Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0941

    2014/941/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta' Ġunju 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali fir-rigward ta' materji relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista

    ĠU L 367, 23.12.2014, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/941/oj

    Related international agreement

    23.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 367/8


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-27 ta' Ġunju 2013

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali fir-rigward ta' materji relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista

    (2014/941/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(6), tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)

    L-Unjoni u l-Kanada għandhom jespandu l-kooperazzjoni doganali tagħhom biex tkopri materji tas-sigurtà tal-katina tal-provvista u l-immaniġġar tar-riskji relatati bil-ħsieb li jżidu s-sigurtà tul il-katina loġistika kollha u fl-istess waqt jiffaċilitaw il-kummerċ leġittimu.

    (2)

    F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/643/UE (1), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali fir-rigward ta' materji relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista (il-“Ftehim”) kien ġie ffirmat fl-4.3.2013, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    (3)

    Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali (KKKD), meta tiġi msejħa sabiex tadotta atti li jkollhom efetti legali, għandha tiġi deċiża f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Fejn ikun meħtieġ, pożizzjonijiet oħrajn li għandhom jittieħdu mill-Unjoni fil-KKKD għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 16 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    (4)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali fir-rigward ta' materji relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista (il-“Ftehim”) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

    It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa li tipproċedi, f'isem l-Unjoni, għan-notifika prevista fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Ftehim (2).

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. GILMORE


    (1)  ĠU L 287, 18.10.2012, p. 1.

    (2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top