Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014L0099

    Direttiva tal-Kummissjoni 2014/99/UE tal- 21 ta' Ottubru 2014 li għall-finijiet biex tiġi adattata mal-progress tekniku, temenda d-Direttiva 2009/126/KE dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta' servizz

    ĠU L 304, 23.10.2014, p. 89–90 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/99/oj

    23.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 304/89


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2014/99/UE

    tal-21 ta' Ottubru 2014

    li għall-finijiet biex tiġi adattata mal-progress tekniku, temenda d-Direttiva 2009/126/KE dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta' servizz

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta' servizz (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Meta jkun meħtieġ, id-Direttiva 2009/126/KE tipprovdi għall-adattament tekniku tal-Artikoli 4 u 5 tagħha mal-progress tekniku ħalli tiżgura konsistenza ma' kull standard rilevanti li jfassal il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN).

    (2)

    Fil-25 ta' Settembru 2013, is-CEN għamel disponibbli l-Istandards EN 16321-1:2013 u EN 16321-2:2013. L-Istandard EN 16321-1:2013 jispeċifika l-metodi tat-test għall-approvazzjoni tat-tip ta' sistemi tal-irkupru tal-fwar tal-petrol maħsuba biex jintużaw fl-istazzjonijiet tas-servizz. L-Istandard EN 16321-2:2013 jispeċifika l-metodi tal-ittestjar li għandhom jintużaw fl-istazzjonijiet tas-servizz sabiex jivverifikaw it-tħaddim ta' dawn is-sistemi tal-irkupru tal-fwar.

    (3)

    Għalhekk hemm bżonn isir adattament tekniku tal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2009/126/KE ħalli tkun żgurata l-konsistenza ma' dawk l-istandards.

    (4)

    Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2009/126/KE,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 2009/126/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “1.   B'effett mid-data meta s-sistemi tal-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol isiru obbligatorji skont l-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-effiċjenza tal-qbid tal-fwar tal-petrol ta' dawn is-sistemi tkun 85 % jew aktar bħalma jiċċertifika l-manifattur skont l-Istandard EN 16321-1:2013.”

    (2)

    Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-effiċjenza tal-qbid tal-fwar tal-petrol waqt it-tħaddim tas-sistemi tal-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol tiġi ttestjata mill-inqas darba kull sena skont l-Istandard EN 16321-2:2013.”

    Artikolu 2

    1.   Sa mhux aktar tard mit-12 ta' Mejju 2016, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jgħaddu t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

    L-Istati Membri għandhom ukoll japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit-13 ta' Mejju 2016.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta jiġu ppubblikati b'mod uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam li tkopri din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Ottubru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 36.


    Top