Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0042

    2014/42/UE: Regolament tal-Kunsill tal- 20 ta’ Jannar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

    ĠU L 15, 20.1.2014, p. 18–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/01/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/42/oj

    20.1.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 15/18


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    tal-20 ta’ Jannar 2014

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

    (2014/42/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1),

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

    (2)

    Fl-24 ta’ Novembru 2013, iċ-Ċina, Franza, il-Ġermanja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, appoġġati mir-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà laħqu ftehim mal-Iran dwar Pjan ta’ Azzjoni Konġunt li jiddefinixxi approċċ biex tintlaħaq soluzzjoni komprensiva fit-tul għall-kwistjoni nukleari Iranjana. Ġie miftiehem li l-proċess li wassal għal din is-soluzzjoni komprensiva jkun jinkludi, bħala l-ewwel pass, miżuri inizjali li dwarhom kien hemm qbil reċiproku biex jittieħdu miż-żewġ naħat għal perjodu ta’ sitt xhur u li jiġġeddu permezz ta’ kunsens reċiproku.

    (3)

    Bħala parti minn dan l-ewwel pass, l-Iran iwettaq għadd ta’ miżuri volontarji kif speċifikat fil-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt. Bħala kumpens għal dan, jitwettqu għadd ta’ miżuri volontarji li jinkludu s-sospensjoni mill-Unjoni, għal durata ta' sitt xhur, matul liema perijodu l-kuntratti rilevanti għandhom jiġu eżegwiti, tal-miżuri restrittivi li ġejjin:

    il-projbizzjoni fuq il-provvediment ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni u trasport ta' żejt mhux raffinat Iranjan.

    il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni, ix-xiri, jew it-trasport ta’ prodotti petrokimiċi Iranjani u fuq il-provvediment ta’ servizzi relatati.

    il-projbizzjoni fuq il-kummerċ fid-deheb u metalli prezzjużi mal-Gvern tal-Iran, il-korpi pubbliċi tiegħu u l-Bank Ċentrali tal-Iran, jew persuni u entitajiet li jaġixxu f’isimhom.

    (4)

    Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt jipprevedi wkoll iż-żieda b’għaxar darbiet tal-limiti tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tat-trasferimenti ta’ fondi lejn u mill-Iran.

    (5)

    Fi 20 ta' Jannar 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/21/PESK (3) li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

    (6)

    Il-miżuri msemmija hawn fuq jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, b'mod partikolari bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

    (7)

    Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 11, jiżdiedu l-paragrafi 3 u 4 li ġejjin:

    "3.   L-applikazzjoni tal-projbizzjoni stipulata fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi sospiża fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Anness XI.

    4.   L-applikazzjoni tal-projbizzjoni stipulata fil-punt (d) tal-paragrafu 1għandha tiġi sospiża sa fejn jikkonċerna l-provvediment ta' assigurazzjoni u ta' riassigurazzjoni relatati mal-importazzjoni, ix-xiri, jew it-trasport tal-prodotti elenkati fl-Anness XI."

    (2)

    Fl-Artikolu 13, jiddaħħal il-paragrafu 3 li ġej:

    "3.   L-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet stipulati fil-punti (a), (b), (c) u (d) tal-paragrafu (1) għandha tiġi sospiża."

    (3)

    Fl-Artikolu 15, jiddaħħal il-paragrafu 3 li ġej:

    "3.   L-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi sospiża fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Anness XII."

    (4)

    Jiddaħħal l-Artikolu 28b li ġej:

    "Artikolu 28b

    1.   B’deroga mill-Artikolu 23(2) u (3), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw, taħt il-kundizzjonijiet li huma jikkunsidraw xierqa, ir-rilaxx ta’ riżorsi ekonomiċi jew li jagħmlu disponibbli fondi jew riżorsi ekonomiċi, direttament jew indirettament, lill-Ministeru taż-Żejt, kif elenkat fl-Anness IX, wara li jkun ġie ddeterminat li dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti għall-importazzjoni, ix-xiri, jew it-trasport tal-prodotti petrokimiċi elenkati fl-Anness V, li joriġinaw mill-Iran jew li ġew impurtati mill-Iran.

    2.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, fi żmien 4 ġimgħat, bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont dan l-Artikolu."

    (5)

    L-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 3(a):

    (i)

    ir-referenza għal "EUR 100 000" hija sostitwita bi "EUR 1 000 000";

    (ii)

    ir-referenza għal "EUR 40 000" hija sostitwita bi "EUR 400 000";

    (b)

    fil-paragrafu 3(b):

    (i)

    ir-referenza għal "EUR 100 000" hija sostitwita bi "EUR 1 000 000";

    (ii)

    ir-referenza għal "EUR 40 000" hija sostitwita bi "EUR 400 000";

    (c)

    fil-paragrafu 3(c) ir-referenza għal "EUR 10 000" hija sostitwita bi "EUR 100 000".

    (6)

    L-Artikolu 30a huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1(b) ir-referenza għal "EUR 40 000" hija sostitwita bi "EUR 400 000";

    (b)

    fil-paragrafu 1(c) ir-referenza għal "EUR 40 000" hija sostitwita bi "EUR 400 000".

    (7)

    Fl-Artikolu 37b, jiddaħħal il-paragrafu 3 li ġej:

    "3.   L-applikazzjoni tal-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 għandha tiġi sospiża."

    (8)

    Fil-punt (b) tal-Artikolu 45, il-kliem "temenda l-Annessi III, IV, IVA, V, VI, VIA, VIB, VII, VIIA, VIIB u X" huma sostitwiti bil-kliem " temenda l-Annessi III, IV, IVA, V, VI, VIA, VIB, VII, VIIA, VIIB, X, XI u XII ".

    (9)

    L-Anness I u l-Anness II għal dan ir-Regolament huma miżjuda bħala l-Annessi XI u XII rispettivament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ASHTON


    (1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1).

    (3)  Ara paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


    ANNESS I

    “ANNESS XI

    Lista ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 11(3) u (14)

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    2709 00

    Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, mhux raffinati”.


    ANNESS II

    "ANNESS XII

    LISTA TA’ PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 15(3)

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    7106

    Fidda (inkluża fidda miksija bid-deheb jew bil-platinu), mhux maħduma jew f’għamliet semimanifatturati, jew f’għamla ta’ trab

    7108

    Deheb (inkluż deheb miksi bil-platinu), mhux maħdum jew f’għamla semimanifatturata, jew f’għamla ta’ trab

    7109

    Metalli ta’ valur baxx jew fidda, miksijin bid-deheb, mhux maħdumin aktar ħlief semimanifatturati

    7110

    Platinu, f’għamliet mhux maħdumin jew semi-manifatturati, jew f’għamla ta’ trab

    7111

    Metalli ta' valur baxx, fidda jew deheb, miksijin bil-platinu, mhux maħdumin aktar ħlief semi-manifatturati

    7112

    Skart u fdal ta’ metall prezzjuż jew ta’ metall miksi b’metall prezzjuż; skart u fdal ieħor li fih metall prezzjuż jew komposti ta’ metall prezzjuż, ta’ tip użat l-aktar għall-irkupru ta’ metall prezzjuż".


    Top