This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0246
Commission Regulation (EU) No 246/2014 of 13 March 2014 amending Annex I to Regulation (EC) No 1334/2008 of the European Parliament and of the Council as regards removal from the Union list of certain flavouring substances Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 246/2014 tat- 13 ta’ Marzu 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tneħħija ta’ ċerti sustanzi aromatizzanti mil-lista tal-Unjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 246/2014 tat- 13 ta’ Marzu 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tneħħija ta’ ċerti sustanzi aromatizzanti mil-lista tal-Unjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 74, 14.3.2014, p. 58–60
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R1334 | Emenda | anness I P.A | 03/04/2014 |
14.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/58 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 246/2014
tat-13 ta’ Marzu 2014
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tneħħija ta’ ċerti sustanzi aromatizzanti mil-lista tal-Unjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 11(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ħwawar u tal-materjali mis-sors approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta l-lista ta’ sustanzi aromatizzanti u daħħalha fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. |
(3) |
Dik il-lista tista’ tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru jew parti interessata tagħmel talba għal dan. |
(4) |
Il-Parti A tal-lista tal-Unjoni fiha għadd ta’ sustanzi li għalihom l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għadha ma temmitx l-evalwazzjoni jew li għalihom talbet dejta xjentifika addizzjonali sabiex tkun tista’ tlesti l-evalwazzjoni. Fil-każ ta’ 19-il sustanza minnhom, il-persuni responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta’ dawn is-sustanzi aromatizzanti issa rtiraw l-applikazzjonijiet tagħhom. Għaldaqstant, dawk is-sustanzi aromatizzanti għandhom jitneħħew mil-lista tal-Unjoni. |
(5) |
Għalhekk, il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha tiġi emendata kif xieraq. |
(6) |
Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, is-sustanzi aromatizzanti li mhumiex fil-lista tal-Unjoni jistgħu jitqiegħdu fis-suq bħala tali u jintużaw fl-ikel jew fuq l-ikel sat-22 ta’ Ottubru 2014. Minħabba li s-sustanzi aromatizzanti diġà jinsabu fis-suq fl-Istati Membri u sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel lejn proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni, fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2012 (4) ġew stabbiliti miżuri tranżitorji għall-ikel li jkun fih dawk is-sustanzi. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha tiġi emendata skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).
(4) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2012 tal-1 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw il-lista ta’ ħwawar u materjali mis-sors stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 162).
ANNESS
Fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, għandhom jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:
“01.015 |
Vinilbenżen |
100-42-5 |
|
11022 |
|
|
1 |
L-EFSA |
02.122 |
p-menta-1,8(10)-dien-9-ol |
3269-90-7 |
|
|
|
|
2 |
L-EFSA |
09.809 |
aċetat ta’ p-menta-1,8(10)-dien-9-il |
15111-97-4 |
|
10743 |
|
|
2 |
L-EFSA |
12.114 |
Trisulfur tad-dietil |
3600-24-6 |
1701 |
11451 |
|
|
4 |
L-EFSA |
12.120 |
2,8-epitijo-p-mentan |
68398-18-5 |
1685 |
|
|
|
4 |
L-EFSA |
12.159 |
Metantijosulfonat tal-metil |
2949-92-0 |
|
11520 |
|
|
3 |
L-EFSA |
12.256 |
Trisulfur tal-etil u tal-propil |
31499-70-4 |
1695 |
|
|
|
4 |
L-EFSA |
12.272 |
Propantijosulfonat tal-propil |
1113-13-9 |
1702 |
|
|
|
3 |
L-EFSA |
13.029 |
2,5-dimetilfuran |
625-86-5 |
1488 |
2208 |
|
|
3 |
L-EFSA |
13.030 |
2-metilfuran |
534-22-5 |
1487 |
2209 |
|
|
3 |
L-EFSA |
13.092 |
2-etilfuran |
3208-16-0 |
1489 |
11706 |
|
|
3 |
L-EFSA |
14.145 |
Pirrol-2-karbaldeid |
1003-29-8 |
|
11393 |
|
|
4 |
L-EFSA |
14.163 |
1-metilpirrol-2-karbossaldeid |
1192-58-1 |
|
|
|
|
4 |
L-EFSA |
14.169 |
1-etil-2-pirrolkarbossaldeid |
2167-14-8 |
|
|
|
|
4 |
L-EFSA |
15.064 |
2,5-dimetiltijofen |
638-02-8 |
|
|
|
|
4 |
L-EFSA |
15.072 |
2-etiltijofen |
872-55-9 |
|
11614 |
|
|
4 |
L-EFSA |
15.091 |
2-metiltijofen |
554-14-3 |
|
11631 |
|
|
4 |
L-EFSA |
15.092 |
3-metiltijofen |
616-44-4 |
|
11632 |
|
|
4 |
L-EFSA |
16.124 |
(1R,2S,5R)-N-ċiklopropil-5-metil-2-isopropil ċikloeżankarbossammid |
73435-61-7 |
|
|
|
|
1 |
L-EFSA”. |