EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0399

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 399/2014 tat- 22 ta' April 2014 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Lactobacillus brevis DSM 23231, Lactobacillus brevis DSMZ 16680, Lactobacillus plantarum CECT 4528 u Lactobacillus fermentum NCIMB 30169 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 119, 23.4.2014, p. 40–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 15/07/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/399/oj

23.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 119/40


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 399/2014

tat-22 ta' April 2014

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Lactobacillus brevis DSM 23231, Lactobacillus brevis DSMZ 16680, Lactobacillus plantarum CECT 4528 u Lactobacillus fermentum NCIMB 30169 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 10(1) sa (4) tiegħu, jistipula d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-valutazzjoni tal-prodotti li kienu jintużaw bħala addittivi tal-foraġġ insilat fl-Unjoni dakinhar li daħal fis-seħħ dak ir-Regolament.

(2)

Skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-preparazzjonijiet ta' Lactobacillus brevis DSM 23231, Lactobacillus brevis DSMZ 16680, Lactobacillus plantarum CECT 4528 u Lactobacillus fermentum NCIMB 30169 kienu ddaħħlu fir-Reġistru tal-Addittivi fl-Għalf bħala prodotti eżistenti li jappartjenu għall-grupp funzjonali tal-addittivi tal-foraġġ insilat, għall-ispeċi tal-annimali kollha.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu applikazzjonijiet biex dawk il-preparazzjonijiet jiġu awtorizzati bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha, u ntalab li dawn l-addittivi jitniżżlu fil-kategorija tal-“addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali tal-“addittivi tas-silaġġ”. Ma' dawk l-applikazzjonijiet tressqu wkoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjonijiet tagħha tal-4 ta' Diċembru 2013 (2) u tal-5 ta' Diċembru 2013 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjonijiet ikkonċernati ma għandhom ebda effett negattiv fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjonijiet ta' Lactobacillus brevis DSM 23231, Lactobacillus brevis DSMZ 16680, Lactobacillus plantarum CECT 4528 u Lactobacillus fermentum NCIMB 30169 għandhom il-potenzjal li jtejbu l-produzzjoni tal-foraġġ insilat. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta' analiżi tal-addittivi tal-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjonijiet ikkonċernati turi li ntlaħqu l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, l-użu ta' dawk il-preparazzjonijiet għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Billi r-raġunijiet dwar is-sikurezza ma jeħtiġux applikazzjoni immedjata tal-emendi tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, jixraq li jkun permess perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jħejju lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Awtorizzazzjoni

Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness li jiffurmaw parti mill-kategorija tal-addittivi tal-“addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali tal-“addittivi tal-foraġġ insilat”, huma awtorizzati biex jintużaw bħala addittivi fl-għalf tal-annimali, skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżitorji

Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness u l-għalf li jkun fih dawn il-preparazzjonijiet, li jkunu ġew prodotti u ttikkettati qabel it-13 ta' Novembru 2014 f'konformità mar-regoli applikabbli qabel il-15 ta' Mejju 2014, jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jintużaw il-ħażniet eżistenti kollha.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2014; 12(1):3530.

(3)  EFSA Journal 2014; 12(1):3534, EFSA Journal 2014; 12(1):3533 u EFSA Journal 2014; 12(1):3535.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età Massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' materja friska

Il-kategorija tal-addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tal-foraġġ insilat

1k20736

Lactobacillus brevis

DSM 23231

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' Lactobacillus brevis DSM 23231 li fiha ammont minimu ta' 1 × 1010 CFU/g tal-addittiv.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus brevis DSM 23231.

Il-metodu analitiku (1)

In-numerazzjoni tal-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix permezz tal-agar MRS (EN 15787).

L-identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE).

Kull speċi tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet tal-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma' mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tal-foraġġ insilat: 5 × 107 CFU/kg ta' materjal frisk.

3.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li jintużaw l-ingwanti, kif ukoll tagħmir għall-protezzjoni tal-imnifsejn u tal-għajnejn waqt l-immaniġġjar.

It-13 ta' Mejju 2024

1K 20737

Lactobacillus brevis

DSMZ 16680

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' Lactobacillus brevis DSM 16680 li fiha ammont minimu ta' 2,5 × 1010 CFU/g tal-addittiv.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus brevis DSMZ 16680

Il-metodu analitiku (1)

In-numerazzjoni tal-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix permezz tal-agar MRS (EN 15787)

L-identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE).

Kull speċi tal-annimali

 

 

 

1.

Fl-istruzzjonijiet tal-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma' mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tal-foraġġ insilat: 1 × 108 CFU/kg ta' materjal frisk.

3.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li jintużaw l-ingwanti, kif ukoll tagħmir għall-protezzjoni tal-imnifsejn u tal-għajnejn waqt l-immaniġġjar.

It-13 ta' Mejju 2024

1k20738

Lactobacillus plantarum

CECT 4528

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum CECT 4528 li fiha minimu ta' 2,5 × 1011 CFU/g ta' addittiv.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus plantarum CECT 4528.

Il-metodu analitiku (1)

In-numerazzjoni tal-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix permezz tal-agar MRS (EN 15787)

L-identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE).

Kull speċi tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet tal-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma' mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tal-foraġġ insilat: 1 × 109 CFU/kg ta' materjal frisk.

3.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li jintużaw l-ingwanti, kif ukoll tagħmir għall-protezzjoni tal-imnifsejn u tal-għajnejn waqt l-immaniġġjar.

It-13 ta' Mejju 2024

1K 20739

Lactobacillus fermentum

NCIMB 30169

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Lactobacillus fermentum  NCIMB 30169 li fiha minimu ta' 2,5 × 1010 CFU/g ta' addittiv.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta' Lactobacillus fermentum NCIMB 30169.

Il-metodu analitiku (1)

In-numerazzjoni tal-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix permezz tal-agar MRS (EN 15787)

L-identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE).

Kull speċi tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet tal-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma' mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tal-foraġġ insilat: 1 × 108 CFU/kg ta' materjal frisk.

3.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li jintużaw l-ingwanti, kif ukoll tagħmir għall-protezzjoni tal-imnifsejn u tal-għajnejn waqt l-immaniġġjar.

It-13 ta' Mejju 2024


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


Top