Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0904

    2014/904/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Diċembru 2014 li tiddetermina l-limiti kwantitattivi u talloka l-kwoti għal sustanzi kkontrollati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, għall-perjodu mill- 1 ta' Jannar sal- 31 ta' Diċembru 2015 (notifikata bid-dokument C(2014) 9322)

    ĠU L 358, 13.12.2014, p. 36–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/904/oj

    13.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 358/36


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-11 ta' Diċembru 2014

    li tiddetermina l-limiti kwantitattivi u talloka l-kwoti għal sustanzi kkontrollati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015

    (notifikata bid-dokument C(2014) 9322)

    (It-testi bil-Kroat, biċ-Ċek, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)

    (2014/904/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10(2) u 16(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni ta' sustanzi kkontrollati importati huwa soġġett għal limiti kwantitattivi.

    (2)

    Il-Kummissjoni hija meħtieġa tiddetermina dawk il-limiti u talloka l-kwoti lill-impriżi.

    (3)

    Minbarra dan, jeħtieġ li l-Kummissjoni tiddetermina l-kwantititajiet ta' sustanzi kkontrollati minbarra l-idroklorofluworokarburi li jistgħu jintużaw għal użi essenzjali fil-laboratorji u użi analitiċi, u l-kumpaniji li jistgħu jużawhom.

    (4)

    Id-determinazzjoni tal-kwoti allokati għal użi essenzjali analitiċi u tal-laboratorju għandha tiżgura li l-limiti kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 10(6) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 jiġu osservati, permezz tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 (2). Peress li dawk il-limiti kwantitattivi jinkludu kwantitajiet ta' idroklorofluworokarburi li huma liċenzjati għal użi fil-laboratorji u użi analitiċi, il-produzzjoni u l-importazzjoni tal-idroklorofluworokarburi għal dawk l-użi għandhom jiġu wkoll koperti minn dik l-allokazzjoni.

    (5)

    Il-Kummissjoni ppubblikat avviż għall-impriżi li biħsiebhom jimpurtaw jew jesportaw sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu lejn jew mill-Unjoni Ewropea fl-2015, u għall-impriżi li biħsiebhom jitolbu kwota għall-2015 għal dawn is-sustanzi maħsuba għal użi fil-laboratorju u użi analitiċi (3), u konsegwentement irċeviet dikjarazzjonijiet dwar importazzjonijiet maħsuba biex jsiru fl-2015.

    (6)

    Il-limiti kwantitattivi u l-kwoti għandhom jiġu ddeterminati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015, skont iċ-ċiklu tar-rappurtar annwali fil-kuntest tal-Protokoll ta' Montreal dwar is-Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Limiti kwantitattivi għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

    Il-kwantitajiet ta' sustanzi kkontrollati soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni fl-2015 minn sorsi barra l-Unjoni huma dawn li ġejjin:

    Sustanzi kkontrollati

    Kwantità (f'kilogrammi ta' potenzjal ta' tnaqqis tal-ożonu (ODP))

    Grupp I (klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115) u grupp II (klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn)

    4 353 700,00

    Grupp III (aloni)

    30 617 910,00

    Grupp IV (tetraklorur tal-karbonju)

    22 605 220,00

    Grupp V (1,1,1-trikloroetan)

    1 700 001,50

    Grupp VI (bromur tal-metil)

    810 120,00

    Grupp VII (idrobromofluworokarburi)

    2 135,00

    Grupp VIII (idroklorofluworokarburi)

    6 589 725,80

    Grupp IX (bromoklorometan)

    318 012,00

    Artikolu 2

    Allokazzjoni tal-kwoti għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

    1.   Il-kwoti għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u għall-klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness I.

    2.   L-allokazzjoni ta' kwoti għall-aloni matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015 hija għall-finijiet u lill-impriżi indikati fl-Anness II.

    3.   L-allokazzjoni tal-kwoti għat-tetraklorur tal-karbonju matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015 hija għall-finijiet u lill-impriżi indikati fl-Anness III.

    4.   Il-kwoti għall-1,1,1-trikloroetan matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness IV.

    5.   Il-kwoti għall-bromur tal-metil matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness V.

    6.   I-kwoti għall-idrobromofluworokarburi matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015 huma allokati għall-finijiet u lill-impriżi indikati fl-Anness VI.

    7.   Il-kwoti għall-idroklorofluworokarburi matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015 huma allokati għall-finijiet u lill-impriżi indikati fl-Anness VII.

    8.   Il-kwoti għall-bromoklorometan matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VIII.

    9.   Il-kwoti individwali għall-impriżi huma kif stipulati fl-Anness IX.

    Artikolu 3

    Kwoti għal użi fil-laboratorji u użi analitiċi

    Il-kwoti għall-importazzjoni u l-produzzjoni ta' sustanzi kkontrollati għal użi fil-laboratorji u użi analitiċi fis-sena 2015 huma allokati lill-impriżi elenkati fl-Anness X.

    Il-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu prodotti jew importati fl-2015 għal użi fil-laboratorji u użi analitiċi allokati lil dawn l-impriżi huma stipulati fl-Anness XI.

    Artikolu 4

    Perjodu ta' validità

    Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Jannar 2015 u tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2015.

    Artikolu 5

    Destinatarji

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil dawn l-impriżi:

    1

    ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. KG

    Im Schlehert 10

    76187 Karlsruhe

    Il-Ġermanja

    2

    Aesica Queenborough Limited

    North Road

    ME11 5EL Queenborough

    Ir-Renju Unit

    3

    AGC Chemicals Europe, Ltd.

    York House, Hillhouse International

    FY5 4QD Thornton Cleveleys

    Ir-Renju Unit

    4

    Airbus Operations SAS

    Route de Bayonne 316

    31300 Toulouse

    Franza

    5

    Albany Molecular Research (UK) Ltd

    Mostyn Road

    CH8 9DN Holywell

    Ir-Renju Unit

    6

    Albemarle Europe SPRL

    Parc Scientifique Einstein

    Rue du Bosquet 9

    B-1348 Louvain-la-Neuve

    Il-Belġju

    7

    Arkema France

    420, rue d'Estienne d'Orves

    92705 Colombes Cedex

    Franza

    8

    Arkema Quimica S.A.

    Avenida de Burgos 12

    28036 Madrid

    Spanja

    9

    Ateliers Bigata

    10, rue Jean Baptiste Perrin,

    33320 Eysines Cedex

    Franza

    10

    BASF Agri Production S.A.S.

    32 rue de Verdun

    76410 Saint-Aubin-lès-Elbeuf

    Franza

    11

    Bayer Crop Science AG

    Alfred-Nobel-Straße 50

    40789 Monheim

    Il-Ġermanja

    12

    Biovit d.o.o.

    Matka Laginje 13

    HR-42000 Varazdin

    Il-Kroazja

    13

    Diverchim SA

    6, rue du Noyer, ZAC du Moulin

    95700 Roissy-en-France

    Franza

    14

    Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH

    Bützflether Sand

    21683 Stade

    Il-Ġermanja

    15

    DuPont de Nemours (Nederland) B.V.

    Baanhoekweg 22

    3313 LA Dordrecht

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    16

    Dyneon GmbH

    Industrieperkstrasse 1

    84508 Burgkirchen

    Il-Ġermanja

    17

    Eras Labo

    222 D1090

    38330 Saint-Nazaire-les-Eymes

    Franza

    18

    Esto Cheb s.r.o.

    Palackého 2087/8

    Cheb 35002

    Ir-Repubblika Ċeka

    19

    Eusebi Impianti Srl

    Via Mario Natalucci 6

    60131 Ancona

    L-Italja

    20

    Eusebi Service Srl

    Via Vincenzo Pirani 4

    60131 Ancona

    L-Italja

    21

    Fenix Fluor Limited

    Rocksavage Site

    WA7 JE Runcorn, Cheshire

    Ir-Renju Unit

    22

    Fire Fighting Enterprises Ltd

    9 Hunting Gate,

    Hitchin SG4 0TJ

    Ir-Renju Unit

    23

    Fujifilm Electronic Materials Europe NV

    Keetberglaan 1 A

    2070 Zwijndrecht

    Il-Belġju

    24

    Gedeon Richter Plc.

    Gyomroi ut 19-21

    1103, Budapest

    L-Ungerija

    25

    GHC Gerling, Holz & Co. Handels GmbH

    Ruhrstr. 113

    22761 Hamburg

    Il-Ġermanja

    26

    Gielle di Luigi Galantucci

    Via Ferri Rocco, 32

    70022 Altamura

    L-Italja

    27

    Halon & Refrigerant Services Ltd

    J.Reid Trading Estate, Factory Road

    CH5 2QJ Sandycroft

    Ir-Renju Unit

    28

    Honeywell Fluorine Products Europe BV

    Laarderhoogtweg 18

    1101 EA Amsterdam

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    29

    Honeywell Speciality Chemicals Seelze GmbH

    Wunstorfer Strasse 40

    30918 Seelze

    Il-Ġermanja

    30

    Hovione FarmaCiencia SA

    Quinta de S. Pedro — Sete Casas

    2674-506 Loures

    Il-Portugall

    31

    Hudson Technologies Europe S.r.l.

    Via degli Olmetti 5

    00060 Formello

    L-Italja

    32

    Hugen Reprocessing Company Dutch Halonbank bv

    Hengelder 17

    6902 PA Zevenaar

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    33

    ICL-IP Europe B.V.

    Fosfaatweeg 48

    1013 BM Amsterdam

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    34

    Laboratorios Miret S.A.

    Geminis 4,

    08228 Terrassa

    Spanja

    35

    LGC Standards GmbH

    Mercatorstr. 51

    46485 Wesel

    Il-Ġermanja

    36

    Ludwig-Maximilians-University

    Butenandstr. 5-13 (Haus D)

    DE-81377 München

    Il-Ġermanja

    37

    Mebrom NV

    Assenedestraat 4

    9940 Rieme Ertvelde

    Il-Belġju

    38

    Merck KGaA

    Frankfurter Strasse 250

    64293 Darmstadt

    Il-Ġermanja

    39

    Meridian Technical Services Limited

    Hailey Road 14

    DA18 4AP Erith

    Ir-Renju Unit

    40

    Mexichem UK Limited

    The Heath Business & Technical Park

    Runcorn Cheshire WA7 4QX

    Ir-Renju Unit

    41

    Ministry of Defense — Chemical Laboratory — Den Helder

    Bevesierweg 4

    1780 CA Den Helder

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    42

    Panreac Quimica S.L.U. Pol.

    C/Garraf 2

    08211 Barcelona

    Spanja

    43

    P.U. Poz-Pliszka Sp. z o.o.

    ul.Szczecińska 45

    80-392 Gdańsk

    Il-Polonja

    44

    R.P. Chem s.r.l.

    Via San Michele 47

    31062 Casale sul Sile (TV)

    L-Italja

    45

    Safety Hi-Tech srl

    Via di Porta Pinciana 6

    00187 Roma

    L-Italja

    46

    Savi Technologie sp. z o.o.

    Ul. Psary Wolnosci 20

    51-180 Wroclaw

    Il-Polonja

    47

    Sigma-Aldrich Chemie GmbH

    Riedstrasse 2

    89555 Steinheim

    Il-Ġermanja

    48

    Sigma Aldrich Chimie sarl

    80, rue de Luzais

    38070 St-Quentin-Fallavier

    Franza

    49

    Sigma-Aldrich Company Ltd

    The Old Brickyard, New Road

    Gillingham, Dorset SP8 4XT

    Ir-Renju Unit

    50

    Simat Prom d.o.o.

    Rudeška cesta 96

    10000 Żagreb

    Il-Kroazja

    51

    Solvay Fluor GmbH

    Hans-Böckler-Allee 20

    30173 Hannover

    Il-Ġermanja

    52

    Solvay Specialty Polymers France SAS

    Avenue de la Republique

    39501 Tavaux Cedex

    Franza

    53

    Solvay Specialty Polymers Italy SpA

    Viale Lombardia 20

    20021 Bollate (MI)

    L-Italja

    54

    SPEX CertiPrep LTD

    Dalston Gardens 2

    Stanmore HA7 1BQ

    Ir-Renju Unit

    55

    Sterling Chemical Malta Limited

    V. Dimech Street 4

    1504 Floriana

    Malta

    56

    Sterling SpA

    Via della Carboneria 30

    06073 Solomeo di Corciano (PG)

    L-Italja

    57

    Syngenta Limited

    Priestley Road Surrey Research Park 30

    Guildford GU2 7YH

    Ir-Renju Unit

    58

    Tazzetti SAU

    Calle Roma 2

    28813 Torres de la Alameda

    Spanja

    59

    Tazzetti SpA

    Corso Europa n. 600/a

    10070 Volpiano (TO)

    L-Italja

    60

    TEGA — Technische Gase und Gastechnik GmbH

    Werner-von-Siemens-Strasse 18

    97076 Würzburg

    Il-Ġermanja

    61

    Thomas Swan & Co. Ltd.

    Rotary Way

    Consett,County Durham DH8 7ND

    Ir-Renju Unit

     

     

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Miguel ARIAS CAÑETE

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 tal-1 ta' Ġunju 2011 dwar il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta' sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw fil-laboratorji u għal skopijiet ta' analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 147, 2.6.2011, p. 4).

    (3)  ĠU C 98, 3.4.2014, p. 10.


    ANNESS I

    GRUPPI I u II

    Il-kwoti ta' importazzjoni għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u għal klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn allokati lill-importaturi b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u għal użi bħala aġenti tal-ipproċessar matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2015.

    Kumpanija

    ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. KG (DE)

    Honeywell Fluorine Products Europe BV (NL)

    Mexichem UK Limited (UK)

    Solvay Specialty Polymers Italy SpA (IT)

    Syngenta Limited (UK)

    Tazzetti SAU (ES)

    Tazzetti SpA (IT)

    TEGA Technische Gase und Gastechnik GmbH (DE)


    ANNESS II

    GRUPP III

    Il-kwoti tal-importazzjoni għall-aloni allokati lill-importaturi b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u għal użi kritiċi matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2015.

    Kumpanija

    ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. KG (DE)

    Arkema France (FR)

    Ateliers Bigata (FR)

    BASF Agri Production SAS (FR)

    ERAS Labo (FR)

    Esto Cheb (CZ)

    Eusebi Impianti Srl (IT)

    Eusebi Service Srl (IT)

    Fire Fighting Enterprises Ltd (UK)

    Gielle di Luigi Galantucci (IT)

    Halon & Refrigerant Services Ltd (UK)

    Hugen Reprocessing Company Dutch Halonbank bv (NL)

    Meridian Technical Services Limited (UK)

    P.U. POZ-PLISZKA Sp. z o.o. (PL)

    Safety Hi-Tech srl (IT)

    Savi Technologie Sp. z o.o. (PL)

    Simat Prom d.o.o. (HR)


    ANNESS III

    GRUPP IV

    Il-kwoti ta' importazzjoni għat-tetraklorur tal-karbonju allokati lill-importaturi b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u għal użi bħala aġent tal-ipproċessar għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2015.

    Kumpanija

    Arkema France (FR)

    Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH (DE)

    Mexichem UK Limited (UK)


    ANNESS IV

    GRUPP V

    Il-kwoti tal-importazzjoni għall-1,1,1-trikloroetan allokati lill-importaturi b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2015.

    Kumpanija

    Arkema France (FR)

    Fujifilm Electronic Materials Europe NV (BE)


    ANNESS V

    GRUPP VI

    Il-kwoti ta' importazzjoni għall-bromur tal-metil allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala materja prima matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2015.

    Kumpanija

    Albemarle Europe SPRL (BE)

    ICL-IP Europe B.V. (NL)

    Mebrom NV (BE)

    Sigma-Aldrich Chemie GmbH (DE)


    ANNESS VI

    GRUPP VII

    Il-kwoti ta' importazzjoni għall-idrobromofluworokarburi allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala materja prima matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2015.

    Kumpanija

    ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. KG (DE)

    Albany Molecular Research (UK) Ltd (UK)

    Hovione FarmaCiencia SA (PT)

    R.P. Chem s.r.l. (IT)

    Sterling Chemical Malta Limited (MT)

    Sterling SpA (IT)


    ANNESS VII

    GRUPP VIII

    Il-kwoti ta' importazzjoni għall-idroklorofluworokarburi allokati lill-importaturi b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2015.

    Kumpanija

    ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. KG (DE)

    Aesica Queenborough Ltd. (UK)

    AGC Chemicals Europe, Ltd. (UK)

    Arkema France (FR)

    Arkema Quimica S.A. (ES)

    Bayer CropScience AG (DE)

    DuPont de Nemours (Nederland) bv (NL)

    Dyneon GmbH (DE)

    Fenix Fluor Limited (UK)

    GHC Gerling, Holz & Co. Handels GmbH (DE)

    Honeywell Fluorine Products Europe BV (NL)

    Mexichem UK Limited (UK)

    Solvay Fluor GmbH (DE)

    Solvay Specialty Polymers France SAS (FR)

    Solvay Specialty Polymers Italy SpA (IT)

    Tazzetti SAU (ES)

    Tazzetti SpA (IT)


    ANNESS VIII

    GRUPP IX

    Il-kwoti ta' importazzjoni għall-bromoklorometan allokati lill-importaturi b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala materja prima għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2015.

    Kumpanija

    Albemarle Europe SPRL (BE)

    ICL-IP Europe B.V. (NL)

    Laboratorios Miret S.A. (ES)

    Sigma-Aldrich Chemie GmbH (DE)

    Thomas Swan & Co Ltd (UK)


    ANNESS IX

    (Tagħrif kummerċjalment sensittiv — kunfidenzjali — ma jistax jiġi ppubblikat)


    ANNESS X

    IMPRIŻI INTITOLATI LI JIPPRODUĊU JEW JIMPORTAW GĦAL UŻI FIL-LABORATORJI U GĦAL UŻI ANALITIĊI FL-2015

    Il-kwoti tas-sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw għal użi fil-laboratorji u għal użi analitiċi huma allokati lil:

    Kumpanija

    ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. KG (DE)

    Airbus Operations SAS (FR)

    Arkema France (FR)

    Biovit d.o.o. (HR)

    Diverchim S.A. (FR)

    Gedeon Richter Plc. (HU)

    Honeywell Fluorine Products Europe BV (NL)

    Honeywell Specialty Chemicals Seelze GmbH (DE)

    Hudson Technologies Europe S.r.l. (IT)

    LGC Standards GmbH (DE)

    Ludwig-Maximilians-University (DE)

    Merck KGaA (DE)

    Mexichem UK Limited (UK)

    Ministeru tad-Difiża — Laboratorju Kimiku — Den Helder (NL)

    Panreac Quimica S.L.U. Pol. (ES)

    Safety Hi-Tech srl (IT)

    Sigma-Aldrich Chemie GmbH (DE)

    Sigma Aldrich Chimie SARL (FR)

    Sigma Aldrich Company Ltd (UK)

    Solvay Fluor GmbH (DE)

    SPEX CertiPrep LTD (UK)

    Sterling Chemical Malta Limited (MT)

    Sterling SpA (IT)

    Tazzetti SpA (IT)


    ANNESS XI

    (Tagħrif kummerċjalment sensittiv — kunfidenzjali — ma jistax jiġi ppubblikat)


    Top