Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0274

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 274/2014 tal- 14 ta’ Marzu 2014 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Litwana tar-Regolament (UE) Nru 432/2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 83, 20.3.2014, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 83, 20.3.2014, p. 1–37 (LT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/274/oj

    20.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 83/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 274/2014

    tal-14 ta’ Marzu 2014

    li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Litwana tar-Regolament (UE) Nru 432/2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Hemm żbalji fil-verżjoni bil-lingwa Litwana tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 (2) li għandhom jitranġaw. Minħabba l-għadd kbir ta' korrezzjonijiet ripetittivi, l-Anness fil-verżjoni bil-lingwa Litwana għandu jinbidel kollu kemm hu. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati.

    (2)

    Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 432/2012 għandu jiġi kkoreġut skont dan.

    (3)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Litwana.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 tas-16 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 136, 25.5.2012, p. 1).


    Top