This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014L0010
Commission Delegated Directive 2014/10/EU of 18 October 2013 amending, for the purposes of adapting to technical progress, Annex IV to Directive 2011/65/EU of the European Parliament and of the Council as regards an exemption for lead in alloys, as a superconductor or thermal conductor, used in cryo-cooler cold heads and/or in cryo-cooled cold probes and/or in cryo-cooled equipotential bonding systems, in medical devices (category 8) and/or in industrial monitoring and control instruments Text with EEA relevance
Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni 2014/10/UE tat- 18 ta’ Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċomb fil-ligi, bħala superkunduttur jew kunduttur termali, użat fil-cold heads tar-refriġeraturi krijoġeniċi u/jew fis-sondi kesħin imkessħin b’mod krijoġeniku u/jew fis-sistemi ta’ rbit ekwipotenzjali mkessħin b’mod krijoġeniku, f’tagħmir mediku (kategorija 8) u/jew fi strumenti industrijali ta’ monitoraġġ u kontroll Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni 2014/10/UE tat- 18 ta’ Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċomb fil-ligi, bħala superkunduttur jew kunduttur termali, użat fil-cold heads tar-refriġeraturi krijoġeniċi u/jew fis-sondi kesħin imkessħin b’mod krijoġeniku u/jew fis-sistemi ta’ rbit ekwipotenzjali mkessħin b’mod krijoġeniku, f’tagħmir mediku (kategorija 8) u/jew fi strumenti industrijali ta’ monitoraġġ u kontroll Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 4, 9.1.2014, pp. 63–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32011L0065 | Żieda | anness IV PT 29 | 29/01/2014 |
|
9.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4/63 |
DIRETTIVA TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI 2014/10/UE
tat-18 ta’ Ottubru 2013
li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċomb fil-ligi, bħala superkunduttur jew kunduttur termali, użat fil-cold heads tar-refriġeraturi krijoġeniċi u/jew fis-sondi kesħin imkessħin b’mod krijoġeniku u/jew fis-sistemi ta’ rbit ekwipotenzjali mkessħin b’mod krijoġeniku, f’tagħmir mediku (kategorija 8) u/jew fi strumenti industrijali ta’ monitoraġġ u kontroll
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu taċ-ċomb fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq. |
|
(2) |
Is-sostituzzjoni jew l-eliminazzjoni taċ-ċomb fil-ligi bħala superkunduttur jew kunduttur termali, użat fil-cold heads tar-refriġeraturi krijoġeniċi u/jew fis-sondi kesħin imkessħin b’mod krijoġeniku u/jew fis-sistemi ta’ rbit ekwipotenzjali mkessħin b’mod krijoġeniku, f’tagħmir mediku (kategorija 8) u/jew fi strumenti industrijali ta’ monitoraġġ u kontroll bħalissa mhijiex possibbli. Bħalissa ma hemmx apparat bla ċomb vijabbli fis-suq għal din l-applikazzjoni. |
|
(3) |
Jinħtieġ il-ħin għat-testijiet tal-affidabbiltà u għar-reġistrazzjoni tal-prodott għas-soluzzjonijiet alternattivi. |
|
(4) |
Id-Direttiva 2011/65/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-aħħar jum tas-sitt xahar wara d-dħul fis-seħħ. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE, jiżdied il-punt 29 li ġej:
|
“29. |
Ċomb fil-ligi, bħala superkunduttur jew kunduttur termali, użat fil-cold heads tar-refriġeraturi krijoġeniċi u/jew fis-sondi kesħin imkessħin b’mod krijoġeniku u/jew fis-sistemi ta’ rbit ekwipotenzjali mkessħin b’mod krijoġeniku, f’tagħmir mediku (kategorija 8) u/jew fi strumenti industrijali ta’ monitoraġġ u kontroll bħalissa mhijiex possibbli. Tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2021.” |