This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014L0027
Directive 2014/27/EU of the European Parliament and of the Council of 26 February 2014 amending Council Directives 92/58/EEC, 92/85/EEC, 94/33/EC, 98/24/EC and Directive 2004/37/EC of the European Parliament and of the Council, in order to align them to Regulation (EC) No 1272/2008 on classification, labelling and packaging of substances and mixtures
Direttiva 2014/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Frar 2014 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 92/58/KEE, 92/85/KEE, 94/33/KE, 98/24/KE u d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jiġu allinjati mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet
Direttiva 2014/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Frar 2014 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 92/58/KEE, 92/85/KEE, 94/33/KE, 98/24/KE u d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jiġu allinjati mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet
ĠU L 65, 5.3.2014, pp. 1–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 31992L0058 | Emenda | anness II SECTION 3.2 | 25/03/2014 | |
| Modifies | 31992L0058 | Sostituzzjoni | anness III SECTION 1 | 25/03/2014 | |
| Modifies | 31992L0058 | Sostituzzjoni | artikolu 1.2 | 25/03/2014 | |
| Modifies | 31992L0058 | Emenda | anness III SECTION 5 L2 | 25/03/2014 | |
| Modifies | 31992L0058 | Emenda | anness III SECTION 5 L1 | 25/03/2014 | |
| Modifies | 31992L0058 | Sostituzzjoni | anness I SECTION 12 | 25/03/2014 | |
| Modifies | 31992L0085 | Sostituzzjoni | anness I SECTION B | 25/03/2014 | |
| Modifies | 31992L0085 | Sostituzzjoni | anness I SECTION A PT 3 punt B) | 25/03/2014 | |
| Modifies | 31992L0085 | Sostituzzjoni | anness I SECTION A PT 3 punt A) | 25/03/2014 | |
| Modifies | 31992L0085 | Sostituzzjoni | anness I SECTION A PT 2 | 25/03/2014 | |
| Modifies | 31994L0033 | Sostituzzjoni | anness SECTION I PT 2 punt A) | 25/03/2014 | |
| Modifies | 31994L0033 | abolizzjoni | anness SECTION I PT 3 punt C) | 25/03/2014 | |
| Modifies | 31994L0033 | Sostituzzjoni | anness SECTION I PT 3 punt A) | 25/03/2014 | |
| Modifies | 31994L0033 | Sostituzzjoni | anness SECTION I PT 3 punt D) | 25/03/2014 | |
| Modifies | 31994L0033 | abolizzjoni | anness SECTION I PT 3 punt B) | 25/03/2014 | |
| Modifies | 31998L0024 | abolizzjoni | artikolu 2 punt B)II) | 25/03/2014 | |
| Modifies | 31998L0024 | Sostituzzjoni | artikolu 4.1 inċiż 2 | 25/03/2014 | |
| Modifies | 31998L0024 | Sostituzzjoni | artikolu 8.3 | 25/03/2014 | |
| Modifies | 31998L0024 | Sostituzzjoni | artikolu 2 punt B)III) | 25/03/2014 | |
| Modifies | 31998L0024 | Sostituzzjoni | artikolu 2 punt B)I) | 25/03/2014 | |
| Modifies | 31998L0024 | Sostituzzjoni | artikolu 8.1 inċiż 4 | 25/03/2014 | |
| Modifies | 32004L0037 | Emenda | artikolu 6 punt B) | 25/03/2014 | |
| Modifies | 32004L0037 | Sostituzzjoni | artikolu 1.4 | 25/03/2014 | |
| Modifies | 32004L0037 | Sostituzzjoni | artikolu 2 punt B) | 25/03/2014 | |
| Modifies | 32004L0037 | Emenda | anness I | 25/03/2014 | |
| Modifies | 32004L0037 | Sostituzzjoni | artikolu 2 punt A) | 25/03/2014 | |
| Modifies | 32004L0037 | Emenda | artikolu 4.1 | 25/03/2014 | |
| Modifies | 32004L0037 | Emenda | artikolu 5.2 | 25/03/2014 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32014L0027R(01) | (FI) |
|
5.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/1 |
DIRETTIVA 2014/27/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-26 ta’ Frar 2014
li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 92/58/KEE, 92/85/KEE, 94/33/KE, 98/24/KE u d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jiġu allinjati mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 153(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 153 tat-Trattat, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jadottaw, permezz ta’ direttivi, ir-rekwiżiti minimi biex iħeġġu t-titjib, b’ mod partikolari fl-ambjent tax-xogħol, sabiex jiżguraw livell aħjar ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtá tal-ħaddiema. Tali direttivi għandhom jevitaw li jżommu lura l-ħolqien u l-iżvilupp tal-intrapriżi żgħar u medji u l-potenzjal tagħhom li joħolqu l-impjiegi. L-istandards tas-saħħa u tas-sigurtá m’għandhomx jiġu meqjusa bħala restrizzjonijiet, minħabba li huma drittijiet fundamentali u għandhom jiġu applikati mingħajr eċċezzjoni għas-setturi kollha tas-suq tax-xogħol u għat-tipi kollha tal-intrapriżi irrispettivament mid-daqs tagħhom. |
|
(2) |
L-Artikolu 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li kull ħaddiem għandu d-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) stabbilixxa sistema ġdida għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ta’ sustanzi u taħlitiet fl-Unjoni, ibbażata fuq is-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u l-Ittikkettar ta’ Sustanzi Kimiċi (GHS) f’livell internazzjonali, fil-qafas tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
(4) |
Id-Direttivi tal-Kunsill 92/58/KEE (4), 92/85/KEE (5), 94/33/KE (6) u 98/24/KE (7), u d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), jinkludu referenzi għas-sistema preċedenti ta’ klassifikazzjoni u ttikkettar. Għaldaqstant, dawk id-Direttivi għandhom jiġu emendati sabiex jiġu allinjati mas-sistema l-ġdida stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. |
|
(5) |
L-emendi huma meħtieġa sabiex jiżguraw l-issoktar tal-effikaċja ta’ dawk id- Direttivi. L-għan ta’ din id-Direttiva mhuwiex li jindibel il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk id-Direttivi. L-intenzjoni ta’ din id-Direttiva hu li jinżamm u ma jitnaqqasx il-livell ta’ protezzjoni tal-ħaddiema previst b’dawk id-Direttivi. Madankollu, fid-dawl tal-progress teknoloġiku kontinwu, dawk id-Direttivi għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni perjodika skont l-Artikolu 17a tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE (9) sabiex jiġu żgurati l-koerenza tal-leġiżlazzjoni u livell xieraq ta’ saħħa u ta’ protezzjoni tas-sikurezza meta sustanzi kimiċi u taħlitiet perikolużi jkunu preżenti fl-ambjent tax-xogħol. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-impjegati fil-professjonijiet fejn ikun hemm kuntatt frekwenti ma’ sustanzi u taħlitiet perikolużi. |
|
(6) |
L-emendi għad-Direttiva 92/85/KEE ma jindirizzawx il-kwistjoni ta’ sustanzi u taħlitiet perikolużili jistgħu jaffettwaw ħażin il-fertilità tal-ħaddiema nisa tqal jew ta’ ħaddiema li welldu reċentement jew li qed ireddgħu, peress li l-għan ta’ din id-Direttiva huwa biss l-aġġornament tar-referenzi u t-terminoloġija stipulati f’dik id-Direttiva. Minkejja dan, b’kont meħud tal-evidenza xjentifika li qed tevolvi rigward din il-kwistjoni flimkien maż-żieda fis-sofistikazzjoni tal-klassifikazzjoni ta’ dawn l-effetti, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-mezzi l-aktar xierqa biex jiġu indirizzati tali effetti. |
|
(7) |
L-emendi għad-Direttivi 92/85/KEE u 94/33/KE għandhom jallinjaw l-approċċ meħud f’ dawk id-Direttivi għall-formulazzjoni adottata fid-Direttiva 98/24/KE fir-rigward tal-kliem “sustanzi ttikkettati”, fit-Taqsima A punt 3(a) tal-Anness I għad-Direttiva 92/85/KEE, u “sustanzi u preparati kklassifikati” fit-Taqsima I punt 3(a) tal-Anness għad-Direttiva 94/33/KE, li huma sostitwiti bil-kliem “sustanzi u taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji ta’ klassifikazzjoni”. Din id-Direttiva ma timponix obbligi fuq min iħaddem fir-rigward tal-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ ta’ sustanzi u taħlitiet koperti bir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Indipendentement minn jekk is-sustanzi jew it-taħlitiet jitqegħdux fis-suq jew le, min iħaddem irid iwettaq valutazzjoni tar-riskju tal-aġenti kimiċi perikolużi kollha skont id-Direttiva 98/24/KE. |
|
(8) |
It-Taqsima I, punt 2 u t-Taqsima II, punt 1 tal-Anness tad-Direttiva 94/33/KE fihom referenzi għad-Direttivi tal-Kunsill imħassra 90/679/KEE (10) u 90/394/KEE (11). Għaldaqstant, dawk ir-referenzi għandhom jiġu sostitwiti b’referenzi għad-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u d-Direttiva 2004/37/KE. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 154 tat-Trattat, il-Kummissjoni kkonsultat mal-imsieħba soċjali dwar id-direzzjoni possibbli ta’ azzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam u l-imsieħba soċjali indikaw li l-gwida ta’ spjegazzjoni hija utli b’mod speċjali għall-intrapriżi żgħar u medji. |
|
(10) |
Wara din il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni qieset li azzjoni tal-Unjoni tkun mixtieqa u kkonsultat mal-imsieħba soċjali dwar il-kontenut tal-proposta prevista, b’konformità mal-Artikolu 154 tat-Trattat. |
|
(11) |
Wara din it-tieni fażi ta’ konsultazzjoni, l-imsieħba soċjali ma xtaqux jibdew il-proċess li jista’ jwassal għall-konklużjoni ta’ ftehim kif stabbilit fl-Artikolu 155 tat-Trattat, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 92/58/KEE
Id-Direttiva 92/58/KEE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej: “2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għas-sinjali għat-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi u taħlitiet perikolużi, prodotti u/jew tagħmir perikolużi, kemm-il darba dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni ma jagħmlux referenza speċifika għaliha.” |
|
(2) |
Fl-Anness I, it-Taqsima 12 tinbidel b’dan li ġej: 12. Żoni, kmamar jew spazji magħluqa użati għall-ħażna ta’ kwantitajiet sinifikanti ta’ sustanzi jew taħlitiet perikolużi għandhom ikunu indikati bi twissija xierqa b’sinjal meħud mit-Taqsima 3.2 tal-Anness II, jew immarkati kif previst fit-Taqsima 1 tal-Anness III, għajr jekk l-ittikkettar tal-kontenituri jew tal-pakketti individwali jkun adegwat għal dan l-iskop. Jekk ma jkun hemm l-ebda sinjal ta’ twissija ekwivalenti fit-Taqsima 3.2 tal-Anness II li jwissi lill-persuni dwar sustanzi jew taħlitiet kimiċi perikolużi, għandha tintuża l-pittogramma ta’ periklu rilevanti, kif stipulat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). (*1) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).” " |
|
(3) |
Fl-Anness II, it-Taqsima 3.2 hija emendata kif ġej:
|
|
(4) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Emendi għad-Direttiva 92/85/KEE
L-Anness I tad-Direttiva 92/85/KEE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-Taqsima A hija emedata kif ġej:
|
|
(2) |
It-Taqsima B tinbidel b’dan li ġej: “B. Proċessi Proċessi industrijali elenkati fl-Anness 1 tad-Direttiva 2004/37/KE.” |
Artikolu 3
Emenda għad-Direttiva 94/33/KE
L-anness għad-Direttiva 94/33/KE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-Taqsima I hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
Fit-Taqsima II, il-punt 1 jinbidel b’dan li ġej:
|
Artikolu 4
Emendi għad-Direttiva 98/24/KE
Id-Direttiva 98/24/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 2, il-punt (b) huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 4(1), it-tieni inċiż jinbidel b’dan li ġej:
(*9) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).” " |
|
(3) |
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 5
Emendi għad-Direttiva 2004/37/KE
Id-Direttiva 2004/37/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej: “4. Fir-rigward tal-asbestos, li huwa ttrattat mid-Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10), id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw kull meta jkunu aktar favorevoli għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. (*10) Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (ĠU L 330, 16.12.2009, p. 28).” " |
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Fl-Artikolu 4(1), il-kelma “preparazzjoni” hija sostitwita bil-kelma “taħlita”. |
|
(4) |
Fl-Artikolu 5(2), il-kelma “preparazzjoni” hija sostitwita bil-kelma “taħlita”. |
|
(5) |
Fil-punt (b) tal-Artikolu 6, il-kelma “preparazzjonijet” hija sostitwita bil-kelma “taħlitiet”. |
|
(6) |
Fit-titolu tal-Anness I, il-kelma “preparazzjonijet” hija sostitwita bil-kelma taħlitiet. |
Artikolu 6
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Ġunju 2015. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-mod kif għandha ssir tali referenza għandha tiġi stipulata mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 8
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta’ Frar 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) ĠU C 204, 9.8.2008, p. 47.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Frar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2014.
(3) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(4) Direttiva tal-Kunsill 92/58/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-provvista ta’ sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa fuq ix-xogħol (id-disa’ Direttiva individwali fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 245, 26.8.1992, p. 23).
(5) Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1).
(6) Direttiva tal-Kunsill 94/33/KE tat-22 ta’ Ġunju 1994 dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ fix-xogħol (ĠU L 216, 20.8.1994, p. 12).
(7) Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11).
(8) Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-29 ta’ April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50).
(9) Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1).
(10) Direttiva 90/679/KEE tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 1990 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji li għandhom x’jaqsmu mal-esposizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq ix-xogħol (is-seba’ Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 374, 31.12.1990, p. 1).
(11) Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1990 dwar il-protezzjoni ta’ ħaddiema kontra r-riskji relatati mal-esposizzjoni għall-karċinoġeni fuq ix-xogħol (is-sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 196, 26.7.1990, p. 1).
(12) Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (is-seba’ direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 262, 17.10.2000, p. 21).