Scegli le funzioni sperimentali da provare

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Documento 32014L0001

    Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni 2014/1/UE tat- 18 ta’ Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għaċ-ċomb bħala element ta’ liga għal berings u uċuħ li jittieklu fit-tagħmir mediku espost għar-radjazzjoni jonizzanti Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 4, 9.1.2014, pagg. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Stato giuridico del documento In vigore

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2014/1/oj

    9.1.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 4/45


    DIRETTIVA TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI 2014/1/UE

    tat-18 ta’ Ottubru 2013

    li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għaċ-ċomb bħala element ta’ liga għal berings u uċuħ li jittieklu fit-tagħmir mediku espost għar-radjazzjoni jonizzanti

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu taċ-ċomb fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq.

    (2)

    L-unika materjal lubrikanti niexef affidabbli li ma jiddekomponix meta jiġi espost għar-radjazzjoni jonizzanti nstab li kienu ligi li fihom il-partikoli taċ-ċomb.

    (3)

    L-użu attwali taċ-ċomb bħala element ta’ liga għall-berings u l-uċuħ li jittieklu fit-tagħmir mediku espost għar-radjazzjoni jonizzanti ma jistax jiġi eliminat, u lanqas ma hemm alternattiva fattibbli bħalissa.

    (4)

    Id-Direttiva 2011/65/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-aħħar jum tas-sitt xahar wara d-dħul fis-seħħ. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.


    ANNESS

    Fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE jiżdied il-punt 23 li ġej:

    “23.

    Iċ-ċomb bħala element ta’ liga għall-berings u l-uċuħ li jittieklu fit-tagħmir mediku espost għar-radjazzjoni jonizzanti. Tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2021.”


    In alto