Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0124

    Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 124/2014 tal- 10 ta’ Frar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

    ĠU L 40, 11.2.2014, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/124/oj

    11.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 40/8


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 124/2014

    tal-10 ta’ Frar 2014

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1),

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (2) jagħti effett lil bosta mill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

    (2)

    Fl-10 ta’ Frar 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/74/PESK (3) li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

    (3)

    Għandha tingħata deroga oħra mill-iffriżar tal-assi fir-Regolament (UE) Nru 36/2012 biex ikun jista’ jsir ir-rilaxx tal-fondi jew tar-riżorsi ekonomiċi tal-entitajiet proprjetà tal-Istat Sirjan jew tal-Bank Ċentrali tas-Sirja biex ikunu jistgħu jsiru ħlasijiet f’isem ir-Repubblika Għarbija Sirjana lill-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) għal attivitajiet relatati mal-missjoni ta’ verifika tal-OPCW u l-qerda tal-armi kimiċi Sirjani.

    (4)

    Dik il-miżura taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk tinħtieġ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

    (5)

    Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, jiżdied il-punt li ġej:

    “(i)

    maħsuba esklussivament għal ħlasijiet minn entitajiet proprjetà tal-Istat Sirjan jew tal-Bank Ċentrali tas-Sirja, kif elenkati fl-Annessi II u IIa, f’isem ir-Repubblika Għarbija Sirjana lill-OPCW għal attivitajiet relatati mal-missjoni ta’ verifika tal-OPCW u mal-qerda ta’ armi kimiċi Sirjani, inklużi b’mod partikolari ħlasijiet lill-Fond Fiduċjarju speċjali tal-OPCW għal attivitajiet relatati mal-qerda totali ta’ armi kimiċi Sirjani barra t-territorju tar-Repubblika Għarbija Sirjana.”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ASHTON


    (1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1).

    (3)  Ara l-paġna 63 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


    Top