EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014L0016
Commission Delegated Directive 2014/16/EU of 18 October 2013 amending, for the purposes of adapting to technical progress, the Annex IV to Directive 2011/65/EU of the European Parliament and of the Council as regards an exemption for lead as an activator in the fluorescent powder of discharge lamps when used for extracorporeal photopheresis lamps containing BSP (BaSi 2 O 5 :Pb) phosphors Text with EEA relevance
Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni 2014/16/UE tat- 18 ta’ Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċomb bħala attivatur fit-trab fluworexxenti tal-bozoz bi skariku elettriku meta jintużaw għal bozoz tal-fotofereżi extrakorporea li fihom il-fosfori BSP (BaSi 2 O 5 :Pb) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni 2014/16/UE tat- 18 ta’ Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċomb bħala attivatur fit-trab fluworexxenti tal-bozoz bi skariku elettriku meta jintużaw għal bozoz tal-fotofereżi extrakorporea li fihom il-fosfori BSP (BaSi 2 O 5 :Pb) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 4, 9.1.2014, p. 75–76
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32011L0065 | Żieda | anness IV PT 34 | 29/01/2014 |
9.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4/75 |
DIRETTIVA TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI 2014/16/UE
tat-18 ta’ Ottubru 2013
li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċomb bħala attivatur fit-trab fluworexxenti tal-bozoz bi skariku elettriku meta jintużaw għal bozoz tal-fotofereżi extrakorporea li fihom il-fosfori BSP (BaSi2O5:Pb)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu taċ-ċomb fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq. |
(2) |
Iċ-ċomb jintuża bħala attivatur fit-trab fluworexxenti tal-bozoz bi skariku elettriku li jintużaw għal bozoz tal-fotofereżi extrakorporea li fihom il-fosfori BSP (BaSi2O5:Pb). Possibbiltà għas-sostituzzjoni jew l-eliminazzjoni taċ-ċomb f’din l-applikazzjoni li tkun xjentifikament u teknikament prattikabbli, bħalissa mhijiex possibbli. |
(3) |
Id-Direttiva 2011/65/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-aħħar jum tas-sitt xahar wara d-dħul fis-seħħ. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.
ANNESS
Fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE, jiżdied il-punt 34 li ġej:
“34. |
Iċ-ċomb jintuża bħala attivatur fit-trab fluworexxenti tal-bozoz bi skariku elettriku li jintużaw għal bozoz tal-fotofereżi extrakorporea li fihom il-fosfori BSP (BaSi2O5:Pb)” Tiskadi fit-22 ta’ Lulju 2021.” |