Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0153

    Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 153/2014 tas- 17 ta’ Frar 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 298/2013

    ĠU L 50, 20.2.2014, p. 1–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/153/oj

    20.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 50/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 153/2014

    tas-17 ta’ Frar 2014

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 298/2013

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 (1) jimplimenta diversi miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (2), inkluż l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, ta’ entitajiet u ta’ korpi.

    (2)

    Is-sospensjoni tal-miżuri rigward ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi li japplikaw għall-maġġoranza tal-individwi u tal-entitajiet elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, għandhom jiġu mġedda u għandhom jiġu estiżi ulterjorment biex ikopru tmien individwi oħra.

    (3)

    Xi wħud minn dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għaldaqstant hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex dawn jiġu implimentati, b’mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

    (4)

    Għandu jiżdied Anness aġġornat għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 li jinkludi tmien individwi oħrajn li għandhom jibbenefikaw mis-sospensjoni tal-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6(1) u (2) tiegħu, minbarra l-81 persuna u t-tmien entitajiet, li diġà jibbenefikaw mis-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6 prevista fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 298/2013 (3).

    (5)

    Ir-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (6)

    L-estensjoni tas-sospensjoni prevista fir-Regolament (UE) Nru 298/2013 għandha tiskadi fl-20 ta’ Frar 2014 u dik l-estensjoni għandha tiġi prevista f’dan ir-Regolament. Għaldaqstant, fl-intessi taċ-ċarezza legali, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 298/2013 għandu jitħassar.

    (7)

    Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “4.   Il-miżuri fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġi sospiżi sa fejn dawn jikkonċernaw persuni u entitajiet elenkati fl-Anness IV.”

    (2)

    L-Anness għal dan ir-Regolament jiżdied bħala Anness IV.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (UE) Nru 298/2013 huwa mħassar.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. TSAFTARIS


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1).

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).

    (3)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 298/2013 tas-27 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 90, 28.3.2013, p. 48).


    ANNESS

    “ANNESS IV

    Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 6(4)

    I.   Persuni

     

    Isem (u psewdonomi possibbli)

    1.

    Abu Basutu, Titus Mehliswa Johna

    2.

    Bonyongwe, Happyton Mabhuya

    3.

    Buka (magħruf ukoll bħala Bhuka), Flora

    4.

    Bvudzijena, Wayne

    5.

    Charamba, George

    6.

    Chidarikire, Faber Edmund

    7.

    Chigwedere, Aeneas Soko

    8.

    Chihota, Phineas

    9.

    Chihuri, Augustine

    10.

    Chinamasa, Patrick Anthony

    11.

    Chindori-Chininga, Edward Takaruza

    12.

    Chinotimba, Joseph

    13.

    Chipwere, Augustine

    14.

    Chiwenga, Constantine

    15.

    Chombo, Ignatius Morgan Chininya

    16.

    Dinha, Martin

    17.

    Goche, Nicholas Tasunungurwa

    18.

    Gono, Gideon

    19.

    Gurira, Cephas T.

    20.

    Gwekwerere, Stephen (psewdonimu Steven)

    21.

    Kachepa, Newton

    22.

    Karakadzai, Mike Tichafa

    23.

    Kasukuwere, Saviour

    24.

    Kazangarare, Jawet

    25.

    Khumalo, Sibangumuzi

    26.

    Kunonga, Nolbert (magħruf ukoll bħala Nobert)

    27.

    Kwainona, Martin

    28.

    Langa, Andrew

    29.

    Mabunda, Musarashana,

    30.

    Machaya, Jason (magħruf ukoll bħala Jaison) Max Kokerai

    31.

    Made, Joseph Mtakwese

    32.

    Madzongwe, Edna (magħrufa wkoll bħala Edina)

    33.

    Maluleke, Titus

    34.

    Mangwana, Paul Munyaradzi

    35.

    Marumahoko, Reuben

    36.

    Masuku, Angeline

    37.

    Mathema, Cain Ginyilitshe Ndabazekhaya

    38.

    Mathuthu, Thokozile (psewdonimu Sithokozile)

    39.

    Matibiri, Innocent Tonderai

    40.

    Matiza, Joel Biggie

    41.

    Matonga, Brighton (magħruf ukoll bħala Bright)

    42.

    Mhandu, Cairo (magħruf ukoll bħala Kairo)

    43.

    Mhonda, Fidellis

    44.

    Midzi, Amos Bernard (Mugenva)

    45.

    Mnangagwa, Emmerson Dambudzo

    46.

    Mohadi, Kembo Campbell Dugishi

    47.

    Moyo, Jonathan Nathaniel

    48.

    Moyo, Sibusio Bussie

    49.

    Moyo, Simon Khaya

    50.

    Mpofu, Obert Moses

    51.

    Muchena, Henry

    52.

    Muchena, Olivia Nyembesi (magħrufa wkoll bħala Nyembezi)

    53.

    Muchinguri, Oppah Chamu Zvipange

    54.

    Mudede, Tobaiwa (magħruf ukoll bħala Tonneth)

    55.

    Mujuru, Joyce Teurai Ropa

    56.

    Mumbengegwi, Simbarashe Simbanenduku

    57.

    Murerwa, Herbert Muchemwa

    58.

    Musariri, Munyaradzi

    59.

    Gvernatur Provinċjali: Manicaland.

    60.

    Mutasa, Didymus Noel Edwin

    61.

    Mutezo, Munacho Thomas Alvar

    62.

    Mutinhiri, Ambros (magħruf ukoll bħala Ambrose)

    63.

    Mzembi, Walter

    64.

    Mzilikazi, Morgan S.

    65.

    Nguni, Sylvester Robert

    66.

    Nhema, Francis Chenayimoyo Dunstan

    67.

    Nyanhongo, Magadzire Hubert

    68.

    Nyikayaramba, Douglas

    69.

    Nyoni, Sithembiso Gile Glad

    70.

    Rugeje, Engelbert Abel

    71.

    Rungani, Victor Tapiwa Chashe

    72.

    Sakupwanya, Stanley Urayayi

    73.

    Savanhu, Tendai

    74.

    Sekeramayi, Sydney (magħruf ukoll bħala Sidney) Tigere

    75.

    Sekeremayi, Lovemore

    76.

    Shamu, Webster Kotiwani

    77.

    Shamuyarira, Nathan Marwirakuwa

    78.

    Shiri, Perence (magħruf ukoll bħala Bigboy) Samson Chikerema

    79.

    Shungu, Etherton

    80.

    Sibanda, Chris

    81.

    Sibanda, Jabulani

    82.

    Sibanda, Misheck Julius Mpande

    83.

    Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine)

    84.

    Sigauke, David

    85.

    Sikosana, (magħruf ukoll bħala Sikhosana), Absolom

    86.

    Tarumbwa, Nathaniel Charles

    87.

    Tomana, Johannes

    88.

    Veterai, Edmore

    89.

    Zimondi, Paradzai Willings

    II.   Entitajiet

     

    Isem

    1.

    Koperattiva Cold Comfort Farm Trust

    2.

    Comoil (PVT) Ltd

    3.

    Famba Safaris

    4.

    Jongwe Printing and Publishing Company (PVT) Ltd (magħrufa wkoll bħala Jongwe Printing and Publishing Co., magħrufa wkoll bħala Jongwe Printing and Publishing Company)

    5.

    M & S Syndicate (PVT) Ltd

    6.

    OSLEG Ltd (magħrufa wkoll bħala Operation Sovereign Legitimacy)

    7.

    SWIFT Investments (PVT) Ltd

    8.

    Zidco Holdings (magħrufa wkoll bħala Zidco Holdings (PVT) Ltd)”


    Top