This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014L0002
Commission Delegated Directive 2014/2/EU of 18 October 2013 amending, for the purposes of adapting to technical progress, the Annex IV to Directive 2011/65/EU of the European Parliament and of the Council as regards an exemption for cadmium in phosphor coatings in image intensifiers for X-ray images until 31 December 2019 and in spare parts for X-ray systems placed on the EU market before 1 January 2020 Text with EEA relevance
Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni 2014/2/UE tat- 18 ta’ Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal kadmju fil-kisjiet tal-fosfru f’intensifikaturi tal-immaġni għal ritratti bir-raġġi X sal- 31 ta’ Diċembru 2019 u fil-parts ta’ sostituzzjoni għas-sistemi tar-raġġi X imqiegħda fis-suq tal-UE qabel l- 1 ta’ Jannar 2020 Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni 2014/2/UE tat- 18 ta’ Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal kadmju fil-kisjiet tal-fosfru f’intensifikaturi tal-immaġni għal ritratti bir-raġġi X sal- 31 ta’ Diċembru 2019 u fil-parts ta’ sostituzzjoni għas-sistemi tar-raġġi X imqiegħda fis-suq tal-UE qabel l- 1 ta’ Jannar 2020 Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 4, 9.1.2014, p. 47–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32011L0065 | Żieda | anness IV PT 21 | 29/01/2014 |
9.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4/47 |
DIRETTIVA TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI 2014/2/UE
tat-18 ta’ Ottubru 2013
li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal kadmju fil-kisjiet tal-fosfru f’intensifikaturi tal-immaġni għal ritratti bir-raġġi X sal-31 ta’ Diċembru 2019 u fil-parts ta’ sostituzzjoni għas-sistemi tar-raġġi X imqiegħda fis-suq tal-UE qabel l-1 ta’ Jannar 2020
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu tal-kadmju fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq. |
(2) |
It-total tal-impatti negattivi tal-alternattivi fuq l-ambjent u s-saħħa jisbqu l-benefiċċji tas-sostituzzjoni tal-kadmju fil-kisjiet tal-fosfru fl-intensifikaturi tal-immaġni għal ritratti bir-raġġi X u fil-parts ta’ sostituzzjoni għas-sistemi tar-raġġi X. |
(3) |
L-użu tal-kadmju fil-kisjiet tal-fosfru fl-intensifikaturi tal-immaġni għal ritratti bir-raġġi X u fil-parts ta’ sostituzzjoni għas-sistemi tar-raġġi X għandu għalhekk jiġi eżentat mill-projbizzjoni. |
(4) |
Id-Direttiva 2011/65/UE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-aħħar jum tas-sitt xahar wara d-dħul fis-seħħ. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.
ANNESS
Fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE, jiżdied il-punt 21 li ġej:
“21. |
Il-kadmju fil-kisjiet tal-fosfru fl-intensifikaturi tal-immaġni għal ritratti bir-raġġi X sal-31 ta’ Diċembru 2019 u fil-parts ta’ sostituzzjoni għas-sistemi tar-raġġi X imqiegħda fis-suq tal-UE qabel l-1 ta’ Jannar 2020.” |