EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0531

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 531/2014 tat- 12 ta' Marzu 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini

ĠU L 148, 20.5.2014, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0788

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/531/oj

20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/52


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 531/2014

tat-12 ta' Marzu 2014

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 jistipula li, f'tal-anqas kwart tal-Istati Membri, in-numru minimu ta' firmatarji ta' inizjattiva taċ-ċittadini għandu jkun jikkorrispondi man-numru ta' Membri tal-Parlament Ewropew eletti f'kull Stat Membru, multiplikat b'750. Dawk in-numri minimi huma stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament.

(2)

Fit-28 ta' Ġunju 2013 il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2013/312/UE li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew. (2) Dik id-Deċiżjoni li daħlet fis-seħħ fit-30 ta' Ġunju 2013, tiffissal-għadd ta' rappreżentanti fil-Parlament Ewropew eletti f'kull Stat Membru għal-leġiżlatura 2014-2019. Il-leġiżlatura 2014-2019 tibda fl-1 ta' Lulju 2014.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 huwa sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mill-1 ta' Lulju 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 29.6.2013, p. 57.


ANNESSI

Numru minimu ta' firmatarji għal kull Stat Membru

Il-Belġju

15 750

Il-Bulgarija

12 750

Ir-Repubblika Ċeka

15 750

Id-Danimarka

9 750

Il-Ġermanja

72 000

L-Estonja

4 500

L-Irlanda

8 250

Il-Greċja

15 750

Spanja

40 500

Franza

55 500

Il-Kroazja

8 250

L-Italja

54 750

Ċipru

4 500

Il-Latvja

6 000

Il-Litwanja

8 250

Il-Lussemburgu

4 500

L-Ungerija

15 750

Malta

4 500

Il-Pajjiżi l-Baxxi

19 500

L-Awstrija

13 500

Il-Polonja

38 250

Il-Portugall

15 750

Ir-Rumanija

24 000

Is-Slovenja

6 000

Is-Slovakkja

9 750

Il-Finlandja

9 750

L-Isvezja

15 000

Ir-Renju Unit

54 750


Top