżistenza ta' ċertifikat validu ta' konformità. Ċertifikat ta' konformità għandu jitqies bħala validu jekk iċ-ċertifikazzjoni ta' konformità mal-istandards tkun twettqet fit-12-il xahar preċedenti għal strument tal-kalibrazzjoni tal-ħoss u fil-perijodu preċedenti ta' 24 xahar għas-sistema ta' strumentazzjoni. Kull ittestjar għall-konformità għandu jitwettaq minn laboratorju, li jkun awtorizzat iwettaq il-kalibrazzjonijiet li jistgħu jitqabblu mal-istandards xierqa.

    2.3.   Il-kalibrazzjoni tas-Sistema ta' Kejl Akustiku kollha għal sessjoni ta' kejl

    Fil-bidu u fit-tmiem ta' kull sessjoni ta' kejl, is-sistema ta' kejl akustiku kollha għandha tiġi verifikata permezz ta' kalibratur tal-ħoss li jikkonforma mar-rekwiżiti għall-kalibraturi tal-ħoss tal-klassi ta' preċiżjoni 1 kif stipulat fl-IEC 60942: 2003. Mingħajr ebda aġġustament ieħor, id-differenza bejn il-qari għandha tkun ta' 0,5 dB jew inqas. Jekk dak il-valur jinqabeż, ir-riżultati tal-kejl miksuba wara l-kontroll sodisfaċenti preċedenti ma għandhomx jitqiesu.

    2.4.   L-istrumentazzjoni għall-kejl tal-veloċità

    Il-veloċità tal-magna għandha titkejjel bi strumentazzjoni li għandha preċiżjoni ta' ± 2 % jew aħjar bil-veloċitajiet tal-magna meħtieġa għall-kejl li qed isir.

    Il-veloċità fit-triq tal-vettura għandha titkejjel bi strumentazzjoni li jkollha preċiżjoni ta' mill-inqas ± 0,5 km/h, meta jintużaw strumenti ta' kejl kontinwu.

    Jekk l-ittestjar juża kejl indipendenti tal-veloċità, din l-istrumentazzjoni għandha tissodisfa l-limiti ta' speċifikazzjoni ta' mill-inqas ± 0,2 km/h.

    2.5.   Strumentazzjoni meteoroloġika

    L-istrumentazzjoni meteoroloġika li tintuża għall-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet ambjentali matul it-test għandha tinkludi l-istrumenti li ġejjin, li jissodisfaw tal-inqas il-preċiżjoni tal-kejl elenkata hawn taħt:

    strument għall-kejl tat-temperatura, ± 1 °C;

    strument għall-kejl tal-veloċità tar-riħ, ± 1,0 m/s;

    strument għall-kejl tal-pressjoni barometrika, ± 5 hPa;

    strument għall-kejl tal-umdità relattiva, ± 5 %.

    3.   IL-KUNDIZZJONIJIET TAL-KEJL

    3.1.   Is-sit tat-test u l-kundizzjonijiet ambjentali

    3.1.1.   Il-wiċċ tal-korsa tat-test u d-dimensjonijiet tas-sit tat-test għandhom ikunu konformi mal-ISO 10844:2011. Il-wiċċ tas-sit ma għandux ikollu fuqu borra friska, ħaxix għoli, ħamrija ratba jew irmied. Ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu li jista' jaffetwa l-kamp akustiku fil-viċinanzi tal-mikrofonu u tas-sors tal-ħoss. L-osservatur li jkun qed jieħu l-kejl għandu jpoġġi f'post li ma jaffettwax il-qari tal-istrument li jieħu l-kejl.

    3.1.2.   Il-kejl ma għandux isir f'kundizzjonijiet tat-temp ħżiena. Irid ikun żgurat li r-riżultati ma jkunux affetwati minn buffuri tar-riħ.

    L-istrumentazzjoni meteoroloġika għandha titqiegħed f'pożizzjoni qrib iż-żona tat-test f'għoli ta' 1,2 m ± 0,02 m. Il-kejl għandu jittieħed meta t-temperatura tal-arja ambjentali tkun bejn +5 °C u +40 °C.

    It-testijiet ma għandhomx jitwettqu jekk il-veloċità tar-riħ, inklużi l-buffuri, fl-għoli tal-mikrofonu taqbeż il-5 m/s, matul l-intervall tal-kejl tal-ħoss.

    Waqt l-intervall tal-kejl tal-ħoss għandu jkun irreġistrat valur rappreżentattiv tat-temperatura, tal-veloċità u d-direzzjoni tar-riħ, tal-umdità relattiva, u tal-pressjoni barometrika.

    Meta jittieħed il-qari, kull livell għoli ta' ħoss li jidher li mhux relatat mal-karatteristiċi tal-livell ġenerali tal-ħsejjes tal-vettura għandu jkun injorat.

    Il-ħsejjes fl-isfond għandhom jitkejlu għal 10 sekondi immedjatament qabel u wara serje ta' testijiet fuq vettura. Il-kejl għandu jsir bl-istess mikrofoni mpoġġijin fl-istess pożizzjonijiet li ntużaw matul it-test. Għandu jiġi rrappurtat il-livell massimu tal-pressjoni tal-ħoss b'ponderazzjoni A.

    Il-ħsejjes fl-isfond (inkluż kull ħoss tar-riħ) għandu jkun mill-inqas 10 dB taħt il-livell tal-pressjoni tal-ħoss b'ponderazzjoni A prodott mill-vettura li qed tiġi ttestjata. Jekk id-differenza bejn il-ħsejjes ambjentali u l-ħoss imkejjel ikun bejn 10 u 15 dB(A), biex jiġu kkalkulati r-riżultati tat-test għandha titnaqqas il-korrezzjoni rilevanti mill-qari fuq il-miter tal-livell tal-ħoss, bħal fit-tabella li ġejja:

    Id-differenza bejn il-ħsejjes ambjentali u l-ħoss li għandu jitkejjel dB(A)

    10

    11

    12

    13

    14

    15

    Il-korrezzjoni dB(A)

    0,5

    0,4

    0,3

    0,2

    0,1

    0,0

    3.2.   Il-vettura

    3.2.1.   Il-vettura ttestjata għandha tkun rappreżentattiva tal-vetturi li għandhom jitqiegħdu fis-suq u tingħażel mill-manifattur bi qbil mas-servizz tekniku, biex jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Il-kejl għandu jsir mingħajr karru, ħlief fil-każ ta' vetturi li ma jistgħux jiġu sseparati. Fuq talba tal-manifattur il-kejl jista' jsir fuq vetturi b'fus(ien) li jintrefgħu f'pożizzjoni mgħollija.

    Il-kejl għandu jsir fuq vetturi bil-massa tat-test mt speċifikata skont it-tabella li ġejja:

    Kategorija tal-vettura

    Massa tat-test tal-vettura (mt)

    M1

    mt = mro

    N1

    mt = mro

    N2, N3

    mtt = 50 kg għal kull kW tal-qawwa nominali tal-magna

    It-tagħbija miżjuda biex tintlaħaq il-massa tat-test tal-vettura għandha titqiegħed fuq in-naħa tal-fus(ien) motorizzati ta' wara. It-tagħbija żejda hija limitata għal 75 % tal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli għall-fus ta' wara. Il-massa tat-test għandha tinkiseb b'tolleranza ta' ± 5 %.

    Jekk iċ-ċentru tal-gravità tat-tagħbija miżjuda ma jistax jiġi allinjat maċ-ċentru tal-fus ta' wara, il-massa tat-test tal-vettura ma għandhiex taqbeż it-total tat-tagħbija tal-fus ta' quddiem u tal-fus ta' wara f'kundizzjoni mhux mgħobbija flimkien mat-tagħbija miżjuda.

    Il-massa tat-test għall-vetturi b'aktar minn żewġ fusien għandha tkun l-istess bħal dik għall-vetturi b'żewġ fusien.

    M2, M3

    mt = mro — il-massa tal-membru tal-ekwipaġġ (fejn japplika)

    jew, jekk it-testijiet isiru fuq vettura mhux kompluta mingħajr karrozzerija,

    mt = 50 kg kull kW ta' qawwa nominali tal-magna rispettivament f'konformità mal-kondizzjonijiet ta' hawn fuq (ara l-kategorija N2, N3).

    3.2.2.   Fuq talba tal-applikant il-vettura ta' kategorija M2, M3, N2 jew N3 għandha titqies bħala rappreżentattiva tat-tip komplut tagħha jekk it-testijiet isiru fuq vettura mhux kompluta mingħajr karrozzerija. Fit-test fuq vettura mhux kompluta l-materjali kollha rilevanti li jeliminaw il-ħsejjes, pannelli u komponenti u sistemi li jnaqqsu l-ħsejjes għandhom jitwaħħlu fuq il-vettura kif imfassla mill-manifattur ħlief għal parti tal-karrozzerija li titwaħħal fi stadju aktar tard.

    Ma għandux ikun meħtieġ test ġdid minħabba t-twaħħil ta' tank tal-fjuwil supplimentari jew rilokazzjoni tat-tank tal-fjuwil oriġinali bil-kundizzjoni li l-partijiet jew l-istrutturi l-oħra tal-vettura li jidhru li jaffettwaw l-emissjonijiet tal-ħoss ma jkunux inbidlu.

    3.2.3.   L-emissjonijiet tal-ħoss mid-dawrien tat-tajers huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 661/2009. It-tajers li għandhom jintużaw għat-test għandhom ikunu rappreżentattivi għall-vettura u għandhom jingħażlu mill-manifattur tal-vettura u jiġu rreġistrati fl-Addendum għall-Appendiċi 2 tal-Anness I għal dan ir-Regolament. Għandhom jikkorrispondu għal wieħed mid-daqsijiet tat-tajers maħsuba għall-vettura bħala tagħmir oriġinali. It-tajer huwa jew ser ikun kummerċjalment disponibbli fis-suq fl-istess żmien bħall-vettura (1). It-tajers għandhom jintefħu għall-pressjoni rakkomandata mill-manifattur tal-vettura għall-massa tat-test tal-vettura. It-tajers għandhom ikollhom mill-inqas fond ta' 1,6 mm fir-rigi tal-wiċċ.

    3.2.4.   Qabel ma jibda jittieħed il-kejl, il-magna għandha tinġieb għall-kundizzjonijiet operattivi normali tagħha.

    3.2.5.   Jekk il-vettura tingaġġja b'aktar minn żewġ roti, għandha tiġi ttestjata bl-ingaġġ li għalih hija maħsuba għall-użu normali fit-triq.

    3.2.6.   Jekk il-vettura tkun mgħammra b'fann wieħed jew aktar li jkollhom mekkaniżmu ta' attwazzjoni awtomatiku, din is-sistema ma għandhiex tkun imbagħbsa waqt il-kejl.

    3.2.7.   Jekk il-vettura tkun mgħammra b'sistema tas-sajlenser li fiha materjali fibrużi, is-sistema tal-egżost għandha tiġi kundizzjonata qabel it-test f'konformità mal-Anness IV.

    4.   IL-METODI TAL-ITTESTJAR

    4.1.   Il-kejl tal-ħsejjes tal-vetturi waqt is-sewqan

    4.1.1.   Il-kundizzjonijiet ġenerali tat-test

    Żewġ linji, AA' u BB', paralleli għal-linja PP' u li jinsabu rispettivament 10 m 'il quddiem u 10 m lura mil-linja PP' għandhom ikunu mmarkati fuq il-korsa tat-test.

    Għandu jittieħed kejl tal-inqas erba' darbiet fuq kull naħa tal-vettura u għal kull ger. Il-kejl preliminari jista' jsir għal finijiet ta' aġġustament, imma għandu jitwarrab.

    Il-mikrofonu għandu jitqiegħed f'distanza ta' 7,5 m ± 0,05 m mil-linja ta' referenza CC' tal-mogħdija u 1,2 m ± 0,02 m 'il fuq mill-art.

    L-assi ta' referenza għal kundizzjonijiet ta' użu normali fit-triq (ara l-IEC 61672-1:2002) għandu jkun orizzontali u dirett b'mod perpendikulari lejn il-mogħdija tal-linja CC' tal-vettura.

    4.1.2.   Il-kundizzjonjiet speċifiċi tat-test għall-vetturi

    4.1.2.1.   Il-vetturi tal-kategorija M1, M2 ≤ 3 500 kg, N1

    Il-mogħdija tal-linja ċentrali tal-vettura għandha ssegwi l-linja CC' mill-aktar qrib possibbli matul it-test kollu, minn meta l-vettura tavviċina l-linja AA' sakemm il-parti ta' wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB'. Jekk il-vettura tingaġġja b'aktar minn żewġ roti, għandha tiġi ittestjaha fl-għażla tal-ingaġġ li għalih hija maħsuba għall-użu normali fit-triq.

    Jekk il-vettura hija mgħammra bi trasmissjoni manwali awżiljarja jew b'fus b'diversi ġerijiet, għandha tintuża l-pożizzjoni għas-sewqan normali urban. Fil-każijiet kollha, għandhom ikunu esklużi l-proporzjonijiet tal-ger għal movimenti bil-mod, għall-ipparkjar jew għal meta jintużaw il-brejkijiet.

    Il-massa tat-test tal-vettura għandha tkun dik mogħtija fit-Tabella fil-punt 3.2.1

    Il-veloċità tat-test vtest hija 50 km/h ± 1 km/h. Il-veloċità tat-test għandha tintlaħaq meta l-punt ta' referenza jkun mal-linja PP'.

    4.1.2.1.1.   L-indiċi tal-proporzjon tal-qawwa mal-massa (PMR)

    Il-PMR huwa kkalkolat skont il-formula li ġejja:

    PMR = (Pn/mt) × 1 000 fejn Pn jitkejjel f'kW u mt jitkejjel f'kg f'konformita' mal-punt 3.2.1 ta' dan l-Anness.

    PMR, mingħajr dimensjoni, jintuża għall-kalkolu tal-aċċelerazzjoni.

    4.1.2.1.2.   Il-kalkolu tal-aċċelerazzjoni

    Il-kalkoli tal-aċċelerazzjoni huma applikabbli biss għall-kategoriji M1, N1 u M2 ≤ 3 500 kg.

    L-aċċelerazzjonijiet kollha jiġu kkalkulati billi jintużaw veloċitajiet differenti tal-vettura fuq il-korsa tat-test. Il-formuli mogħtija jintużaw għall-kalkolu ta' awot i, awot i+1 u awot test. Il-veloċità mal-linja AA jew mal-linja PP' hija ddefinita bħala l-veloċità tal-vettura meta l-punt ta' referenza jgħaddi l-linja AA' (vAA') jew il-linja PP' (vPP'). Il-veloċità mal-linja BB' hija ddefinita meta l-parti ta' wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB' (vBB'). Il-metodu li jintuża għall-kalkolu tal-aċċelerazzjoni għandu jkun indikat fir-rapport tat-test.

    Minħabba d-definizzjoni tal-punt ta' referenza għall-vettura, it-tul tal-vettura (lveh) jitqies b'mod differenti fil-formula ta' hawn taħt. Jekk il-punt ta' referenza jkun il-parti ta' quddiem tal-vettura, allura l = lveh, nofs: l = 1/2 lveh u wara: l = 0.

    4.1.2.1.2.1   Il-proċedura tal-kalkolu għall-vetturi bi trasmissjoni manwali, trasmissjoni awtomatika, trasmissjonijiet adattivi u trasmissjonijiet kontinwament varjabbli (CVTs) ittestjati bi proporzjonijiet tal-ger illokkjati hija kif ġej:

    awot test = ((vBB'/3,6)2 – (vAA'/3,6)2)/(2 * (20+l))

    awot test użat fid-determinazzjoni tal-għażla tal-ger għandu jkun il-medja tal-erba' awot test, i waqt kull prova ta' kejl valida.

    Tista' tintuża l-preaċċelerazzjoni. Il-punt meta jingħafas l-aċċeleratur qabel il-linja AA' għandu jitniżżel fir-rapport tat-test.

    4.1.2.1.2.2.   Il-proċedura ta' kalkolu għall-vetturi bi trasmissjonijiet awtomatiċi, trasmissjonijiet adattivi u CVTs ittestjati bi proporzjonijiet tal-ger mhux illokkjati hija kif ġej:

    awot test użat fid-determinazzjoni tal-għażla tal-ger għandu jkun il-medja tal-erba' awot test, i waqt kull prova ta' kejl valida.

    Jekk l-istrumenti jew il-kejl deskritti fil-punt 4.1.2.1.4.2 jistgħu jintużaw għall-kontroll tat-tħaddim tat-trażmissjoni sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tat-test, awot test għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-formola li ġejja:

    awot test = ((vBB'/3,6)2 – (vAA'/3,6)2)/(2 * (20+l))

    Tista' tintuża l-preaċċelerazzjoni:

    Jekk ma jintużawx l-istrumenti jew il-kejl deskritti fil-punt 4.1.2.1.4.2, awot test għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-formola li ġejja:

    awot_test PP-BB = ((vBB'/3,6)2 – (vPP'/3,6)2)/(2 * (10+l))

    awot_test PP-BB : aċċelerazzjoni bejn il-punt PP u BB

    Ma għandhiex tintuża l-preaċċelerazzjoni.

    Il-post fejn jingħafas l-aċċeleratur għandu jkun fejn il-punt ta' referenza tal-vettura jgħaddi l-linja AA'.

    4.1.2.1.2.3   L-aċċelerazzjoni mmirata

    L-aċċelerazzjoni mmirata a urban tiddefinixxi l-aċċelerazzjoni tipika fit-traffiku urban u hija derivata minn investigazzjonijiet statistiċi. Hija funzjoni li tiddependi mill-PMR ta' vettura.

    L-aċċelerazzjoni mmirata a urban għandha tiġi kkalkolata bl-użu tal-formola li ġejja:

    a urban = 0,63 * log10 (PMR) – 0,09

    4.1.2.1.2.4.   L-aċċelerazzjoni ta' referenza

    L-aċċelerazzjoni ta' referenza awot ref tiddefinixxi l-aċċellerazzjoni meħtieġa waqt it-test tal-aċċelerazzjoni fuq il-korsa tat-test. Hija funzjoni li tiddependi mill-PMR ta' vettura. Dik il-funzjoni hija differenti għal kategoriji speċifiċi ta' vetturi.

    L-aċċelerazzjoni ta' referenza awot ref għandha tiġi kkalkolata bl-użu tal-formola li ġejja:

     

    a wot ref = 1,59 * log10 (PMR) – 1,41 għal PMR ≥ 25

     

    a wot ref = a urban = 0,63 * log10 (PMR) – 0,09 għal PMR < 25

    4.1.2.1.3.   Fattur tal-qawwa parzjali kP

    Il-fattur tal-qawwa parzjali kP (ara l-punt 4.1.3.1) jintuża għall-kombinazzjoni ponderata tar-riżultati tat-testijiet tat-test tal-aċċelerazzjoni u tat-test bil-veloċità kostanti għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1.

    F'każijiet li mhumiex ta' test b'ger wieħed għandha tintuża a wot ref minflok a wot test (ara l-punt 4.1.3.1).

    4.1.2.1.4.   L-għażla tal-proporzjon tal-ger

    L-għażla tal-proporzjonijiet tal-ger għat-test tiddependi mill-potenzjal għall-aċċelerazzjoni speċifiku tagħhom awot bl-aċċeleratur miftuħ kollu, skont l-aċċellerazzjoni ta' referenza awot ref meħtieġa għat-test tal-aċċelerazzjoni bl-aċċeleratur miftuħ kollu.

    Xi vetturi jista' jkollhom programmi ta' softwer jew modi ta' trażmissjoni differenti (pereżempju sportiva, tax-xitwa, adattiva). F'każi fejn il-vettura jkollha modi differenti li jwasslu għal aċċelerazzjonijiet validi, il-manifattur tal-vettura għandu jagħti prova għas-sodisfazzjon tas-servizz tekniku li l-vettura qed tiġi ttestjata bil-mod li jikseb aċċelerazzjoni li tkun l-eqreb lejn a wot ref.

    4.1.2.1.4.1.   Vetturi bi trasmissjonijiet manwali, trasmissjonijiet awtomatiċi, trasmissjonijiet adattivi jew CVTs ittesjati bi proporzjonijiet tal-ger illokkjati

    Huma possibbli l-kundizzjonijiet li ġejjin għall-għażla tal-proporzjonijiet tal-ger:

    (a)

    jekk proporzjon tal-ger speċifiku jagħti aċċelerazzjoni f'faxxa ta' tolleranza ta' ± 5 % tal-aċċelerazzjoni ta' referenza awot ref, mingħajr ma jinqabżu 2,0 m/s2, ittestja b'dak il-proporzjon tal-ger.

    (b)

    jekk l-ebda wieħed mill-proporzjonijiet tal-ger ma jagħti l-aċċelerazzjoni meħtieġa, mela agħżel proporzjon tal-ger i, b'aċċelerazzjoni akbar u proporzjon tal-ger i + 1, b'aċċelerazzjoni inqas mill-aċċelerazzjoni ta' referenza. Jekk il-valur tal-aċċelerazzjoni fil-proporzjon tal-ger i ma jaqbiżx iż-2,0 m/s2, uża ż-żewġ proporzjonijiet tal-ger għat-test. Il-proporzjon ta' ponderazzjoni fir-rigward tal-aċċelerazzjoni ta' referenza awot ref jiġi kkalkulat permezz ta':

    k = (a wot ref – a wot (i+1))/(a wot (i) – a wot (i+1))

    (c)

    jekk il-valur tal-aċċelerazzjoni tal-proporzjon tal-ger i jaqbeż iż-2,0 m/s2, l-ewwel proporzjon tal-ger li jagħti aċċelerazzjoni inqas minn 2,0 m/s2 għandu jintuża ħlief jekk il-proporzjon tal-ger i + 1 jipprovdi aċċelerazzjoni inqas minn aurban. F'dan il-każ, għandhom jintużaw żewġ gerijiet, i u i + 1, inkluż il-ger i bl-aċċelerazzjoni li taqbeż iż-2,0 m/s2. F'każijiet oħra, ma għandu jintuża ebda ger ieħor. Għall-kalkolu tal-fattur parzjali tal-qawwa kP għandha tintuża l-aċċelerazzjoni milħuqa waqt it-test awot test minflok awot ref.

    (d)

    jekk il-vettura għandha trasmissjoni fejn hemm għażla waħda biss għall-proporzjon tal-ger, it-test tal-aċċelerazzjoni għandu jitwettaq f'din l-għażla tal-ger tal-vettura. Għall-kalkolu tal-fattur parzjali tal-qawwa kP, minflok awot ref imbagħad tintuża l-aċċelerazzjoni milħuqa.

    (e)

    jekk il-veloċità nominali tal-magna tinqabeż fi proporzjon tal-ger qabel ma l-vettura tgħaddi l-linja BB', għandu jintuża l-ger ogħla li jmiss.

    4.1.2.1.4.2.   Vetturi bi trasmissjoni awtomatika, trasmissjonijiet adattivi u CVTs ittestjati bi proporzjonijiet tal-ger mhux illokkjati

    Għandha tintuża l-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet għal operazzjoni għalkollox awtomatika.

    Il-valur ta' aċċelerazzjoni awot test għandu jiġi kkalkulat kif definit fil-punt 4.1.2.1.2.2.

    It-test jista' mbagħad jinkludi bidla fil-ger għal firxa aktar baxxa u aċċelerazzjoni akbar. Bidla fil-ger għal firxa ogħla u aċċelerazzjoni inqas mhijiex permessa. Għandha tkun evitata bidla fil-ger għal proporzjon tal-ger li ma jintużax fit-traffiku urban.

    Għalhekk, għandu jkun permess li jiġu stabbiliti u jintużaw strumenti elettroniċi jew mekkaniċi, inklużi pożizzjonijiet alternati tas-selettur tal-gerijiet, biex ma tkunx tista' ssir bidla fil-ger għal proporzjon li tipikament ma jintużax fil-kundizzjoni speċifikata tat-test fit-traffiku urban.

    L-aċċelerazzjoni milħuqa awot test għandha imbagħad tkun ugwali għal aurban jew iżjed.

    Jekk ikun possibbli, il-manifattur għandu jieħu miżuri biex jevita valur ta' aċċelerazzjoni awot test li jkun akbar minn 2,0 m/s2.

    Għall-kalkolu tal-fattur parzjali tal-qawwa kp (ara l-punt 4.1.2.1.3), minflok awot ref imbagħad tintuża l-aċċelerazzjoni milħuqa a wot test.

    4.1.2.1.5.   It-test tal-aċċelerazzjoni

    Il-manifattur għandu jiddefinixxi l-pożizzjoni tal-punt ta' referenza quddiem il-linja AA' ta' meta jingħafas għalkollox l-aċċeleratur. L-aċċeleratur għandu jingħafas għalkollox (malajr kemm jista' jkun prattiku) meta l-punt ta' referenza tal-vettura jilħaq il-punt iddefinit. L-aċċeleratur għandu jinżamm magħfus hekk sakemm il-parti ta' wara tal-vettura tilħaq il-linja BB'. L-aċċeleratur għandu mbagħad jintreħa malajr kemm jista' jkun. Il-punt meta l-aċċeleratur jingħafas għalkollox għandu jitniżżel fir-rapport tat-test. Is-servizz tekniku għandu jkollu l-possibbiltà li jagħmel testijiet minn qabel.

    Fil-każ ta' vetturi artikulati li jikkonsistu f'żewġ unitajiet li ma jistgħux jinfirdu li jitqiesu bħala vettura waħda, is-semikarru ma għandux jitqies fid-determinazzjoni ta' meta tinqasam il-linja BB'.

    4.1.2.1.6.   It-test b'veloċità kostanti

    It-test b'veloċità kostanti għandu jitwettaq bl-istess ger(ijiet) speċifikat(i) għat-test tal-aċċelerazzjoni u b'veloċità kostanti ta' 50 km/h b'tolleranza ta' ± 1 km/h bejn il-linji AA' u BB'. Waqt it-test b'veloċità kostanti, il-kontroll tal-aċċelerazzjoni għandu jitqiegħed f'pożizzjoni biex tinżamm veloċità kostanti bejn AA' u BB' kif speċifikat. Jekk għat-test tal-aċċelerazzjoni l-ger ikun illokkjat, l-istess ger għandu jkun illokkjat għat-test b'veloċità kostanti.

    It-test b'veloċità kostanti mhux meħtieġ għall-vetturi b'PMR < 25.

    4.1.2.2.   Vetturi tal-kategoriji M2 > 3 500 kg, M3, N2, N3

    Il-mogħdija tal-linja ċentrali tal-vettura għandha ssegwi l-linja CC' mill-aktar qrib possibbli matul it-test kollu, minn meta l-vettura tavviċina l-linja AA' sakemm il-parti ta' wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB'. It-test għandu jitwettaq mingħajr karru jew semikarru. Jekk karru ma jistax jinfired faċilment mill-vettura tal-irmonk, il-karru ma għandux jitqies meta ssir il-valutazzjoni ta' meta tinqasam il-linja BB'. Jekk il-vettura tinkorpora tagħmir bħal bajla tal-konkos, kompressur, eċċ, dan it-tagħmir ma għandux ikun qed jaħdem waqt it-test. Il-massa tat-test tal-vettura għandha tkun stipulata fit-tabella li tidher fil-punt 3.2.1.

    Il-kundizzjonijiet tal-mira tal-kategorija M2 > 3 500 kg, N2

    Meta l-punt ta' referenza jgħaddi l-linja BB', il-veloċità tal-magna nBB' għandha tkun bejn 70 % u 74 % tal-veloċità S, fejn il-magna tiżviluppa l-qawwa massima nominali tagħha, u l-veloċità tal-vettura għandha tkun ta' 35 km/h ± 5 km/h. Bejn il-linji AA' u BB' għandha tkun żgurata kundizzjoni ta' aċċelerazzjoni stabbli.

    Kundizzjonijiet tal-mira tal-kategorija M3, N3:

    Meta l-punt ta' referenza jgħaddi l-linja BB', il-veloċità tal-magna nBB' għandha tkun bejn 85 % u 89 % tal-veloċità S, fejn il-magna tiżviluppa l-qawwa massima nominali tagħha, u l-veloċità tal-vettura għandha tkun ta' 35 km/h ± 5 km/h. Bejn il-linji AA' u BB' għandha tkun żgurata kundizzjoni ta' aċċelerazzjoni stabbli.

    4.1.2.2.1.   L-għażla tal-proporzjon tal-ger

    4.1.2.2.1.1.   Vetturi bi trasmissjonijiet manwali

    Għandhom jiġu żgurati kundizzjonijiet ta' aċċelerazzjoni stabbli. L-għażla tal-ger għandha tiġi ddeterminata mill-kundizzjonijiet tal-mira. Jekk id-differenza fil-veloċità taqbeż it-tolleranza mogħtija, allura għandhom jiġu ttestjati żewġ gerijiet, wieħed 'il fuq u l-ieħor taħt il-veloċità tal-mira.

    Jekk ikun hemm iżjed minn ger wieħed li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-mira, għandu jintuża l-ger l-eqreb lejn 35 km/h. Jekk l-ebda ger ma jissodisfa l-kundizzjoni tal-mira għal vtest, għandhom jiġu ttestjati żewġ gerijiet, wieħed 'il fuq mill-vtest u wieħed 'l isfel minnu. Il-veloċità tal-mira tal-magna għandha tintlaħaq taħt il-kundizzjonijiet kollha.

    Għandha tkun żgurata kundizzjoni ta' aċċelerazzjoni stabbli. Jekk ma tistax tkun żgurata aċċelerazzjoni stabbli, dak il-ger ma għandux jitqies.

    4.1.2.2.1.2.   Vetturi bi trasmissjonijiet awtomatiċi, trasmissjonijiet adattivi u CVTs

    Għandha tintuża l-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet għal operazzjoni għalkollox awtomatika. It-test jista' mbagħad jinkludi bidla fil-ger għal firxa aktar baxxa u aċċelerazzjoni akbar. Bidla fil-ger għal firxa ogħla u inqas aċċelerazzjoni mhumiex permessi. Għandha tkun evitata bidla fil-ger għal proporzjon li ma jintużax fit-traffiku urban, fil-kundizzjoni speċifikata tat-test. Għalhekk, għandu jkun permess li jiġu stabbiliti u jintużaw strumenti elettroniċi jew mekkaniċi li jimpedixxu li l-ger jitniżżel għal proporzjon li tipikament ma jintużax fil-kundizzjoni speċifika tat-test fit-traffiku urban.

    Jekk il-vettura tinkludi disinn tat-trażmissjoni, li jipprovdi biss għażla waħda tal-ger (drive), li tillimita l-veloċità tal-magna waqt it-test, il-vettura għandha tiġi ttesjata billi tintuża biss veloċità tal-mira tal-vettura. Jekk il-vettura tuża kombinazzjoni ta' magna u trażmissjoni li ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-punt 4.1.2.2.1.1, il-vettura għandha tiġi ttestjata billi tintuża biss il-veloċità tal-mira tal-vettura. Il-veloċità tal-mira tal-vettura (vBB') għat-test hija = 35 km/h ± 5 km/h. Bidla fil-ger għal firxa ogħla u inqas aċċelerazzjoni hija permessa wara li l-punt ta' referenza tal-vettura jgħaddi l-linja PP'. Għandhom jitwettqu żewġ testijiet, wieħed bil-veloċità aħħarija tal-vtest = vBB' + 5 km/h, u ieħor bil-veloċità aħħarija ta' vtest = vBB' – 5 km/h. Il-livell ta' ħoss irrappurtat għandu jkun ir-riżultat tat-test bl-ogħla veloċità tal-magna miksuba waqt it-test minn AA' għal BB'.

    4.1.2.2.2.   It-test tal-aċċelerazzjoni

    Meta l-punt ta' referenza tal-vettura jilħaq il-linja AA', il-kontroll tal-aċċeleratur għandu jkun magħfus għalkollox (mingħajr ma titħaddem il-bidla awtomatika għal ger aktar baxx minn dik normalment użat f'sewqan urban) u jinżamm magħfus għalkollox sakemm il-parti ta' wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB', imma l-punt ta' referenza għandu jkun mill-inqas 5 m wara l-linja BB'. Il-kontroll tal-aċċeleratur għandu mbagħad jintreħa.

    Fil-każ ta' vetturi artikulati li jikkonsistu f'żewġ unitajiet li ma jistgħux jinfirdu li jitqiesu bħala vettura waħda, is-semikarru ma għandux jitqies fid-determinazzjoni ta' meta tinqasam il-linja BB'.

    4.1.3.   Interpretazzjoni tar-riżultati

    Għandu jkun innotat il-livell massimu u ddifferenzjat-A tal-pressjoni tal-ħoss li ġiet indikata waqt kull passaġġ tal-vettura bejn iż-żewġ linji AA' u BB'. Jekk jiġi osservat livell għoli ferm tal-ħsejjes, li jidher biċ-ċar li ma jaqbilx mal-livell ġenerali tal-pressjoni tal-ħoss, il-qies ma għandux jitqies. Għandhom jittieħdu mill-inqas erba'qisien għal kull kundizzjoni tat-test fuq kull naħa tal-vettura u għal kull proporzjon tal-ingranaġġ. In-naħa xellugija u dik leminija jistgħu jitkejlu fl-istess ħin jew wara xulxin. Għall-kalkolu tar-riżultat finali għal naħa partikolari tal-vettura, għandhom jintużaw l-ewwel erba' qisien konsekuttivi validi, (ara l-punt 3.1), fit- 2 dB(A), fejn jitħalla spazju għat-taħsir tar-riżultati li ma jkunux validi. Il-medja tar-riżultati ta' kull naħa għandha tiġi kkalkulata b'mod separat. Ir-riżultat intermedju huwa l-ogħla valur minn fost iż-żewġ medji li tqarrbu matematikament għall-ewwel post deċimali.

    Il-qisien tal-veloċità mal-linji AA', BB', u PP' għandhom jiġu nnotati u jintużaw fil-kalkoli sal-ewwel numru sinifikanti wara l-punt deċimali.

    L-aċċelerazzjoni kkalkulata awot test għandha tiġi nnotata sat-tieni numru wara l-punt deċimali.

    4.1.3.1.   Il-vetturi tal-kategoriji M1, N1 u M2 ≤ 3 500 kg

    Il-valuri kkalkulati għat-test tal-aċċelerazzjoni u għat-test tal-veloċità kostanti jingħataw permezz ta':

     

    Lwot rep = Lwot (i+1) + k * (Lwot(i) – Lwot (i+1))

     

    Lcrs rep = Lcrs(i+1) + k * (Lcrs (i) – Lcrs (i+1))

    Fejn k = (awot ref – awot (i+1))/(awot (i) – awot (i+1))

    Fil-każ ta' test bi proporzjon wieħed tal-ingranaġġ, il-valuri huma r-riżultat tat-test ta' kull test.

    Ir-riżultat finali jiġi kkalkulat billi jiġu kkombinati Lwot rep u Lcrs rep. L-ekwazzjoni hija:

    Lurban = Lwot rep – kP * (Lwot rep – Lcrs rep)

    Il-fattur tat-tagħbija kP, jagħti l-fattur parzali tal-potenza għas-sewqan urban. F'każijiet għajr it-test b'ingranaġġ wieħed, il-kP jiġi kkalkulat permezz ta':

    kP = 1 – (aurban/awot ref)

    Jekk għat-test jiġi speċifikat ger wieħed biss, kP jingħata permezz ta':

    kP = 1 – (aurban/awot test)

    F'każijiet fejn awot test huwa inqas minn aurban:

    kP = 0

    4.1.3.2.   Il-vetturi tal-kategoriji M2 > 3 500 kg, M3, N2, N3

    Meta ger wieħed jiġi ttestjat, ir-riżultat finali għandu jkun daqs ir-riżultat intermedju. Meta jiġu ttestjati żewġ gerijiet, għandu jiġi kkalkulat il-valur intermedju aritmetiku tar-riżultati intermedji.

    4.2.   Il-kejl tal-ħoss emess mill-vetturi wieqfa

    4.2.1.   Il-livell tal-ħoss fil-viċinanzi tal-vetturi

    Ir-riżultati tal-kejl għandhom jitniżżlu fir-rapport tat-test li jissemma fl-Addendum għall-Appendiċi 2 tal-Anness I.

    4.2.2.   Il-kejl akustiku

    Għall-qisien għandu jintuża miter ta' preċiżjoni tal-livell tal-ħoss, jew sistema ta' kejl ekwivalenti, kif ġie ddefinit fil-punt 2.1.

    4.2.3.   Is-sit tat-test — kundizzjonijiet lokali kif imsemmija fil-Figuri 2 u 3a sa 3d tal-Appendiċi.

    4.2.3.1.   Ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu li jista' jinfluwenza l-kamp akustiku qrib il-mikrofonu u l-ebda persuna ma għandha toqgħod bejn il-mikrofonu u s-sors tal-ħoss. L-osservatur tal-miter għandu joqgħod f'pożizzjoni fejn ma jinfluwenzax il-qari tal-miter.

    4.2.4.   Il-ħsejjes li jfixklu u l-interferenza mir-riħ

    Il-qari fuq l-istrumenti tal-kejl prodotti mill-ħsejjes ambjentali u mir-riħ għandhom ikunu għall-inqas 10 dB(A) taħt il-livell tal-ħoss biex jitkejlu. Jistgħu jiġu mmuntati paraventi xierqa kontra r-riħ mal-mikrofonu, iżda l-effett tagħhom fuq is-sensittività tal-mikrofonu jrid jitqies (ara l-punt 2.1).

    4.2.5.   Il-metodu tal-kejl

    4.2.5.1.   In-natura u n-numru ta' qisien

    Waqt il-perijodu operattiv li jissemma fil-punt 4.2.5.3.2.1, għandu jitkejjel il-livell massimu tal-ħoss espress f'deċibels iddifferenzjat-A-(dB(A)).

    Għandhom jittieħdu mill-inqas tliet qisien f'kull punt tal-kejl.

    4.2.5.2.   It-tqegħid f'pożizzjoni u l-preparazzjoni tal-vettura

    Il-vettura għandha titqiegħed fil-parti ċentrali taż-żona tat-test bis-selettur tal-gerijiet fil-pożizzjoni newtrali u bil-klaċċ ingaġġjat. Jekk id-disinn tal-vettura ma jippermettix dan, il-vettura għandha tiġi ttestjata skont il-preskrizzjonijiet tal-manifattur għall-ittestjar fuq magna wieqfa. Qabel kull sensiela ta' qisien, il-magna għandha tinġieb fil-kundizzjoni operattiva normali tagħha, kif ġie speċifikat mill-manifattur.

    Jekk il-vettura hija mgħammra b'fann(ijiet) li jkollhom mekkaniżmu ta' attwazzjoni awtomatiku, din is-sistema ma għandiex tkun imbagħbsa matul il-kejl tal-livell tal-ħoss.

    Il-kisi jew l-għata tal-kompartiment tal-magna, jekk imwaħħal b'dan il-mod, għandu jingħalaq.

    4.2.5.3.   Il-kejl tal-ħoss qrib l egżost — kif imsemmi fil-Figura 2 u l-Figuri 3a sa 3d tal-Appendiċi.

    4.2.5.3.1.   Il-pożizzjonijiet tal-mikrofonu

    4.2.5.3.1.1.   Il-mikrofonu għandu jitqiegħed f'distanza ta' 0,5 m ± 0,01 m mill-punt ta' referenza tal-pajp tal-egżost li ġie ddefinit fil-Figura 2 u l-Figuri 3a sa 3d tal-Appendiċi, f'angolu ta' 45° (± 5°) għall-assi tal-fluss tat-tarf tal-pajp. Il-mikrofronu għandu jkun fl-għoli tal-punt ta' referenza, imma mhux inqas minn 0,2 m minn wiċċ l-art. L-assi ta' referenza tal-mikrofonu għandu jkun fi pjan parallel għal wiċċ l-art u għandu jkun dirett lejn il-punt ta' referenza fuq l-iżbokk tal-egżost. Jekk huma possibbli żewġ pożizzjonijiet tal-mikrofonu, għandu jintuża l-post l-aktar 'il bogħod lateralment mil-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura. Jekk l-assi tal-fluss tal-pajp ta' żbokk tal-egżost tkun f'angolu ta' 90° għal-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura, il-mikrofonu għandu jitqiegħed f'dak il-punt, li huwa l-aktar 'il bogħod mill-magna.

    4.2.5.3.1.2.   Għall-vetturi li jkollhom egżost mogħni bi żbokki li jkollhom bejniethom spazju ta' 0,3 m, għandhom jittieħdu qisien għal kull żbokk. Għandu jiġi rreġistrat l-ogħla livell.

    4.2.5.3.1.3.   Fil-każ ta' egżost mogħni b'żewġt iżbokki jew aktar bi spazju bejniethom ta' inqas minn 0,3 m u li jkunu konnessi mal-istess sajlenser, jittieħed qies wieħed biss; il-pożizzjoni tal-mikrofonu tkun relatata mal-iżbokk li jkun l-eqreb ta' tarf estrem wieħed tal-vettura jew, meta żbokk ta' din ix-xorta ma jkunx jeżisti, mal-iżbokk li jkun l-ogħla 'l fuq mill-art.

    4.2.5.3.1.4.   Għall-vetturi b'egżost vertikali (eż. il-vetturi kummerċjali), il-mikrofonu għandu jitqiegħed fl-għoli tal-iżbokk tal-egżost. L-assi tiegħu għandu jkun vertikali u orjentat 'il fuq. Għandu jitqiegħed f'distanza ta' 0,5 m ± 0,01 m mill-punt ta' referenza tal-pajp tal-egżost, imma qatt inqas minn 0,2 m min-naħa tal-vettura li tkun l-eqreb tal-egżost.

    4.2.5.3.1.5.   Għall-iżbokki tal-egżost li jinsabu taħt il-bodi tal-vettura, il-mikrofonu għandu jitqiegħed minimu ta' 0,2 m mill-eqreb parti tal-vettura, f'punt li huwa l-eqreb ta' 0,5 m mill-punt ta' referenza tal-pajp tal-egżost, imma qatt inqas minn hekk, u f'għoli ta' 0,2 m 'il fuq mill-art, u mhux f'linja mal-fluss tal-egżost. Jekk ma jkunx fiżikament possibbli, ir-rekwiżit tal-angolarità fil-punt 4.2.5.3.1.1 ma jeħtieġx li jintlaħaq.

    4.2.5.3.1.6.   Eżempji tal-pożizzjoni tal-mikrofonu, li tiddependi mill-post tal-pajp tal-egżost, huma mogħtija fil-Figuri 3a-3d tal-Appendiċi.

    4.2.5.3.2.   Il-kundizzjonijiet ta' tħaddim tal-magna

    4.2.5.3.2.1.   Il-veloċità mira tal-magna

    75 % tal-veloċità tal-magna S għall-vetturi b'veloċità nominali tal-magna ta' ≤ 5 000 min–1

    3 750 min–1 għall-vetturi b'veloċità nominali tal-magna akbar minn 5 000 min–1 u iċken minn 7 500 min–1

    50 % tal-veloċità tal-magna S għall-vetturi b'veloċità nominali tal-magna ta' ≤ 7 500 min–1.

    Jekk il-vettura ma tistax tilħaq din il-veloċità tal-magna, il-veloċità mira tal-magna għandha tkun 5 % taħt il-veloċità massima possibbli tal-magna għal dak it-test meta l-vettura tkun wieqfa.

    4.2.5.3.2.2.   Proċedura tat-test

    Il-veloċità tal-magna għandha tiżdied b'mod gradwali minn tħaddim tal-magna mhux ingranata (idle) għall-veloċità mira tal-magna, mingħajr ma tinqabeż faxxa ta' tolleranza ta' ± 3 % tal-veloċità mira tal-magna, u għandha tinżamm kostanti. Imbagħad il-kontroll tal-valv tal-aċċeleratur għandu jiġi rilaxxat malajr u l-veloċità tal-magna għandha titreġġa' għal tħaddim tal-magna mhux ingranata. Il-livell tal-ħoss għandu jitkejjel waqt perijodu ta' tħaddim li jikkonsisti fiż-żamma ta' veloċità kostanti tal-magna għal sekonda waħda u matul il-perijodu kollu ta' deċelerazzjoni. Il-qari massimu tal-miter tal-livell tal-ħoss matul dan il-perijodu ta' operazzjoni, imqarreb matematikament għall-ewwel post deċimali, għandu jitqies bħala l-valur tat-test.

    4.2.5.3.2.3.   Il-validazzjoni tat-test

    Il-kejl għandu jitqies bħala validu jekk il-veloċità tat-test tal-magna ma tiddevjax mill-veloċità mira tal-magna b'aktar minn ± 3 % għal mill-inqas sekonda waħda.

    4.2.6.   Ir-riżultati

    Għandhom jittieħdu mill-inqas tliet qisien għal kull pożizjoni tat-test. Għandu jiġi rreġistrat il-livell massimu u ddifferenzjat-A tal-pressjoni tal-ħoss indikat waqt kull wieħed mit-tliet qisien. L-ewwel tliet riżultati konsekuttivi validi tal-kejl, fi ħdan 2 dB(A), fejn jitħalla spazju għat-taħsir tar-riżultati li ma jkunux validi (filwaqt li jiġu meqjusal-ispeċifikazzjonijiet tas-sit tat-test kif imsemmi fil-punt 3.1), għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tar-riżultat finali għall-pożizzjoni partikolari tal-kejl. Il-livell massimu tal-ħoss, għall-pożizzjonijiet tal-kejl kollha, u tat-tliet riżultati tal-kejl, jikkostitwixxi r-riżultat finali.

    5.   Ħoss mill-vetturi elettriċi ibridi tal-kategoriji M1 miexja, fejn magna ta' kombustjoni interna ma tistax topera meta l-vettura tkun wieqfa (data rrapportata biex tiffaċilita l-ittestjar tal-vettura li qed tintuża).

    5.1.   Sabiex ikun iffaċilitat l-ittestjar ta' konformità ta' vetturi elettriċi ibridi li qed jintużaw — fejn magna ta' kombustjoni intern ma tistax topera meta l-vettura hija wieqfa — l-informazzjoni li ġejja dwar il-kejl tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss li jittieħdu skont il-punt 4.1 tal-Anness II għall-vetturi bil-mutur li qed jiċċaqalqu hija mniżżla bħala data ta' referenza ta' konformità fl-użu:

    (a)

    ger (i) jew, għal vetturi ttestjati bi proporzjonijiet tal-ingranaġġ mhux illokjati, il-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet magħżul għat-test;

    (b)

    pożizzjoni tas-swiċċ operattiv matul il-kejl tal-livell ta' pressjoni tal-ħoss Lwot,(i) (jekk is-swiċċ ikun imwaħħal).

    (c)

    tul tal-preaċċelerazzjoni lPA f'm;

    (d)

    veloċità medja ta' vettura f'km/h fil-bidu tal-aċċelerazzjoni bil-valv tal-aċċeleratur miftuħ kollu għat-testijiet f'ger (i); u

    (e)

    livell tal-pressjoni tal-ħoss Lwot,(i) f'dB(A) tat-testijiet fil-ger (i) bil-valv tal-aċċeleratur miftuħ kollu, definit bħala l-massimu taż-żewġ valuri li jirriżultaw mill-medja tal-riżultati ta' kejl individwali f'kull pożizzjoni tal-mikrofonu b'mod separat.

    5.2.   Id-data ta' referenza ta' konformità fl-użu għandha tiddaħħal fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE kif speċifikat fil-punt 2.3 tal-Addendum għall-Appendiċi 2 għall-Anness I.


    (1)  Minħabba li l-kontribut tat-tajers għall-emissjonijiet tal-ħoss huwa sinifikanti, iridu jitqiesu d-dispożizzjonijiet attwali dwar l-emissjonijiet tal-ħoss tat-tajers mat-triq. It-tajers ta' trazzjoni, it-tajers tal-borra u tajers ta' użu speċjali kif definiti fil-paragrafu 2 tar-Regolament NU/KEE Nru 117 għandhom ikunu esklużi mit-teħid tal-kejl għall-approvazzjoni tat-tip u l-konformità tal-produzzjoni, fuq talba tal-manifattur, skont ir-Regolament NU/KEE Nru 117 (ĠU L 307, 23.11.2011, p. 3).

    Appendiċi

    Figuri

    Image Image

    T

    =

    id-dehra minn fuq

    S

    =

    id-dehra mill-ġenb

    A

    =

    pajp iggradat

    B

    =

    pajp milwi 'l isfel

    C

    =

    pajp dritt

    D

    =

    pajp wieqaf

    1

    =

    punt ta' referenza

    2

    =

    il-wiċċ tat-triq

    Image Image Image Image

    Il-Figuri 3 a – d:

    :

    Eżempji tal-pożizzjoni tal-mikrofonu, skont il-pożizzjoni tal-pajp tal-egżost


    ANNESS III

    IL-VALURI LIMITU

    Il-livell tal-ħoss imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness II, matematikament imqarreb sal-eqreb valur ta' numru sħiħ, ma għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin:

    Kategorija tal-vettura

    Deskrizzjoni tal-kategorija tal-vettura

    Il-Valuri ta' limitu espressi f'dB(A)

    [decibels(A)]

     

     

    L-ewwel fażi applikabbli għal tiġi ġodda ta' vetturi mill-1 ta' Lulju 2016

    It-tieni fażi applikabbli għal tip ġdid ta' vetturi mill-1 ta' Lulju 2020 u għall-ewwel reġistrazzjoni mill-1 ta' Lulju 2022

    It-tielet fażi applikabbli għal tip ġdid ta' vetturi mill-1 ta' Lulju 2024 u għall-ewwel reġistrazzjoni mill-1 ta' Lulju 2026

    M

    Vetturi użati għall-ġarr tal-passiġġieri

     

     

     

    M1

    Il-proporzjon tal-potenza mqabbla mal-massa

    ≤ 120 kW/1 000  kg

    72 (1)

    70 (1)

    68 (1)

    M1

    120 kW/1 000  kg < proporzjon tal-potenza mqabbla mal-massa ≤ 160 kW/1 000  kg

    73

    71

    69

    M1

    160 kW/1 000  kg < proporzjon tal-potenza mqabbla mal-massa

    75

    73

    71

    M1

    proporzjon tal-potenza mqabbla mal-massa > 200 kW/1 000

    kgnumru ta' sits ≤ 4

    Punt R tas-sit tas-sewwieq ≤ 450 mm mill-art

    75

    74

    72

    M2

    massa ≤ 2500 kg

    72

    70

    69

    M2

    2500 kg < massa ≤ 3500 kg

    74

    72

    71

    M2

    3500 kg < massa ≤ 5000 kg;

    Potenza nominali tal-magna ≤ 135 kW

    75

    73

    72

    M2

    3500 kg < massa ≤ 5000 kg;

    Potenza nominali tal-magna > 135 kW

    75

    74

    72

    M3

    Potenza nominali tal-magna ≤ 150 kW

    76

    74

    73 (2)

    M3

    150 kW <potenza nominali tal-magna ≤ 250 kW

    78

    77

    76 (2)

    M3

    Potenza nominali tal-magna > 250 kW

    80

    78

    77 (2)

    N

    Vetturi użati għall-ġarr tal-merkanzija

     

     

     

    N1

    massa ≤ 2 500  kg

    72

    71

    69

    N1

    2500 kg < massa ≤ 3 500  kg

    74

    73

    71

    N2

    Potenza nominali tal-magna ≤ 135 kW

    77

    75 (2)

    74 (2)

    N2

    Potenza nominali tal-magna > 135 kW

    78

    76 (2)

    75 (2)

    N3

    Potenza nominali tal-magna ≤ 150 kW

    79

    77

    76 (2)

    N3

    150 kW < potenza nominali tal-magna ≤ 250 kW

    81

    79

    77 (2)

    N3

    Potenza nominali tal-magna > 250 kW

    82

    81

    79 (2)

    Il-valuri ta' limitu għandhom jiżdiedu b'1dB (2 dB(A) għall-kategoriji N3 u M3) għall-vetturi li jilħqu d-definizzjoni rilevanti għall-vetturi off-road stabbilita fil-punt 4 tal-Parti A tal-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE.

    Għall-vetturi M1 il-valuri ta' limitu miżjuda għall-vetturi off-road ikunu validi biss jekk il-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tkun ta' > 2 tunnellati.

    Il-valuri ta' limitu għandhom jiżdiedu b'2db(A) għall-vetturi aċċessibbli għas-siġġu tar-roti u l-vetturi korazzati, kif definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.


    (1)  vetturi M1 idderivati minn vetturi N1:

    Vetturi M1 b'punt R > 850 mm mill-art u bil-massa mgħobbija totali permissibbli ta' aktar minn 2 500 kg jridu jissodisfaw il-valuri limiti ta' N1 (2 500 kg < massa ≤ 3 500 kg).

    (2)  + sentejn għal tip ġdid ta' vetturi u + sena għal reġistrazzjoni ta' vetturi ġodda.


    ANNESS IV

    SISTEMI TAS-SAJLENSER LI FIHOM IL-MATERJALI FIBRUŻI LI JTAFFU L-ĦSEJJES

    1.   KUMMENTI ĠENERALI

    Il-materjali fibrużi li jtaffu l-ħsejjes jistgħu jintużaw fis-sistemi tas-sajlenser jew fil-komponenti tagħhom fejn jintlaħqu waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

    (a)

    il-gass tal-egżost ma jkunx f'kuntatt mal-materjali fibrużi; jew

    (b)

    is-sistemi tas-sajlenser jew il-komponenti tagħhom ikunu tal-istess familja ta' tifsil tas-sistemi jew tal-komponenti tas-sistemi li għalihom ġie ppruvat, waqt il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip UE skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għal tip ieħor ta' vettura, li mhumiex suġġetti għad-deterjorament.

    Meta l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet fil-punt (a) u l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma tiġi sodisfatta, is-sistema sħiħa tas-sajlenser jew il-komponenti minnha jkollhom iġarrbu kundizzjonament konvenzjonali permezz ta' waħda fost tliet installazzjonijiet u proċeduri deskritti fil-punti 1.1, 1.2 u 1.3.

    Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, grupp ta' sistema tas-sajlenser jew komponenti tiegħu għandhom jiġu kkunsidrati bħala li huma tal-istess familja ta' disinn meta l-karatteristiċi kollha li ġejjin ikunu l-istess:

    (a)

    il-preżenza ta' fluss tal-gass nett tal-gassijiet tal-egżost permezz tal-materjal fibruż assorbenti meta f'kuntatt ma' dak il-materjal;

    (b)

    it-tip tal-fibri;

    (c)

    fejn applikabbli, speċifikazzjonijiet tal-materjal tal-lega;

    (d)

    dimensjonijiet medji tal-fibra;

    (e)

    id-densità minima tal-materjal bil-kwantità tal-imballaġġ f'kg/m3;

    (f)

    il-wiċċ ta' kuntatt massimu bejn il-fluss tal-gass u l-materjal assorbenti.

    1.1.   Tħaddim kontinwu fit-triq għal 10 000 km.

    1.1.1.   50 ± 20 % ta' din l-operazzjoni għandu jikkonsisti minn sewqan urban u l-bqija tal-operazzjoni għandha tkun ġirjiet ta' distanzi twal b'veloċità għolja; it-tħaddim kontinwu fit-triq jista' jiġi sostitwit bi programm korrispondenti ta' testijiet fil-mogħdija tat-test.

    1.1.2.   Iż-żewġ reġimi ta' veloċità għandhom jalternaw mill-inqas darbtejn.

    1.1.3.   Il-programm tat-test kollu għandu jinkludi minimu ta' 10 waqfiet ta' mill-inqas tliet sigħat biex jiġu riprodotti l-effetti ta' tberrid u xi kondensazzjoni li tista' sseħħ.

    1.2.   L-ikkondizzjonar fuq bank tat-test

    1.2.1.   Bl-użu ta' partijiet standard tas-sistema tas-sajlenser jew il-komponenti minnha għandhom jitwaħħlu mal-vettura msemmija fil-punt 1.3 tal-Anness I jew mal-magna msemmija fil-punt 1.4 tal-Anness I filwaqt li wieħed isegwi l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Fil-każ tal-vettura msemmija fil-punt 1.3 tal-Anness I, il-vettura għandha tittella' fuq dinamometru tar-romblu. Fil-każ ta' magna msemmija fil-punt 1.4 tal-Anness I, il-magna għandha tiġi mqabbda ma' dinamometru.

    1.2.2.   It-test għandu jkun imwettaq f'sitt perjodi ta' sitt-sigħat b'waqfa ta' mill-anqas 12-il siegħa bejn kull perjodu biex jiġu riprodotti l-effetti tat-tberrid u xi kondensazzjoni li tista' sseħħ.

    1.2.3.   Waqt kull perjodu ta' sitt-sigħat, il-magna għandha titħaddem, fil-kundizzjonijiet li ġejjin, waħda wara l-oħra:

    (a)

    ħames minuti b'veloċità mingħajr ingranaġġ;

    (b)

    sekwenza ta' siegħa- b'1/4 tagħbija bi 3/4 tal-veloċità massima nominali (S);

    (c)

    sekwenza ta' siegħa- b'1/2 tagħbija bi 3/4 tal-veloċità massima nominali (S);

    (d)

    sekwenza ta' 10 minuti b'tagħbija sħiħa bi 3/4 tal-veloċità massima nominali (S);

    (e)

    sekwenza ta' 15-il minuta b'1/2 tagħbija b'veloċità massima nominali (S);

    (f)

    sekwenza ta' 30 minuta b'1/4 tagħbija b'veloċità massima nominali (S).

    It-tul totali tas-sitt sekwenzi: tliet sigħat.

    Kull perjodu għandu jkun magħmul minn żewġ settijiet maqsumin f'sekwenza ta' dawk il-kundizzjonijiet f'ordni konsekuttiva minn (a) sa (f).

    1.2.4.   Matul it-test, is-sistema tas-sajlenser ma għandhiex titberred b'riħ sfurzat li jissimula l-arja li normalment tgħaddi madwar il-vettura. Madankollu, fuq talba tal-manifattur, is-sistema tas-sajlenser tista' titberred sabiex ma taqbiżx it-temperatura rreġistrata fil-bokka tagħha meta l-vettura tkun għaddejja b'veloċità massima.

    1.3.   L-ikkondizzjonar bil-pulsazzjoni

    1.3.1.   Is-sistema tas-sajlenser jew il-komponenti minnha għandhom jitwaħħlu mal-vettura msemmija fil-punt 1.3 tal-Anness I jew mal-magna msemmija fil-punt 1.4 tal-Anness I. Fil-każ tal-ewwel, il-vettura trid tittella' fuq dinamometru tar-romblu.

    Fit-tieni każ, il-magna trid tiġi mmuntata fuq dinanometru. L-apparat tat-test, li dijagramma dettaljata tiegħu qed tintwera fil-Figura 1 tal-Appendiċi għal dan l-Anness, irid jitwaħħal fl-iżbokk tas-sistema tas-sajlenser. Kull apparat ieħor li jipprovdi riżultati ekwivalenti huwa aċċettabbli.

    1.3.2.   L-apparat tat-test irid ikun aġġustat b'tali mod li l-fluss tal-gass tal-egżost ikun interrott u stabbilit mill-ġdid, b'mod alternat, permezz tal-valv ta' azzjoni rapida għal 2 500 ċiklu.

    1.3.3.   Il-valv trid tinfetaħ meta l-kontrapressjoni tal-gass-tal-egżost, imkejla mill-inqas 100 mm 'l isfel mil-flanġ tad-dħul, tilħaq valur ta' bejn 0,35 u 0,40 kPa. Għandha tingħalaq meta din il-pressa ma tvarjax b'aktar minn 10 % mill-valur stabilizzat bil-valv miftuħ.

    1.3.4.   It-time-delay switch għandu jkun iffissat għal kemm idum l-egżost f'forma ta' gass li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1.3.3.

    1.3.5   Il-veloċità tal-magna għandha tkun ta' 75 % tal-veloċità (S) li fiha l-magna tiżviluppa l-potenza massima.

    1.3.6.   Il-potenza indikata mid-dinamometru għandha tkun ugwali għal 50 % tal-potenza bil-valv tal-aċċeleratur miftuħ-kollu mkejla b'75 % tal-veloċità tal-magna (S).

    1.3.7.   Kull toqba għall-iskular tal-likwidi għandha tingħalaq matul it-test.

    1.3.8.   It-test kollu għandu jitwettaq fi żmien 48 siegħa.

    Jekk ikun meħtieġ, għandu jintuża perjodu wieħed ta' tberrid wara kull siegħa.

    Appendiċi

    Image

    ANNESS V

    IL-ĦOSS TAL-ARJA KKOMPRESSATA

    1.   IL-METODU TAL-KEJL

    Il-kejl jitwettaq fil-pożizzjonijiet tal-mikrofonu 2 u 6 kif jidher fil-Figura 1 tal-Appendiċi, bil-vettura wieqfa. L-ogħla livell tal-ħoss iddiferenzjat-A għandu jiġi rreġistrat waqt l-ivventjar tar-regolatur tal-pressjoni u waqt il-ventilazzjoni wara l-użu kemm tal-brejkijiet tas-servizz kif ukoll ta' dawk tal-ipparkjar.

    Il-ħoss waqt l-ivventjar tar-regolatur tal-pressjoni jitkejjel bil-magna tkun bil-magna taħdem mingħajr ingranaġġ. Il-ħoss tal-ventilazzjoni jiġi rreġistrat waqt li jitħaddmu l-brejkijiet tas-servizz u tal-ipparkjar; qabel kull kejl, l-unità tal-kompressur tal-ajra trid tinġieb għall-ogħla pressjoni operattiva permissibbli, u mbagħad għandha tintefa' l-magna.

    2.   L-EVALWAZZJONI TAR-RIŻULTATI

    Għall-pożizzjonijiet tal-mikrofonu kollha jittieħdu żewġ qisien. Sabiex ikun hemm kumpens għan-nuqqasijiet fil-preċiżjoni tat-tagħmir tal-kejl, il-qari tal-miter jitnaqqas b'1 dB(A), u l-valur imnaqqas jitqies bħala r-riżultat tal-kejl. Ir-riżultati jitqiesu bħala validi jekk id-differenza bejn il-qisien f'pożizzjoni waħda tal-mikrofonu ma taqbiżx iż-2 dB(A). L-ogħla valur imkejjel jitqies bħala r-riżultat. Jekk dan il-valur jaqbeż il-limitu tal-livell tal-ħoss b'1 dB(A), għandhom jittieħdu żewġ qisien addizzjonali fil-pożizzjoni tal-mikrofonu korrispondenti. F'dan il-każ, tlieta mill-erba' riżultati tal-kejl miksuba f'din il-pożizzjoni għandhom jikkonformaw mal-limitu tal-livell tal-ħoss.

    3.   IL-VALUR LI JILLIMITA

    Il-livell tal-ħoss ma għandux jaqbeż il-limitu ta' 72 dB(A).

    Appendiċi

    Figura 1: Il-pożizzjonijiet tal-mikrofonu għall-kejl tal-ħoss tal-arja kkompressata

    Image

    Il-kejl irid isir bil-vettura wieqfa skont il-Figura 1, bil-mikrofonu mqiegħed f'żewġ pożizzjonijiet f'distanza ta' 7 m mill-kontorn tal-vetturi, u 1,2 m 'l fuq mill-art.


    ANNESS VI

    IL-KONTROLLI TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI GĦALL-VETTURI

    1.   KUMMENTI ĠENERALI

    Ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness jaqblu mat-test li jsir biex tiġi kkontrollata l-konformità tal-produzzjoni (COP) skont il-punt 5 tal-Anness I.

    2.   IL-PROĊEDURA TAL-ITTESTJAR

    Is-sit tat-test u l-istrumenti tal-kejl għandhom ikunu dawk li ġew deskritti fl-Anness II.

    2.1.   Il-vetturi li qed jiġu ttestjati għandhom ikunu soġġetti għat-test tal-kejl tal-ħoss tal-vettura miexja kif stabbilit fil-punt 4.1 tal-Anness II.

    2.2.   L-istorbju tal-arja kkompressata

    Il-vetturi li għandhom massa mgħobbija massima teknikament permissibbli li taqbeż l-2 800 kg u li huma mgħammra b'sistemi tal-arja kkompressata għandhom jiġu soġġetti għal test addizzjonali għall-kejl tal-istorbju tal-arja kkompressata kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness V.

    2.3.   Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-emissjonijiet tal-ħoss

    Il-manifattur tal-vettura għandu jagħmel stima tal-konformità mal-ASEP permezz ta' valutazzjoni xierqa, jew jista' jwettaq it-test deskritt fl-Anness VII.

    3.   IL-KAMPJUNAR U L-EVALWAZZJONI TAR-RIŻULTATI

    Trid tintgħażel vettura waħda li mbagħad tiġi soġġetta għat-testijiet stabbiliti fil-punt 2 ta' dan l-Anness. Jekk il-livell tal-ħoss tal-vettura ttestjata ma jaqbiżx b'aktar minn 1 dB(A) il-limitu tal-valur stipulat fl-Anness III, u, fejn xieraq, il-punt 3 tal-Anness V, it-tip tal-vettura għandha tiġi meqjusa bħala konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

    Jekk ikun hemm wieħed mir-riżultati tat-testijiet li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-COP tal-Anness X għad-Direttiva 2007/46/KE, għandhom jiġu ttestjati żewġ vetturi oħra tal-istess tip skont il-punt 2 ta' dan l-Anness.

    Jekk ir-riżultati tat-testijiet tat-tieni u tat-tielet vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-COP tal-Anness X għad-Direttiva 2007/46/KE, il-vettura għandha titqies li tikkonforma mal-COP.

    Jekk wieħed mir-riżultati tat-testijiet tat-tieni jew it-tielet vetturi ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-COP tal-Anness X għad-Direttiva 2007/46/KE, it-tip tal vettura jitqies li ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u l-manifattur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa li jwasslu mill-ġdid għall-konformità.


    ANNESS VII

    METODU TAL-KEJL BIEX JEVALWA L-KONFORMITÀ MAD-DISPOŻIZZJONIJIET TAL-EMISSJONI TAL-ĦOSS ADDIZZJONALI

    1.   KUMMENTI ĠENERALI

    Dan l-Anness jiddeskrivi il-metodu ta' kejl li jevalwa l-konformità tal-vettura ma' dispożizzjonijiet tal-emissjoni tal-ħoss addizzjonali (ASEP) stipulati fl-Artikolu 7.

    Mhux mandatorju li jitwettqu testijiet proprji mal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip UE. Il-manifattur għandu jiffirma d-dikjarazzjoni tal-konformità stipulata fl-Appendiċi. L-awtorità tal-approvazzjoni tista' titlob informazzjoni addizzjonali dwar id-dikjarazzjoni ta' konformità u twettaq it-testijiet deskritti hawn taħt.

    Il-proċedura stipulata f'dan l-Anness teħtieġ li jsir test skont l-Anness II. It-test speċifikat fl-Anness II għandu jitwettaq fuq l-istess mogħdija tat-test f'kundizzjonijiet simili għal dawk meħtieġa fit-testijiet preskritti f'dan l-Anness.

    2.   IL-METODU TAL-KEJL

    2.1   L-istrumenti tal-kejl u l-kundizzjoni tal-qisien

    Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-istrumenti tal-kejl, il-kundizzjonijiet tal-qisien u l-kundizzjoni tal-vettura huma ekwivalenti għal dawk speċifikati fil-punti 2 u 3 tal-Anness II.

    Jekk il-vettura jkollha modalitajiet differenti li jaffettwaw l-emissjonijiet tal-ħsejjes, il-modalitajiet kollha għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti f'dan l-Anness. Fil-każ fejn il-manifattur ikun wettaq testijiet biex jingħataw provi lill-awtorità tal-approvazzjoni tal-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti, il-modalitajiet użati matul dawk it-testijiet għandhom jiġu rrappurtati f'rapport tat-test.

    2.2.   Il-metodu tal-ittestjar

    Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet u l-proċeduri tal-punti 4.1 sa 4.1.2.1.2.2 tal-Anness II. Għall-iskop ta' dan l-Anness, għandhom jitkejlu u jiġu evaluwati testijiet tas-sewqan uniċi.

    2.3.   Firxa ta' kontroll

    Il-kundizzjonijiet tal-operazzjoni huma kif ġej:

    Il-veloċità tal-vettura VAA_ASEP:

    vAA ≥ 20 km/h

    L-aċċelerazzjoni tal-vettura awot ASEP:

    awot ≤ 5,0 m/s2

    Il-veloċità tal-magna nBB ASEP

    nBB ≤ 2,0 * PMR–0,222 * s jew

    nBB ≤ 0,9 * s, liema minnhom huwa l-inqas

    Il-veloċità tal-vettura VBB ASEP:

    jekk l- nBB ASEP jintlaħaq f'ger wieħed

    vBB ≤ 70 km/h

    fil-każijiet l-oħra kollha

    vBB ≤ 80 km/h

    il-ġerijiet

    K ≤ il-proporzjon tal-ingranaġġ i kif iddeterminat fl-Anness II

    Jekk il-vettura, fl-inqas ger validu, ma tiksibx il-veloċità massima tal-magna ta' inqas minn 70 km/h, il-limitu tal-veloċità tal-vettura ikun ta' 80 km/h.

    2.4.   Il-proporzjonijiet tal-ingranaġġ

    Ir-rekwiżiti ASEP li japplikaw għal kull proporzjon ta' ingranaġġ K li jwassal għal riżultati tat-test fi ħdan firxa ta' kontroll kif iddefinita fil-punt 2.3 ta' dan l-Anness.

    Fil-każ ta' vetturi bi trasmissjonijiet awtomatiċi, trasmissjonijiet adattivi u CVTs ittestjati ma' proporzjonijiet tal-ingranaġġ mhux illokjati, it-test jista' jinkludi bidla fil-proporzjon tal-ingranaġġ għal firxa iktar baxxa u aċċellerazzjoni ogħla. Bidla fil-gerijiet għal firxa ogħla u aċċelerazzjoni iżgħar mhijiex permessa. Taqlib tal-ger (gear shift) li jwassal għal kundizzjoni li mhijiex skont il-kundizzjonijiet ta' limitu għandu jiġi evitat. F'każ bħal dan, huwa permess li jiġu stabbiliti u jintużaw mezzi mekkaniċi jew elettroniċi, inklużi pożizzjonijiet alternati tas-selettur tal-gerijiet. Sabiex it-test ASEP ikun rappreżentattiv u ripetibbli (għall-awtorità tal-approvazzjoni), il-vetturi għandhom ikunu ttestjati bl-użu tal-ikkalibrar tal-gearbox ta' produzzjoni.

    2.5.   Kundizzjonijiet fil-mira

    L-emissjoni tal-ħoss għandha titkejjel f'kull proporzjon tal-ingranaġġ validu fl-erba' punti tat-test kif speċifikat hawn taħt.

    L-ewwel punt tat-test P1 huwa ddefinit billi tintuża l-veloċità tad-dħul vAA ta' 20 km/h. Jekk ma' tkunx tista' tintlaħaq kundizzjoni ta' aċċelerazzjoni stabbli, il-veloċita għandha tiżdied kull darba b'żieda ta' 5 km/h sakemm tintlaħaq aċċelerazzjoni stabbli.

    Ir-raba' punt tat-test P4 huwa ddefinit permezz tal-veloċità massima tal-vettura fil-linja BB' f'dak il-proporzjon tal-ingranaġġ fil-kundizzjonijiet ta' limitu skont il-punt 2.3.

    Iż-żewġ punti tat-test l-oħra huma kkalkolati bl-użu tal-formula segwenti:

    Punt tat-test Pj: vBB_j = vBB_1 + ((j – 1)/3) * (vBB_4 – vBB_1) għal j = 2 u 3

    Fejn:

    vBB_1

    =

    il-veloċità tal-vettura fil-linja BB' tal-punt tat-test P1

    vBB_4

    =

    il-veloċità tal-vettura fil-linja BB' tal-punt tat-test P4

    Tolleranza għal vBB_j: ±3 km/h

    Għal kull punt tat-test għandhom jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet ta' limitu kif speċifikat fil-punt 2.3.

    2.6.   It-test tal-vettura

    Il-mogħdija tal-linja ċentrali tal-vettura għandha ssegwi l-linja CC' mill-aktar qrib possibbli waqt it-test kollu, minn meta l-vettura tavviċina l-linja AA' sakemm il-parti ta' wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB'.

    Fuq il-linja AA' l-aċċeleratur għandu jkun magħfus għal kollox. Biex tinkiseb aċċelerazzjoni aktar stabbli jew biex jiġi evitat taqlib 'l isfel tal-ger bejn il-linja AA' u BB' tista' tintuża l-preaċċellerazzjoni qabel il-linja AA'. L-aċċeleratur għandu jinżamm magħfus sakemm il-parti ta' wara tal-vettura tilħaq il-linja BB'.

    Għal kull prova tat-test separata, il-parametri li ġejjin għandhom ikunu determinati u nnutati:

    Il-livell massimu tal-pressjoni tal-ħoss differenzjat-A taż-żewġ naħat tal-vettura, indikat matul kull passaġġ tal-vettura bejn iż-żewġ linji AA' u BB', għandha tkun matematikament imqarrba sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali (Lwot,kj). Jekk jiġi osservat livell għoli ferm fil-ħoss, li jidher biċ-ċar li ma jaqbilx mal-livell ġenerali tal-pressjoni tal-ħoss, il-kejl ma għandux jitqies. Il-naħa xellugija u dik leminija jistgħu jitkejlu f'daqqa jew separatament.

    Il-qari tal-veloċità tal-vettura fil-linja AA' u l-linja BB' għandhom jiġu rrappurtati bl-ewwel ċifra sinifikanti wara l-punt deċimali. (vAA,kj; vBB,kj).

    Fejn hu applikabbli, il-qari tal-veloċità tal-magna fil-linja AA' u l-linja BB' għandu jiġi rrappurtat bħala valur ta' numru sħiħ (nAA,kj; nBB,kj).

    L-aċċelerazzjoni ikkalkulata għandha tkun iddeterminata skont il-formula fil-punt 4.1.2.1.2 tal-Anness II u rrapurtata bit-tieni ċifra wara l-punt deċimali (awot,test,kj).

    3.   ANALIŻI TAR-RIŻULTATI

    3.1.   Determinazzjoni tal-anchor point (punt ta' rbit) għal kull proporzjon tal-ingranaġġ

    Fir rigward tal-qisien fil-ger i jew ger iżjed baxx, l-anchor point (il-punt ta' rbit) jikkonsisti minn livell massimu tal-ħoss Lwoti, il-veloċità tal-magna rrapportata nwoti u l-veloċità tal-vettura vwoti fil-linja BB' tal-proporzjon tal-ingranaġġ i tat-test tal-aċċelerazzjoni fl-Anness II.

    Lanchor,i

    =

    Lwoti,Annex II

    nanchor,i

    =

    nBB,woti,Annex II

    vanchor,i

    =

    vBB,woti,Annex II

    Fir-rigward tal-qisien fil-ger i+1, l-anchor point (il-punt ta' rbit) jikkonsisti minn livell massimu tal-ħoss Lwoti+1, il-veloċità tal-magna rrapportata nwoti+1 u l-veloċità tal-vettura vwoti+1 f'BB' tal-proporzjon tal-ingranaġġ i+1 tat-test tal-aċċelerazzjoni fl-Anness II.

    Lanchor,i+1

    =

    Lwoti+1,Annex II

    nanchor,i+1

    =

    nBB,woti+1,Annex II

    vanchor,i+1

    =

    vBB,woti+1,Annex II

    3.2.   L-inklinazzjoni (Slope) tal-linja tar-rigressjoni għal kull ger

    Il-qisien tal-ħoss għandhom jiġu vvalutati bħala funzjoni tal-veloċità tal-magna skont il-punt 3.2.1.

    3.2.1.   Il-kalkolu tal-inklinazzjoni (Slope) tal-linja ta' rigressjoni għal kull ger

    Il-linja ta' rigressjoni lineari hija kkalkolata bl-użu tal-anchor point (il-punt ta' rbit) u l-erba' qisien addizzjonali kkorrelati.

    Formula(f' dB/1 000 min–1)

    BiFormulauFormula

    fejn nj = veloċità tal-magna mkejla fuq il-linja BB'

    3.2.2.   L-inklinazzjoni (Slope) tal-linja tar-rigressjoni għal kull ger

    L-inklinazzjonik (Slope) partikolari tal-ger għal aktar kalkolazzjoni hija ir-riżultat idderivat minn kalkolu fil-punt 3.2.1 imqarrab sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali, iżda mhux ogħla minn 5 dB/1 000 min–1.

    3.3.   Il-kalkolu taż-żieda lineari tal-livell tal-ħoss mistennija għal kull kejl

    Il-livell tal-ħoss LASEP,kj għall-punt tal-kejl j u l-ger k għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-veloċitajiet tal-magna mkejla għal kull punt tal-kejl, bl-użu tal-iSlope (inklinazzjoni) speċifikat fil-punt 3.2 għall-anchor point (punt ta' rbit) speċifiku għal kull proporzjon tal-ingranaġġ.

    Għal nBB_k,j ≤ nanchor,k:

    LASEP_k,j = Lanchor_k + (Slopek – Y) * (nBB_k,j – nanchor,k)/1 000

    Għal nBB_k,j > nanchor,k:

    LASEP_k,j = Lanchor_k + (Slopek + Y) * (nBB_k,j – nanchor,k)/1 000

    Meta Y = 1

    3.4.   Kampjuni

    Fuq talba tal-awtorità tal-approvazzjoni għandhom jitwettqu żewġ testijiet addizzjonali fil-limitu tal-kundizzjonijet skont il-punt 2.3.

    4.   INTERPRETAZZJONI TAR-RIŻULTATI

    Kull kejl ta' strobju individwali għandu jiġi evalwat.

    Il-livell tal-ħoss ta' kull punt tal-kejl speċifikat ma għandux jaqbeż il-limiti mogħtija hawn taħt:

    Lkj ≤ LASEP_k.j + x

    Fejn:

    x

    =

    3 dB(A) għal vettura bi trasmissjoni awtomatika jew CVTs li ma jillokkjawx

    x

    =

    2 dB(A) + valur ta' limitu – Lurban tal-Anness II għall-vetturi kollha

    Jekk il-livell tal-ħoss imkejjel f'ċertu punt jaqbeż il-limitu, għandu jittieħed il-kejl darbtejn oħra fl-istess punt biex tkun ivverifikata l-inċertezza tal-kejl. Il-vettura tkun għadha konformi mal-ASEP, jekk il-medja tat-tliet qisien validi f'dan il-punt speċifiku tissodisfa l-ispeċifikazzjoni.

    5.   REFERENZA GĦAL VALUTAZZJONI TAL-ĦOSS

    Il-ħoss ta' referenza huwa vvalutat f'punt wieħed f'ger wieħed diskret, billi ssir simulazzjoni ta' kundizzjoni ta' aċċelerazzjoni li tibda b'veloċita ta' dħul ta' vaa ugwali għal 50 km/h u li tassumi veloċità ta' ħruġ ta' vbb ugwali għal 61 km/h. Il-konformità tal-ħsejjes f'dan il-punt tista' tiġi kkalkulata jew permezz tal-użu tar-riżultati fil-punt 3.2.2 u l-ispeċifikazzjoni ta' hawn taħt jew jiġu evalwati permezz tal-kejl dirett billi jintuża l-ger kif speċifikat hawn taħt.

    5.1   Id-determinazzjoni tal-ger K huwa kif ġej:

    K

    =

    3 għal kull trasmissjoni manwali u għal trasmissjoni awtomatika b'sa 5 gerijiet;

    K

    =

    4 għal trasmissjoni awtomatika b'6 gerijiet jew iktar

    Jekk l-ebda ger diskret ma jkun disponibbli, eż. għal trasmissjonijiet awtomatiċi jew għal CVTs li ma jillokkjawx, il-proporzjon tal-ingranaġġ għal aktar kalkolu għandu jkun iddeterminat mir-riżultat tat-test tal-aċċelerazzjoni fl-Anness II bl-użu tal-veloċità rrapportata tal-magna u l-veloċità tal-vettura fuq il-linja BB'.

    5.2.   Determinazzjoni ta' veloċità ta' referenza tal-magna nref_K

    Il-veloċità ta' referenza tal-magna, nref_K, għandha tkun ikkalkolata bl-użu tal-proporzjon tal-ingranaġġ K fil-veloċità ta' referenza ta' vref = 61 km/h.

    5.3.   Kalkolu ta' Lref

    Lref = Lanchor_K + SlopeK * (nref_K – nanchor_K)/1 000

    Lref għandu jkun inqas minn jew ugwali għal 76 dB(A).

    Għall-vetturi mgħammra b'gerboks manwali li jkollha aktar minn erba gerijiet 'il quddiem (forward gears) u mgħammra b'magna li tiżviluppa qawwa nominali massima netta akbar minn 140 kW u proporzjon ta' qawwa nominali massima netta/massa massima ikbar minn 75 kW/t, l-Lref għandu jkun inqas minn jew ugwali għal 79 dB (A).

    Għall-vetturi mgħammra b'gerboks manwali li jkollha aktar minn erba gerijiet 'il quddiem u mgħammra b'magna li tiżviluppa qawwa nominali massima netta akbar minn 140 kW u proporzjon ta' qawwa nominali massima netta/massa massima ikbar minn 75 kW/t, l-Lref għandu jkun inqas minn jew ugwali għal 78 dB (A).

    6.   EVALWAZZJONI TAL-ASEP BL-UŻU TAL-PRINĊIPJU TAL- OF L urban

    6.1   Kummenti ġenerali

    Din il-proċedura ta' evalwazzjoni hija alternattiva magħżula mill-manifattur għall-proċedura deskritta fil-punt 3 ta' dan l-Anness u hija applikabbli għat-teknoloġiji tal-vetturi kollha. Il-manifattur għandu jkun responsabbli biex jiddetermina l-mod korrett tal-ittestjar. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it-testijiet kollha u l-kalkulazzjoni għandha tkun kif speċifikat fl-Anness II.

    6.2.   Kalkolu tal-Lurban ASEP

    Minn kull LwotASEP kif imkejjel skont dan l-Anness, l-Lurban ASEP għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

    (a)

    ikkalkula awot test ASEP kif speċifikat fil-punt 4.1.2.1.2.1. jew mill-punt 4.1.2.1.2.2 tal-Anness II, kif applikabbli;

    (b)

    iddetermina l-veloċità tal-vettura (VBB ASEP) f'BB' matul it-test tal-LwotASEP;

    (c)

    ikkalkula l-kp ASEP kif ġej:

    kP ASEP = 1 – (aurban/awot test ASEP)

    Ir-riżultati tat-test fejn l-awot test ASEP ikunu inqas minn aurban għandhom jitwarrbu.

    (d)

    ikkalkula l-Lurban measured ASEP kif ġej:

    Lurban measured ASEP =

    Lwot ASEP – kP ASEP * (Lwot ASEP – Lcrs)

    Għal aktar kalkoli, uża l-Lurban mill-Anness II mingħajr it-tqarrib, inkluż in-numru wara d-deċimali (xx.x).

    (e)

    ikkalkula l-Lurban normalized kif ġej:

    Lurban normalized = Lurban measured ASEP – Lurban

    (f)

    ikkalkula l-Lurban measured ASEP kif ġej:

    Lurban ASEP =

    Lurban normalized – (0,15 * (VBB ASEP – 50))

    (g)

    konformità mal-limiti tal-livelli tal-ħoss:

    Lurban ASEP għandu jkun inqas minn jew ugwali għal 3,0 dB.

    Appendiċi

    Mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità mad-Dispożizzjonijiet Addizzjonali dwar l-Emissjonijiet tal-Ħsejjes

    (Format massimu: A4 (210 x 297 mm))

    (L-isem tal-manifattur) jafferma li vetturi ta' dan it-tip (tip fir-rigward tal-emissjonijiet tal-ħoss tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 540/2014) jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 540/2014.

    (L-isem tal-manifattur) jagħmel din id-dikjarazzjoni in bona fede, wara li tkun saret evalwazzjoni xierqa dwar il-prestazzjoni tal-emissjoni tal-ħoss tal-vetturi.

    Data:

    L-isem tar-rappreżentant awtorizzat:

    Firma tar-rappreżentant awtorizzat:


    ANNESS VIII

    MIŻURI DWAR IS-SISTEMA TA' TWISSIJA AKUSTIKA TA' VETTURA (AVAS)

    Dan l-Anness jistipula miżuri li jikkonċernaw is-Sistema ta' Twissija Akustika ta' Vettura (AVAS) għal vetturi elettriċi ibridi u elettriċi puri.

    AVAS

    1.   Prestazzjoni tas-sistema

    Jekk l-AVAS tkun installata fuq il-vettura, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti msemmija hawn taħt.

    2.   Il-kundizzjonijiet tal-operat

    (a)   Metodu tal-ġenerazzjoni tal-ħoss

    L-AVAS għandha awtomatikament tiġġenera ħoss fil-firxa minima tal-veloċità tal-vettura mill-bidu sa madwar 20 km/h u matul l-irriversjar. Meta l-vettura tkun mgħammra b'magna ta' kombustjoni interna li qed topera fil-firxa tal-veloċità tal-vettura ddefinita hawn fuq, l-AVAS ma tiġġenera l-ebda ħoss.

    Għall-vetturi b'apparat ta' twissija bil-ħoss għar-rivers, ma huwiex neċessarju li l-AVAS tiġġenera ħoss matul l-irriversjar.

    (b)   Swiċċ

    L-AVAS għandha tkun mgħammra bi swiċċ li huwa faċilment aċċessibbli mis-sewwieq tal-vettura sabiex jippermetti li jiġi attivat u diżattivat. Meta terġa' tinxtegħel il-vettura, l-AVAS għandu jaqa' fuq il-pożizzjoni mixgħula.

    (c)   L-attenwazzjoni

    Il-livell tal-ħoss tal-AVAS jista' jiġi mnaqqas matul il-perjodi ta' tħaddim tal-vettura.

    3.   It-tip u l-volum tal-ħoss

    (a)   Il-ħoss li jrid ikun iġġenerat mill-AVAS għandu jkun ħoss kontinwu li jipprovdi informazzjoni li vettura qed titħaddem lil min ikun miexi fit-triq u lil utenti oħra tat-toroq. Il-ħoss għandu jkun faċilment indikattiv tal-imġiba tal-vettura u għandu jkun simili għall-ħoss ta' vettura tal-istess kategorija mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna.

    (b)   Il-ħoss li jrid jiġi ġġenerat mill-AVAS għandu jkun indikattiv faċilment tal-imġiba tal-vettura, per eżempju, permezz ta' varjazzjoni awtomatika tal-livell tal-ħoss jew il-karatteristiċi f'sinkronizzazzjoni mal-veloċità tal-vettura.

    (c)   Il-livell tal-ħoss iġġenerat mill-AVAS ma għandux jaqbeż il-livell tal-ħoss approssimattiv għal vettura tal-kategorija M1 mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna u li topera fl-istess kundizzjonijiet.


    ANNESS IX

    L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE FIR-RIGWARD TAL-LIVELL TAL-ĦOSS TA' SISTEMI TAS-SAJLENSER BĦALA UNITAJIET TEKNIĊI SEPARATI (SISTEMI TAS-SAJLENSER TA' SOSTITUZZJONI)

    1.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP tal-UE

    1.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE skont l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 2007/46/KE fir-rigward ta' sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni, jew komponenti minnha, bħala unità teknika separata maħsuba għal vetturi tal-kategoriji M1 u N1 għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-vettura jew mill-manifattur tal-unità teknika separata kkonċernata.

    1.2.   L-Appendiċi 1 tinkludi mudell tad-dokument ta' informazzjoni.

    1.3.   Fuq talba tas-servizz tekniku kkonċernat, l-applikant għandu jippreżenta:

    1.3.1   żewġ eżempji tas-sistema li għaliha saret l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE,

    1.3.2.   sistema tas-sajlenser tat-tip oriġinarjament installat fil-vettura meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE,

    1.3.3.   vettura rappreżentattiva tat-tip li fuqha għandha titwaħħal is-sistema, li tissodisfa r-rekwiżiti tal-punt 2.1 tal-Anness VI,

    1.3.4.   magna separata li tikkorrispondi għat-tip ta' vettura deskritta hawn fuq.

    2.   IL-MARKI

    2.4.1.   Is-sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni jew komponenti minnha, esklużi l-biċċiet għall-immuntar tal-komponenti mal-karozza u l-pajpijiet, għandu jkollhom:

    2.4.1.1.   il-marka kummerċjali jew l-isem kummerċjali tal-manifattur tas-sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni u l-komponenti minnha,

    2.4.1.2.   id-deskrizzjoni kummerċjali tal-manifattur.

    2.4.2.   Dawn il-marki għandhom jinqraw biċ-ċar u ma jitħassrux, anki meta s-sistema titwaħħal mal-vettura.

    3.   L-GĦOTI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE

    3.1.   Jekk ir-rekwiżiti rilevanti jkunu sodisfatti, għandha tingħata l-approvazzjoni tat-tip tal-UE skont l-Artikolu 9(3) u, fejn japplika, l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2007/46/KE.

    3.2.   L-Appendiċi 2 tinkludi mudell taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

    3.3.   Numru tal-approvazzjoni tat-tip skont l-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE għandu jiġi assenjat lil kull tip ta' sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni, jew komponenti minnha, approvat bħala unità teknika separata; it-taqsima 3 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip għandha tindika n-numru ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jekk is-sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni hija maħsuba biex titwaħħal f'tipi ta' vetturi konformi mal-valuri ta' limitu tal-Fażi 1 fl-Anness III, it-Taqsima 3 biss tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip għandu jiġi segwit mill-ittra “A”. Jekk is-sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni hija maħsuba biex titwaħħal f'tipi ta' vetturi konformi mal-valuri limitu tal-Fażi 2 fl-Anness III, it-Taqsima 3 biss tan-numru tal-approvazzjoni t-tip għandu jiġi segwit bl-ittra “B”. Jekk is-sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni hija maħsuba biex titwaħħal f'tipi ta' vetturi konformi mal-valuri ta' limitu tal-Fażi 3 fl-Anness III, it-Taqsima 3 biss tan-numru tal-approvazzjoni t-tip għandu jiġi segwit bl-ittra “C”. L-istess Stat Membru ma għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni jew lil xi komponenti minnha.

    4.   IL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE

    4.1.   Kull sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni, jew komponenti minnha, minbarra l-biċċiet għall-immuntar u l-pajpijiet, li tikkonforma ma' tip approvat skont dan ir-Regolament għandu jkollha marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE.

    4.2.   Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tikkonsisti f'rettangolu madwar l-ittra żgħira “e” u warajha l-ittra(i) jew numru distintiv(i) tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip:

     

    “1” għall-Ġermanja

     

    “2” għal Franza

     

    “3” għall-Italja

     

    “4” għall-Pajjiżi l-Baxxi

     

    “5” għall-Isvezja

     

    “6” għall-Belġju

     

    “7” għall-Ungerija

     

    “8” għar-Repubblika Ċeka

     

    “9” għal Spanja

     

    “11” għar-Renju Unit

     

    “12” għall-Awstrija

     

    “13” għal-Lussemburgu

     

    “17” għall-Finlandja

     

    “18” għad-Danimarka

     

    “19” għar-Rumanija

     

    “20” għall-Polonja

     

    “21” għall-Portugall

     

    “23” għall-Greċja

     

    “24” għall-Irlanda

     

    “25” għall-Kroazja

     

    “26” għas-Slovenja

     

    “27” għas-Slovakkja

     

    “29” għall-Estonja

     

    “32” għal-Latvja

     

    “34” għall-Bulgarija

     

    “36” għal-Litwanja

     

    “49” għal Ċipru

     

    “50” għal Malta

    Għandha tinkludi wkoll fil-viċinanza tar-rettanglu 'in-numru bażiku tal-approvazzjoni' li jinsab fit-taqsima 4 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip imsemmmi fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE, ippreċedut biż-żewġ ċifri li jindikaw in-numru ta' sekwenza assenjat lill-emenda teknika maġġuri l-aktar reċenti għal dan ir-Regolament li kienet applikabbli fil-mument tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. Għal dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu, in-numru ta' sekwenza huwa 00. Barra minn hekk, dak in-numru ta' sekwenza għandu jiġi preċedut mill-ittra “A” jekk is-sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni hija maħsuba biex titwaħħal fuq tipi ta' vetturi konformi mal-valuri ta' limitu tal-Fażi 1 fl-Anness III biss, jew l-ittra “B” jekk is-sistema tas-sajlenser ta' sostituzjoni hija maħsuba biex titwaħħal f'tipi ta' vetturi konformi mal-valuri ta' limitu tal-Fażi 2 fl-Anness III biss, jew l-ittra “C” jekk is-sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni hija maħsuba biex titwaħħal fuq tipi ta' vetturi konformi mal-valuri ta' limitu tal-Fażi 3 fl-Anness III.

    4.3.   Il-marka għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista' titħassar anke meta s-sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni, jew komponenti minnha, tkun installata fil-vettura.

    4.4.   Mudell tal-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE jinsab fl-Appendiċi 3.

    5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET

    5.1.   Speċifikazzjonijiet ġenerali

    5.1.1.   Is-sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni, jew il-komponenti minnha, għandhom ikunu iddisenjati, mibnija u li kapaċi jkunu mmuntati b'tali mod li jassiguraw li l-vettura tkun konformi ma' dan ir-Regolament waqt il-kundizzjonijiet normali tal-użu, minkejja xi vibrazzjonijiet li għalihom tista' tkun soġġetta.

    5.1.2.   Is-sistema tas-sajlenser, jew il-komponenti minnha, għandhom ikunu ddisinjati, kostruwiti u kapaċi li jiġu mmuntati b'tali mod li jkun hemm resistenza raġjonevoli għall-fenomenu tal-korużjoni li għalih ikunu esposti wara li jitqiesu l-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura.

    5.1.3.   Il-preskrizzjonijiet addizzjonali relatati mal-manipulazzjoni u s-sistemi ta' multimodalità manwalment aġġustabbli tal-egżost jew tas-sajlenser

    5.1.3.1.   Is-sistemi tas-sajlenser jew tal-egżost kollha għandhom jinbnew b'tali mod li ma jippermettux it-tneħħija faċli tal-baffles, l-exit-cones u partijiet oħra li l-funzjoni primarja tagħhom hija bħala parti miċ-chambers tas-sajlenser/espansjoni. Meta l-inkorporazzjoni ta' parti bħal din tkun inevitabbli, il-metodu tat-twaħħil tagħha għandu jkun tali li t-tneħħija ma tkunx iffaċilitata faċilment (eż. bil-fixings bil-kamin konvenzjonali) u għandha tkun imwaħħla b'tali mod ukoll li t-tneħħija tagħha tikkawża ħsara permanenti/irrikoverabbli lill-assemblaġġ.

    5.1.3.2.   Sistemi tas-sajlenser jew tal-egżost, b'modalitajiet multipli operattivi manwalment aġġustabbli għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet kollha fil-modalitajiet operattivi kollha. Il-livelli ta' ħoss irrapportati għandhom ikunu dawk li jirriżultaw mill-modalità bl-ogħla livelli ta' ħoss.

    5.2.   L-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-livelli tal-ħoss

    5.2.1.   Il-kundizzjonijiet tal-kejl

    5.2.1.1.   It-test tal-istorbju tas-sistema tas-sajlenser u s-sistema tas-sajlenser tas-sostituzzjoni għandu jitwettaq bl-istess tajers normali, kif iddefinit fil-paragrafu 2 tar-Regolament tal-UNECE Nru 117. Fuq talba tal-manifattur, it-testijiet m'għandhomx isiru b'tajers għal trazzjoni, tajers ta' użu speċjali jew tajers għall-borra kif definiti fil-paragrafu 2 tar-Regolament tal-UNECE Nru 117. Tajers bħal dawn jistgħu jżidu l-livell tal-ħoss tal-vettura jew ikollhom effett ta' masking fuq it-tqabbil tal-prestazzjoni tat-tnaqqis tal-istorbju. It-tajers jistgħu jkunu ta' kundizzjoni użata iżda għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti legali għall-użu fit-traffiku.

    5.2.2.   Il-prestazzjoni tat-tnaqqis tal-istorbju tas-sistema tas-sajlensers ta' sostituzzjoni jew tal-komponenti tagħha għandha tiġi vverifikata permezz tal-metodi deskritti fil-punt 1 tal-Anness II. B'mod partikolari, għall-applikazzjoni ta' dan il-punt, se ssir referenza għal-livell ta' emendi ta' dan ir-Regolament li kien fis-seħħ fiż-żmien tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura l-ġdida.

    (a)

    Il-kejl bil-vettura miexja

    Meta s-sistema tas-sajlensers ta' sostituzzjoni, jew il-komponenti minnha, jiġu mmuntati fuq il-vettura deskritta fil-punt 1.3.3, il-livelli tal-ħoss miksuba għandhom jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    il-valur imkejjel (imqarrab sal-eqreb numru sħiħ) ma għandux jaqbeż b'aktar minn 1 dB(A) tal-valur tal-approvazzjoni tat-tip miksub skont dan ir-Regolament bit-tip ta' vettura kkonċernata;

    (ii)

    il-valur imkejjel (qabel kull tqarrib għall-eqreb numru sħiħ) ma għandhux jaqbeż b'aktar minn 1 dB(A) il-valur tal-ħoss imkejjel (qabel kull tqarrib għall-eqreb numru sħiħ) fuq il-vettura deskritt fil-punt 1.3.3, meta din tkun mgħammra b'sistema ta' sajlensers li tikkorrispondi għat-tip li jkun imwaħħal mal-vettura meta tiġi ppreżentata għall-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament.

    Meta jintgħażel li jsir tqabbil inkruċjat tas-sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni mas-sistema oriġinali, għall-applikazzjoni tal-punt 4.1.2.1.4.2 u/jew il-punt 4.1.2.2.1.2 tal-Anness II, ikun permess li jkun hemm bidla fil-ger għal aċċellerazzjonijiet ogħla, u l-użu ta' mezzi mekkaniċi jew elettroniċi li jipprevjenu din il-waqgħa fil-ger mhuwiex obbligatorju. Jekk f'dawn il-kundizzjonijiet il-livell tal-ħoss tal-vettura tat-test jogħla iktar mill-valuri tal-konformità tal-produzzjoni COP, is-servizz tekniku għandu jiddeċiedi dwar ir-rappreżentattività tal-vettura tat-test.

    (b)

    Kejl bil-vettura wieqfa

    Meta s-sistema tas-sajlensers ta' sostituzzjoni, jew il-komponenti minnha, jiġu mmuntati fuq il-vettura deskritta fil-punt 1.3.3, il-livelli tal-ħoss miksuba għandhom jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    tl-valur imkejjel (imqarrab sal-eqreb numru sħiħ) ma għandux jaqbeż b'aktar minn 2 dB(A) tal-valur tal-approvazzjoni tat-tip miksub skont dan ir-Regolament bit-tip ta' vettura kkonċernata;

    (ii)

    il-valur imkejjel (qabel kull tqarrib għall-eqreb numru sħiħ) ma għandhux jaqbeż b'aktar minn 2 dB(A) il-valur tal-ħoss imkejjel (qabel kull tqarrib għall-eqreb numru sħiħ) fuq il-vettura deskritt fil-punt 1.3.3, meta din tkun mgħammra b'sistema ta' sajlensers li tikkorrispondi għat-tip li jkun imwaħħal mal-vettura meta tiġi ppreżentata għall-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament.

    5.2.3.   Barra mir-rekwiżiti tal-Anness II, kull sistema tas-sajlensers ta' sostituzzjoni, jew komponenti minnha, iridu jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli tal-Anness VII. Għas-sistemi tas-sajlensers ta' sostituzzjoni maħsuba għal tipi ta' vetturi approvati skont id-Direttiva 70/157/KEE ir-rekwiżiti tal-Anness VII kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tal-punti 5.2.3.1 sa 5.2.3.3 ta' dan l-Anness ma japplikawx.

    5.2.3.1.   Meta s-sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni, jew komponent minnha, ikunu sistemi jew komponenti b'ġeometrija varjabbli, fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip il-manifattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni b'konformità mal-Appendiċi tal-Anness VII li tgħid li t-tip ta' sistema ta' sajlensers li jrid jiġi approvat jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punt 5.2.3 ta' dan l-Anness. L-awtorità tal-approvazzjoni tista' tirrikjedi li kull test relevanti jivverifika l-konformità tat-tip tas-sistema tas-sajlensers mad-dispożizzjonijiet addizzjonali tal-emissjonijiet tal-ħsejjes.

    5.2.3.2.   Meta s-sistema tas-sajlensers ta' sostituzzjoni, jew komponent minnha, ma jkunux sistemi b'ġeometrija varjabbli, huwa biżżejjed li għall-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip il-manifattur jipprovdi dikjarazzjoni b'konformità mal-Appendiċi tal-Anness VII li tistqarr li t-tip ta' sistema tas-sajlensers li jrid jiġi approvat huwa konformi mar-rekwiżiti tal-punt 5.2.3 ta' dan l-Anness.

    5.2.3.3.   Din id-dikjarazzjoni ta' konformità għandha tgħid hekk: “(L-isem tal-manifattur) jixhed li s-sistema tas-sajlensers ta' dan it-tip tikkonforma mar-rekwiżiti tal-punt 5.2.3 tal-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 540/2014. (L-isem tal-manifattur) jagħmel din id-dikjarazzjoni in bona fede, wara li ssir valutazzjoni xierqa ta' inġinerija tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tal-ħsejjes applikabbli fuq il-firxa applikabbli ta' kundizzjonijiet.”

    5.3.   Kejl tal-prestazzjonijiet tal-vettura

    5.3.1.   Is-sistema tas-sajlenser tas-sostituzzjoni, jew il-komponenti minnha, għandhom ikunu tali li jassiguraw li l-imġieba tal-vettura tkun komparabbli ma' dik miksuba bit-tgħamir oriġinali tas-sistema tas-sajlenser jew tal-komponenti minnha.

    5.3.2.   Is-sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni jew, skont l-għażla tal-manifattur, il-komponenti ta' dik is-sistema għandhom jitqabblu mas-sistema tas-sajlenser oriġinali jew komponenti minnha, li huma ukoll f'kundizzjoni tajba, suċċessivament immuntati fuq il-vettura msemmija fil-punt 1.3.3.

    5.3.3.   Il-verifika għandha titwettaq billi titkejjel il-kontrapressjoni skont il-punt 5.3.4.

    Il-valur imkejjel bis-sistema tas-sajlensers ta' sostituzzjoni ma għandux jaqbeż il-valur imkejjel bit-tgħamir tas-sistema oriġinali tas-sajlenser b'aktar minn 25 % skont il-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt.

    5.3.4.   Il-metodu tat-test

    5.3.4.1.   Il-metodu tat-test bil-magna

    Il-kejl għandu jitwettaq fuq il-magna msemmija fil-punt 1.3.4 igganċjata ma' dinamometru. Bil-valv tal-aċċeleratur kompletament miftuħ, il-bank għandu jkun aġġustat b'tali mod li jikseb il-veloċità tal-magna (S) li tikkorrispondi mal-potenza massima nominali tal-magna.

    Għall-kejl tal-kontrapressjoni, id-distanza li fiha vit tal-pressjoni għandu jitqiegħed mill-manifold tal-eġżost hija indikata fl-Appendiċi 5.

    5.3.4.2.   Il-metodu tat-test bil-vettura

    Il-kejl għandu jitwettaq fuq il-vettura msemmija fil-punt 1.3.3. It-test għandu jsir jew fuq it-triq jew fuq dinamometru romblu.

    Bil-valv tal-aċċelleratur kompletament miftuħ, il-magna għandha tiġi mgħobbija b'tali mod li tikseb il-veloċità tal-magna (S) li tikkorrispondi mal-potenza massima nominali tal-magna.

    Għall-kejl tal-kontrapressjoni, id-distanza li fiha vit tal-pressjoni għandu jitqiegħed mill-manifold tal-eġżost hija indikata fl-Appendiċi 5.

    5.4.   Speċifikazzjonijiet addizzjonali fir-rigward tas-sistemi tas-sajlensers ta' sostituzzjoni jew komponenti tagħhom, li fihom materjali fibrużi li jtaffu l-ħsejjes

    5.4.1.   Kummenti ġenerali

    Il-materjali fibrużi li jtaffu l-ħsejjes jistgħu jintużaw biss fis-sistemi tas-sajlenser jew fil-komponenti tagħhom fejn titlaħaq kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet;

    (a)

    il-gass tal-egżost ma jkunx f'kuntatt mal-materjali fibrużi;

    (b)

    is-sistema tas-sajlenser jew il-komponenti minnha ikunu tal-istess familja ta' disinn tas-sistemi jew tal-komponenti tas-sistemi tagħhom li għalihom ġie ppruvat, waqt il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, li mhumiex suġġetti għad-deterjorament.

    Jekk l-ebda waħda minn dawk il-kundizzjonijiet ma tintlaħaq, is-sistema sħiħa tas-sajlenser jew il-komponenti minnha jkollhom iġarrbu kundizzjonament konvenzjonali permezz ta' waħda fost tliet installazzjonijiet u proċeduri deskritti hawn taħt.

    Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, grupp ta' sistema tas-sajlenser jew komponenti ta' sistemi tas-sajlenser tagħhom għandhom jiġu kkunsidrati bħala li huma tal-istess familja ta' disinn meta l-karatteristiċi kollha li ġejjin ikunu l-istess:

    (a)

    il-preżenza ta' fluss tal-gass nett tal-gassijiet tal-egżost permezz tal-materjal fibruż assorbenti meta f'kuntatt ma' dak il-materjal;

    (b)

    it-tip tal-fibri;

    (c)

    fejn applikabbli, speċifikazzjonijiet tal-materjal tal-lega;

    (d)

    dimensjonijiet medji tal-fibra;

    (e)

    id-densità minima tal-materjal bil-kwantità tal-imballaġġ f'kg/m3;

    (f)

    il-wiċċ ta' kuntatt massimu bejn il-fluss tal-gass u l-materjal assorbenti;

    5.4.1.1.   Tħaddim kontinwu fit-triq għal 10 000 km

    5.4.1.1.1.   50 ± 20 % ta' din l-operazzjoni għandu jikkonsisti minn sewqan urban u l-bqija tal-operazzjoni għandha tikkonsisti minn ġirjiet ta' distanzi twal b'veloċità għolja; it-tħaddim kontinwu fit-triq jista' jiġi sostitwit minn programm korrispondenti fuq il-mogħdija tat-test.

    Iż-żewġ reġimi ta' veloċità għandhom jalternaw mill-inqas darbtejn.

    Il-programm komplut tat-test irid jinkludi minimu ta' 10 waqfiet ta' mill-inqas tliet sigħat sabiex ikunu riprodotti l-effetti ta' tberrid u ta' xi kondensazzjoni li tista' tkun iffurmat.

    5.4.1.2.   L-ikkondizzjonar fuq bank tat-test

    5.4.1.2.1.   Bl-użu ta' partijiet standard u billi jiġu osservati l-istruzzjonijiet tal-manifattur, is-sistema tas-sajlenser jew il-komponenti minnha iridu jitwaħħlu mal-vettura li tissemma fil-punt 1.3.3 jew mal-magna li tissemma fil-punt 1.3.4. Fl-ewwel każ, il-vettura trid tkun immuntata fuq dinanometru romblu. Fit-tieni każ, il-magna trid tkun igganċjata ma' dinanometru.

    5.4.1.2.2.   It-test għandu jitwettaq f'perjodi ta' sitt sigħat b'waqfa ta' mill-anqas 12-il siegħa bejn kull perjodu sabiex ikunu riprodotti l-effetti tat-tberrid u xi kondensazzjoni li tista' sseħħ.

    5.4.1.2.3.   Matul kull perjodu ta' sitt sigħat, il-magna għandha titħaddem skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    ħames minuti b'veloċità mingħajr ingranaġġ;

    (b)

    sekwenza ta' siegħa bi 1/4 tagħbija bi 3/4 tal-veloċità massima nominali (S);

    (c)

    sekwenza ta' siegħa bi 1/2 tagħbija bi 3/4 tal-veloċità massima nominali (S);

    (d)

    sekwenza ta' 10 minuti b'tagħbija sħiħa bi 3/4 tal-veloċità massima nominali (S);

    (e)

    sekwenza ta' 15-il minuta b'1/2 tagħbija b'veloċità massima nominali (S);

    (f)

    sekwenza ta' 30 minuta bi 1/4 tagħbija b'veloċità massima nominali (S).

    Kull perjodu għandu jkun magħmul minn żewġ settijiet maqsumin f'sekwenza ta' dawk il-kundizzjonijiet f'ordni konsekuttiva minn (a) sa (f).

    5.4.1.2.4.   Matul it-test, is-sistema tas-sajlenser jew il-komponenti minnha ma għandhomx jitberrdu b'riħ sfurzat li jissimula l-arja li normalment tgħaddi madwar il-vettura.

    Madankollu, fuq talba tal-manifattur, is-sistema tas-sajlenser tista' titberred sabiex ma taqbiżx it-temperatura rreġistrata fil-bokka tagħha meta l-vettura tkun għaddejja b'veloċità massima.

    5.4.1.3.   L-ikkondizzjonar bil-pulsazzjoni

    5.4.1.3.1.   Is-sistema tas-sajlenser jew il-komponenti minnha għandhom ikunu mmuntati mal-vettura msemmja fil-punt 1.3.3 jew mal-magna imsemmija fil-punt 1.3.4. Fl-ewwel każ, il-vettura għandha titqiegħed fuq dinanometru romblu, u, fit-tieni każ, il-magna għandha titqiegħed fuq dinamometru.

    5.4.1.3.2.   L-apparat tat-test, li dijagramma dettaljata tiegħu qed tintwera fil-Figura 1 tal-Appendiċi tal-Anness IV, irid jitwaħħal fil-bokka tas-sistema tas-sajlenser. Kwalunkwe apparat ieħor li jipprovdi riżultati ekwivalenti huwa aċċettabbli.

    5.4.1.3.3.   L-apparat tat-test għandu jkun aġġustat b'tali mod li l-fluss tal-gass tal-egżost ikun interrott alternattivament u jerġa jitqabbad permezz ta' valv ta' azzjoni rapida għal 2 500-il ċiklu.

    5.4.1.3.4.   Il-valv għandu jiftaħ meta l-kontrapressjoni tal-gass tal-egżost, imkejjel mill-anqas 100 mm 'l isfel mil-flanġ tad-dħul, jilħaq valur ta' bejn 35 u 40 kPa. Għandu jagħlaq meta din il-pressa ma tvarjax b'aktar minn 10 % mill-valur stabilizzat tiegħu bil-valv miftuħ.

    5.4.1.3.5.   It-time-delay switch għandu jkun stabbilit għad-dewmien tal-ħruġ tal-gass tal-egżost li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5.4.1.3.4.

    5.4.1.3.6.   Il-veloċità tal-magna għandha tkun ta' 75 % tal-veloċità (S) li fiha l-magna tiżviluppa l-potenza massima.

    5.4.1.3.7.   Il-potenza indikata mid-dinamometru għandha tkun ugwali għal 50 % tal-potenza bil-valv tal-aċċeleratur miftuħ kollu mkejla b'75 % tal-veloċità tal-magna (S).

    5.4.1.3.8.   Kull toqba għall-iskular tal-likwidi għandha tingħalaq matul it-test.

    5.4.1.3.9.   It-test kollu għandu jitwettaq fi żmien 48 siegħa. Jekk jinħtieġ, wara kull siegħa se jkun osservat perjodu wieħed ta' tberrid.

    5.4.1.3.10.   Wara l-kondizzjonament, il-livell tal-ħoss jiġi kkontrollat skont il-punt 5.2.

    6.   ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP UE

    Il-manifattur tas-sistema tas-sajlenser jew ir-rappreżentant tiegħu jistgħu jitolbu estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip UE għal tipi oħra ta' vetturi mingħand id-dipartiment amministrattiv li jkun ta l-approvazzjoni għas-sistema tas-sajlensers għal tip wieħed jew diversi tipi ta' vetturi.

    Il-proċedura hija dik stipulata fil-punt 1. Avviż tal-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip UE (jew ir-rifjut ta' estensjoni) għandhom jiġu komunikati lill-Istati Membri skont il-proċedura speċifikata fid-Direttiva 2007/46/KE.

    7.   MODIFIKA TAT-TIP TA' SISTEMA TAS-SAJLENSER

    Fil-każ ta' modifiki tat-tip approvat skont dan ir-Regolament, għandhom japplikaw l-Artikoli 13 sa 16 u l-Artikolu 17(4) tad-Direttiva 2007/46/KE.

    8.   COP

    8.1.   Il-miżuri biex jiżguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/46/KE.

    8.2.   Dispożizzjonijiet speċjali:

    8.2.1.   It-testijiet imsemmija fil-punt 2.3.5 tal-Anness X tad-Direttiva 2007/46/KE huma dawk preskritti fl-Anness XI ta' dan ir-Regolament.

    8.2.2.   Il-frekwenza tal-ispezzjonijiet imsemmija fil-punt 3 tal-Anness X tad-Direttiva 2007/46/KE normalment hija darba kull sentejn.

    9.   INFORMAZZJONI MAĦSUBA GĦALL-UTENTI U GĦALL-ISPEZZJONI TEKNIKA

    9.1.   Kull sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni għandha tkun akkumpanjata minn dokument stampat maħruġ mill-manifattur tas-sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni jew ir-rappreżentant tiegħu. Dak id-dokument għandu mill-anqas ikollu l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    in-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tas-sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni (il-ħames taqsima li tindika n-numru tal-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tista' titħalla barra);

    (b)

    il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE;

    (c)

    id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur);

    (d)

    it-tip u d-deskrizzjoni kummerċjali u/jew in-numru tal-parti;

    (e)

    l-isem u l-indirizz tal-kumpannija tal-manifattur

    (f)

    l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti)

    (g)

    data dwar il-vetturi li għalihom hija maħsuba s-sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni:

    (i)

    ditta,

    (ii)

    tip,

    (iii)

    numru tal-approvazzjoni tat-tip,

    (iv)

    kodiċi tal-magna,

    (v)

    il-qawwa massima tal-magna

    (vi)

    it-tip ta' trasmissjoni

    (vii)

    kwalunkwe restrizzjoni dwar il-vetturi fejn is-sistema tista' tiġi mmuntata

    (viii)

    il-livell tal-ħoss għall-vettura miexja f'dB(A) u l-livell tal-ħoss meta wieqfa f'dB(A) f'min-1 (jekk jiċċaqlaq lejn il-valuri tal-approvazzjoni tat-tip UE);

    (h)

    struzzjonijiet ta' mmuntar.

    9.2.   Jekk id-dokument stampat imsemmi fil-punt 9.1 jikkonsisti f'aktar minn paġna ta' karta, kull karta għandu jkollha minn tal-anqas referenza għan-numru tal-approvazzjoni tat-tip.

    9.3.   L-informazzjoni dwar il-punt 9.1 (g) u (h) jista' jiġi pprovdut fuq is-sit elettroniku tal-manifattur jekk l-indirizz tas-sit elettroniku huwa indikat fuq id-dokument stampat.

    Appendiċi 1

    Dokument ta' informazzjoni Nru … rigward l-approvazzjoni tat-tip tal-UE bħala unità teknika separata ta' sistemi tas-sajlenser ta' sostituzzjoni għal vetturi bil-mutur (ir-Regolament (UE) Nru 540/2014)

    L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tiġi ppreżentata fi tliet kopji u għandha tinkludi werrej. Kull illustrazzjoni għandha tiġi ppreżentata fi skala xierqa u b'dettall suffiċjenti fuq daqs ta' A4 jew f'folder ta' format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom ikunu ddettaljati biżżejjed.

    Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati ikollhom il-kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar kif jaħdmu.

    0.   Kummenti ġenerali

    0.1.

    Id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

    0.2.

    L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

    0.3

    Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk dawn huma mmarkati fuq l-unità teknika (1):

    0.3.1.

    Fejn tinsab dik il-marka:

    0.5.

    Isem u indirizz tal-kumpannija tal-manifattur:

    0.7.

    Fil-kaz ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE:.

    0.8.

    L-indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-immuntar:

    0.9.

    L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti):

    1.   Id-deskrizzjoni tal-vettura li għaliha huwa maħsub it-tagħmir (jekk it-tagħmir huwa maħsub li jiġi installat fuq aktar minn tip wieħed ta' vettura, l-informazzjoni mitluba taħt dan il-punt għandha tingħata għal kull tip ikkonċernat)

    1.1.

    Id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

    1.2.

    L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

    1.3.

    Il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura:

    1.4.

    Il-kategorija tal-vettura:

    1.5.

    In-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura sħiħa:.

    1.6

    L-impjant tal-enerġija:

    1.6.1.

    Il-Manifattur tal-magna:

    1.6.2.

    Il-kodiċi tal-magna tal-manifattur:

    1.6.3.

    Potenza netta massima (g): … kW f' … min-1 jew qawwa nominali massima kontinwa (mutur tal-elettriku): … kW

    1.6.4.

    Ċarġer(s) tal-pressjoni: il-parti oriġinali jew id-ditta u l-immarkar (1):

    1.6.5.

    Filter tal-arja: il-parti oriġinali jew id-ditta u l-immarkar (1):

    1.6.6.

    Is-sajlenser(s) tad-dħul: il-parti oriġinali jew id-ditta u l-immarkar (1):

    1.6.7.

    Is-sajlenser(s) tal-egżost): Il-parti oriġinali jew id-ditta u l-immarkar (1):

    1.6.8.

    Catalist: il-parti oriġinali jew id-ditta u l-immarkar (1)

    1.6.9.

    Imqabad tal-Partiċelli: il-parti oriġinali jew id-ditta u l-immarkar (1):

    1.7.

    It-trażmissjoni

    1.7.1.

    It-tip (mekkanika, idrawlika, elettrika, eċċ):

    1.8.

    Aġġeġġi mhux tal-magna ddisinjati biex inaqqsu l-istorbju: il-Parti oriġinali jew id-deskrizzjoni (1):

    1.9.

    Il-valuri tal-livell tal-ħsejjes:

     

    vettura miexja: … dB (A), veloċità stabbilizzata qabel l-aċċelerazzjoni fi … km/h;

     

    vettura wieqfa dB (A), bil- … min–1

    1.10.

    Il-valur tal-kontrapressjoni: … Pa

    1.11.

    Kull restrizzjoni fir-rigward ta' rekwiżiti ta' użu u ta' mmuntar:

    2.   Rimarki:

    3.   Deskrizzjoni tat-tagħmir

    3.1.

    Deskrizzjoni tas-sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni li tindika l-pożizzjoni relattiva ta' kull komponent tas-sistema, flimkien mal-istruzzjonijiet tal-immuntar

    3.2.

    Illustrazzjonijiet dettaljati ta' kull komponent, b'mod li jkunu jistgħu jinstabu u jiġu identifikati b'mod faċli, u referenza għall-materjali użati. Dawn l-illustrazzjonijiet għandhom jindikaw il-post li jkun hemm ipprovdut għat-twaħħil obbligatorju tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE

    Data:

    Iffirmat:

    Kariga fil-kumpannija:


    (1)  Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu unità teknika separata koperta minn dan id-dokument ta' informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

    (1)  Ħassar fejn mhux applikabbli.

    Appendiċi 2

    MUDELL

    Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE

    (Format massimu: A4 (210 × 297 mm)

    It-timbru tal-Awtorità tal-Approvazzjoni

    Komunikazzjoni li tikkonċerna

    l-approvazzjoni tat-tip (1)

    l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip (1)

    ir-rifjut tal-approvazzjoni tat-tip (1)

    l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip (1)

    ta' tip ta' unità teknika separata ta' sistemi tas-sajlenser fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 540/2014

    In-numru tal-approvazzjoni tat-tip:

    Raġuni għall-estensjoni:

    TAQSIMA 1

    0.1.

    Id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

    0.2.

    L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

    0.3.

    Il-mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip jekk ikunu mmarkati fuq unità teknika separata (2):

    0.3.1.

    Fejn tinsab dik il-marka

    0.4.

    Il-kategorija tal-vettura (3):

    0.5.

    L-isem u l-indirizz tal-kumpannija tal-manifattur:

    0.7.

    Fil-każ ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta' approvazzjoni tal-UE:

    0.8.

    L-indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-immuntar:

    0.9.

    L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti):

    TAQSIMA II

    1.

    Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): Ara l-Addendum

    2.

    Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:

    3.

    Id-data tar-rapport tat-test:

    4.

    In-numru tar-rapport tat-test:

    5.

    Rimarki (jekk ikun hemm): Ara l-Addendum

    6.

    Post:

    7.

    Data: ..

    8.

    Firma:

    9.

    L-indiċi għall-pakkett tal-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità tal-approvazzjoni, li jista' jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.

    Dokumenti mehmużin:

    Pakkett ta' tagħrif

     

    Rapport tat-test.


    (1)  Ħassar fejn mhux applikabbli.

    (2)  Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta' unità teknika separata koperti biċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu:“?” (eż.ABC??123??).

    (3)  Kif iddefinit fil-parti A tal-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE.

    Addendum

    għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE Nru …

    1.   Informazzjoni addizzjonali

    1.1.

    Id-deskrizzjoni tal-vettura li għaliha huwa maħsub it-tagħmir (jekk it-tagħmir huwa maħsub li jiġi installat fuq aktar minn tip wieħed ta' vettura, l-informazzjoni mitluba taħt dan il-punt għandha tingħata għal kull tip ikkonċernat)

    1.1.1.

    Id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

    1.1.2.

    L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

    1.1.3.

    Il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura:

    1.1.4.

    Il-kategorija tal-vettura:

    1.1.5.

    In-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura sħiħa:

    1.2.

    L-impjant tal-enerġija:

    1.2.1.

    Il-Manifattur tal-magna:

    1.2.2.

    Il-kodiċi tal-magna tal-manifattur:

    1.2.3.

    Potenza netta massima (g): … kW f' … min-1 jew qawwa nominali massima kontinwa (mutur tal-elettriku) … kW

    2.   Riżultati tat-testijiet

    2.1.

    Il-livell tal-ħoss ta' vettura li qed tiċċaqlaq: … dB(A)

    2.2.

    Il-livell tal-ħoss ta' vettura wieqfa: … dB(A) fuq … min-1

    2.3.

    Il-valur tal-kontrapressjoni: … Pa

    3.   Rimarki:

    Appendiċi 3

    Mudell għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE

    Image

    Is-sistema tas-sajlenser, jew il-komponenti minnha, li jkollhom il-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE kif tidher hawn fuq huwa tagħmir li ġie approvat fi Spanja (e 9) skont ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 bin-numru tal-approvazzjoni bażiku 0148, konformi mal-valuri ta' limitu tal-Fażi 2 fl-Anness III ta' dak ir-Regolament.

    Il-figuri użati huma biss indikattivi.

    Appendiċi 4

    L-apparat tat-test

    Image

    Appendiċi 5

    Il-punti tal-kejl — kontrapressjoni

    Eżempji possibbli ta' punti ta' kejl għal testijiet għal telf ta' pressjoni. Il-punt preċiż tal-kejl għandu jiġi speċifikat fir-rapport tat-test. Għandu jkun f'erja fejn il-fluss tal-gass huwa regolari.

    1.   Figura 1

    Pajp wieħed

    Image2.   .Figura 2

    Partly twin pipe 1

    Image3.   Figura 3

    Twin pipe

    Image

    ANNESS X

    IL-KONTROLLI FUQ IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI GĦAL SISTEMA TAS-SAJLENSER TA' SOLUZZJONI BĦALA UNITÀ TEKNIKA SEPARATA

    1.   KUMMENTI ĠENERALI

    Dawn ir-rekwiżiti jaqblu ma' testijiet li jsiru biex tiġi kkontrollata l-COP skont il-punt 8 tal-Anness IX.

    2.   IL-PROĊEDURI U L-ITTESTJAR

    Il-metodi tal-ittestjar, l-istrumenti tal-kejl u l-interpretazzjoni tar-riżultati għandhom ikunu dawk deskritti fil-punt 5 tal-Anness IX. Is-sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni, jew il-komponenti minnha, li qed jiġu ttestjati għandhom ikunu suġġetti għat-test kif deskritt fil-punti 5.2, 5.3 u 5.4 tal-Anness IX.

    3.   IL-KAMPJUNAR U L-EVALWAZZJONI TAR-RIŻULTATI

    3.1.   Sistema waħda ta' sajlensers jew komponent tagħha għandha tintgħażel u jiġu sottoposti għat-testijiet tal-punt 2. Jekk ir-riżultati tat-test jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-COP tal-punt 8.1 tal-Anness IX, it-tip ta' sistema ta' sajlensers jew tal-komponent għandu jiġi kkunsidrat li jkun konformi mas-COP.

    3.2.   Jekk wieħed mir-riżultati tat-test ma jikkonformax il-ħtiġijiet tal-COP tal-punt 8.1 tal-Anness IX, żewġ sistemi jew aktar ta' sajlensers jew komponenti tagħhom tal-istess tip għandhom ikunu ttestjati skont il-punt 2 ta' dan l-Anness.

    3.3.   Jekk ir-riżultati tat-test għat-tieni u t-tielet sistema ta' sajlensers jew komponenti minnhom, jikkonformaw mal-ħtiġijiet tal-produzzjoni tal-punt 8.1 tal-Anness IX, it-tip ta' sistema ta' sajlensers jew tal-komponenti minnha għandu jitqies li jissodisfaw il-konformità tal-produzzjoni.

    3.4.   Jekk wieħed mir-riżultati tat-testijiet tat-tieni jew it-tielet sistema ta' sajlensers jew tal-komponenti minnha ma jikkonformawx mal-ħtiġijiet tal-produzzjoni tal-punt 8.1 tal-Anness IX, it-tip ta' sistema ta' sajlensers jew il-komponenti minnha, għandha jitqiesu li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u l-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tkun stabbilita l-konformità mill-ġdid.


    ANNESS XI

    EMENDI GĦAD-DIRETTIVA 2007/46/KE

    Id-Direttiva 2007/46/KE hija b'dan emendata kif ġej:

    Parti A

    1.

    L-Anness IV għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Ir-ringiela li jmiss għandha tiddaħħal fil-tabella fil-Parti I:

    Punt

    Suġġett

    Att Regolatorju

    Applikabbiltà

    M1

    M2

    M3

    N1

    N2

    N3

    O1

    O2

    O3

    O4

    “1 A

    Il-livell tal-ħoss

    Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014

    X

    X

    X

    X

    X

    X”

     

     

     

     

    (b)

    Ir-ringiela li jmiss għandha tiddaħħal fil-Tabella 1 tal-Appendiċi 1 tal-Parti I:

    Punt

    Suġġett

    Att Regolatorju

    Kwistjonijiet speċifiċi

    Applikabbiltà u rekwiżiti speċifiċi

    “1 A

    Il-livell tal-ħoss

    Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014”

     

    A

    (c)

    Ir-ringiela li jmiss għandha tiddaħħal fil-Tabella 2 tal-Appendiċi 1 tal-Parti I:

    Punt

    Suġġett

    Att Regolatorju

    Kwistjonijiet speċifiċi

    Applikabbiltà u rekwiżiti speċifiċi

    “1 A

    Il-livell tal-ħoss

    Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014

     

    A”

    2.

    Fl-Anness VI, ir-ringiela li jmiss għandha tiddaħħal fil-tabella fl-Appendiċi għall-Mudell A:

    Punt

    Suġġett

    Referenza għall-att regolatorju

    Kif emendat bi

    Applikabbli għall-verżjonijiet

    “1 A

    Il-livell tal-ħoss

    Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014”

     

     

    3.

    L-Anness XI għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    fl-Appendiċi 1, ir-ringiela li jmiss għandha tiddaħħal fit-tabella:

    Punt

    Suġġett

    Referenza għall-att regolatorju

    M1 ≤ 2 500 (1) kg

    M1 > 2 500 (1) kg

    M2

    M3

    “1 A

    Il-livell tal-ħoss

    Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014

    H

    G+H

    G+H

    G+H”

    (b)

    fl-Appendiċi 2, ir-ringiela li jmiss għandha tiddaħħal fit-tabella:

    Punt

    Suġġett

    Referenza għall-att regolatorju

    M1

    M2

    M3

    N1

    N2

    N3

    O1

    O2

    O3

    O4

    “1 A

    Il-livell tal-ħoss

    Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014

    X

    X

    X

    X

    X

    X”

     

     

     

     

    (c)

    fl-Appendiċi 3, ir-ringiela li jmiss għandha tiddaħħal fit-tabella:

    Punt

    Suġġett

    Referenza għall-att regolatorju

    M1

    “1 A

    Il-livell tal-ħoss

    Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014

    X”

    (d)

    fl-Appendiċi 4, ir-ringiela li jmiss għandha tiddaħħal fit-tabella:

    Punt

    Suġġett

    Referenza għall-att regolatorju

    M1

    M2

    M3

    N1

    N2

    N3

    O1

    O2

    O3

    O4

    “1 A

    Il-livell tal-ħoss

    Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014

     

    H

    H

    H

    H

    H”

     

     

     

     

    (e)

    fl-Appendiċi 5, ir-ringiela li jmiss għandha tiddaħħal fit-tabella:

    Punt

    Suġġett

    Referenza għall-att regolatorju

    Krejn Mobbli tal-kategorija N 3

    “1 A

    Il-livell tal-ħoss

    Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014

    T”

    Parti B

    1.

    L-Anness IV għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Il-punt 1 fit-tabella fil-Parti I għandu jitħassar;

    (b)

    Il-punt 1 fit-Tabella 1 tal-Appendiċi 1 għall-Parti I għandu jitħassar;

    (c)

    Il-punt 1 fit-Tabella 2 tal-Appendiċi 1 għall-Parti I għandu jitħassar;

    (d)

    Il-punt 1 tat-tabella fil-Parti II għandu jitħassar.

    2.

    Fl-Anness VI l,-punt 1 fit-tabella fl-Appendiċi għall-Mudell A, għandu jitħassar.

    3.

    L-Anness XI għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Il-punt 1 fit-tabella fl-Appendiċi 1 għandu jitħassar;

    (b)

    Il-punt 1 fit-tabella fl-Appendiċi 2 għandu jitħassar;

    (c)

    Il-punt 1 fit-tabella fl-Appendiċi 3 għandu jitħassar;

    (d)

    Il-punt 1 fit-tabella fl-Appendiċi 4 għandu jitħassar;

    (e)

    Il-punt 1 fit-tabella fl-Appendiċi 5 għandu jitħassar.


    ANNESS XII

    TABELLA TA' KORRELAZZJONI

    Id-Direttiva 70/157/KEE

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 2

    Artikolu 4 (1) u (2)

    Artikolu 2a

    Artikolu 4 (3) u (4)

    Artikolu 3

    Artikolu 4

    Artikolu 5

    L-Anness I, punt 1

    L-Anness I, punt 1

    L-Anness I, punt 3

    L-Anness I, punt 2

    L-Anness I, punt 4

    L-Anness I, punt 3

    L-Anness I, punt 5

    L-Anness I, punt 4

    L-Anness I, punt 6

    L-Anness I, punt 5

    Anness I, Appendiċi 1

    Anness I, Appendiċi 1

    Anness I, Appendiċi 2

    Anness I, Appendiċi 2

    L-Anness I, punt 2

    L-Anness III

    Anness II, punti 1, 2, 3 u 4

    Anness IX, punti 1, 2, 3 u 4

    Anness II, punti 5 u 6

    Anness IX, punti 7 u 8

    Anness II, Appendiċi 1

    Anness IX, Appendiċi 1

    Anness II, Appendiċi 2

    Anness IX, Appendiċi 2

    Anness II, Appendiċi 3

    Anness IX, Appendiċi 3

    Anness III


    Top