Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0862

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/862/PESK tal- 1 ta' Diċembru 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

ĠU L 346, 2.12.2014, p. 36–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/862/oj

2.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 346/36


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/862/PESK

tal-1 ta' Diċembru 2014

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta' Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Fl-20 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK.

(2)

Fit-12 ta' April 2013, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1533 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (il-'Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà'), aġġorna u emenda l-lista tal-individwi u l-entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Fit-30 ta' Ġunju 2014, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà żied entità mal-lista ta' individwi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(4)

Fil-31 ta' Ottubru 2014, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà ħareġ lista ġdida konsolidata ta' individwi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(5)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK huwa b'dan sostitwit mill-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

B. LORENZIN


(1)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.


ANNESS

“ANNESS

(a)

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5.

1.

Eric BADEGE

Data tat-Twelid: 1971. Data ta' deżinjazzjoni min-NU:31 ta' Diċembru 2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skont ir-rapport finali tal-15 ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, ‘… il-Logutenent Kurunell Eric Badege kien sar il-punt ċentrali tal-M23 f'Masisi u mexxa operazzjonijiet konġunti…’ ma' mexxej militari ieħor. Barra minn hekk, ‘serje ta' attakki kkoordinati li saru f'Awwissu [2012] mil-Logutenent Kurunell Badege… ippermettew lill-M23 jiddestabbilizza parti konsiderevoli mit-territorju ta' Masisi.’ Skont ex-kombattenti, il-Logutenent Kurunell Badege… aġixxa skont l-ordnijiet tal-Kurunell Makenga meta orkestra l-attakki. Bħala kmandant militari tal-M23, Badege hu responsabbli għal ksur serju immirat kontra tfal u nisa f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat. Skont ir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, kien hemm diversi inċidenti kbar ta' qtil bla diskriminazzjoni ta' ċivili, fosthom nisa u tfal. Minn Mejju 2012 Raia Mutomboki, taħt il-kmand tal-M23, qatlu mijiet ta' ċivili f'serje ta' attakki kkoordinati. F'Awwissu, Badege wettaq attakki konġunti li involvew il-qtil bla diskriminazzjoni ta' ċivili. Ir-rapport ta' Novembru tal-Grupp ta' Esperti jiddikjara li dawn l-attakki ġew orkestrati b'mod konġunt minn Badege u l-Kurunell Makoma Semivumbi Jacques. Skont ir-Rapport tal-Grupp ta' Esperti, mexxejja lokali minn Masisi ddikjaraw li Badege kkmanda dawn l-attakki tar-Raia Mutomboki fuq l-art.Skont artikolu tar-Radju Okapi tat-28 ta' Lulju 2012, ‘l-amministratur ta' Masisi ħabbar dan is-Sibt, 28 ta' Lulju, id-diżerzjoni tal-kmandant tat-Tieni Battaljun tal-410 Reġiment tal-bażi FARDC Nyabiondo, daqs tletin kilometru Majjistral ta' Goma fit-Tramuntana ta' Kivu. Skont dan, il-Kurunell Eric Badege u iktar minn mitt suldat nhar il-Ġimgħa rħewla lejn Rubay, 80 kilometru Tramuntana ta' Nabiondo. Din l-informazzjoni ġiet ikkonfermata minn diversi sorsi.’ Skont artikolu tat-23 ta' Novembru 2012 tal-BBC, l-M23 ġie ffurmat meta ex-membri tas-CNDP li kienu ġew integrati fil-FARDC bdew jipprotestaw kontra kondizzjonijiet u pagi ħżiena, u n-nuqqas tal-implimentazzjoni sħiħa tal-patt ta' paċi tat-23 ta' Marzu 2009 bejn is-CNDP u r-RDK li wassal għall-integrazzjoni tas-CNDP fl-FARDC. L-M23 huwa impenjat f'operazzjonijiet militari attivi sabiex jieħu kontroll ta' territorju fil-Lvant tar-RDK, skont ir-rapport tal-IPIS ta' Novembru 2012. L-M23 u l-FARDC iġġieldu għall-kontroll ta' diversi bliet u rħula fil-Lvant tar-RDK fl-24 u l-25 ta' Lulju 2012; l-M23 attakka lill-FARDC f'Rumangabo fis-26 ta' Lulju 2012; l-M23 keċċew lill-FARDC minn Kibumba fis-17 ta' Novembru 2012; u l-M23 ħa l-kontroll ta' Goma fl-20 ta' Novembru 2012. Skont ir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, diversi ex-kombattenti tal-M23 jaffermaw li l-mexxejja tal-M23 qatlu b'mod sommarju għexieren ta' tfal li ppruvaw jaħarbu wara li ġew rekrutati bħala suldati tfal tal-M23. Skont rapport tal-11 ta' Settembru 2012 mill-Human Rights Watch (HRW), raġel mir-Rwanda, ta' 18-il sena, li ħarab wara li ġie reklutat bil-forza fir-Rwanda qal lill-HRW li huwa kien xhud tal-eżekuzzjoni ta' tifel ta' 16-il sena mill-unità tal-M23 tiegħu li kien ipprova jaħrab f'Ġunju. It-tifel inqabad u ssawwat sal-mewt mill-ġellieda tal-M23 quddiem ir-rekluti l-oħra. Il-kmandant tal-M23 li ordna l-qtil tiegħu mbagħad allegatament qal lir-rekluti l-oħra ‘[h]uwa ried jabbandunana,’ bħala spjegazzjoni għaliex it-tifel inqatel. Ir-rapport jiddikjara wkoll li x-xhieda affermaw li tal-inqas 33 rekluta ġdid u ġellieda oħra tal-M23 inqatlu b'mod sommarju meta ppruvaw jaħarbu. Uħud minnhom ġew marbutin u sparawlhom quddiem rekluti oħrajn bħala eżempju tal-kastig li jistgħu jirċievu. Rekluta żagħżugħ qal lill-HRW, ‘[m]eta konna fl-M23, qalu [li kellna għażla] u stajna nibqgħu magħhom jew stajna mmutu. Ħafna nies ippruvaw jaħarbu. Uħud instabu u mbagħad dik kienet immedjatament il-mewt tagħhom.’

2.

Frank Kakolele BWAMBALE (psewdonimu: a) Frank Kakorere, b) Frank Kakorere Bwambale)

Deżinjazzjoni: Ġeneral tal-FARDC. Nazzjonalità: Kongoliż. Data ta' deżinjazzjoni min-NU:1 ta' Novembru 2005. Informazzjoni Oħra: Telaq mis-CNDP f'Jannar 2008. Minn Ġunju 2011, residenti f'Kinshasa. Sa mill-2010, Kakolele kien involut f'attivitajiet apparentement f'isem il-Programme de Stabilisation et Reconstruction des Zones Sortant des Conflits Armés (STAREC) tal-gvern tar-RDK, inkluż il-parteċipazzjoni f'missjoni tal-STAREC f'Goma u f'Beni f'Marzu 2011.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Qabel kien mexxej tal-RCD-ML, eżerċita influwenza fuq linji politiċi u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-RCD-ML, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), responsabbli għat-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Ġeneral tal-FARDC, mingħajr kariga minn Ġunju 2011. Telaq mis-CNDP f'Jannar 2008. Minn Ġunju 2011, residenti f'Kinshasa. Sa mill-2010, Kakolele kien involut f'attivitajiet apparentement f'isem il-Programme de Stabilisation et Reconstruction des Zones Sortant des Conflits Armés (STAREC) tal-gvern tar-RDK, inkluż il-parteċipazzjoni f'missjoni ta' STAREC f'Goma u f'Beni f'Marzu 2011.

3.

Gaston IYAMUREMYE (psewdonimu: a) Byiringiro Victor Rumuli, b) Victor Rumuri, c) Michel Byiringiro, d) Rumuli)

Deżinjazzjoni: a) President tal-FDLR, b) It-Tieni Viċi President tal-FDLR-FOCA. Indirizz: (Minn Ġunju 2011, ibbażat f'Kalonge, il-Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu.). Data tat-Twelid: 1948. Post tat-Twelid: a) Distrett ta' Musanze, Provinċja fit-Tramuntana, ir-Rwanda, b) Ruhengeri, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandi. Data ta' deżinjazzjoni min-NU:1 ta' Diċembru 2010. Informazzjoni oħra: Brigadier Ġenerali.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skont bosta sorsi, inkluż il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK, Gaston Iyamuremye huwa t-tieni viċi president tal-FDLR u huwa kkunsidrat bħala membru ewlieni tat-tmexxija militari u politika tal-FDLR. Gaston Iyamuremye mexxa wkoll l-uffiċċju ta' Ignace Murwanashyaka (President tal-FDLR) f'Kibua, ir-RDK sa Diċembru 2009. President tal-FDLR u t-Tieni Viċi President tal-FDLR-FOCA, minn Ġunju 2011, ibbażat f'Kalonge, il-Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu.

4.

Innocent KAINA (psewdonimu: a) Kurunell Innocent Kaina, b) India Queen)

Post tat-Twelid: Bunagana, territorju ta' Rutshuru, RDK. Data ta' deżinjazzjoni min-NU:30 ta' Novembru 2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Innocent Kaina bħalissa huwa Kmandant Settorjali fil-Mouvement du 23 Mars (M23). Huwa responsabbli għal u wettaq ksur serju tal-liġi internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem. F'Lulju 2007 it-Tribunal Militari tal-Gwarniġġjon ta' Kinxasa sab lil Kaina responsabbli għal atti kriminali kontra l-umanità li saru fid-Distrett ta' Ituri, bejn Mejju 2003 u Diċembru 2005. Huwa nħeles fl-2009 bħala parti mill-ftehim ta' paċi bejn il-gvern Kongoliż u s-CNDP. Fi ħdan il-FARDC fl-2009, huwa kien ħati ta' eżekuzzjonijiet, ħtif u mankamenti fit-territorju ta' Masisi. Bħala Kmandant taħt it-tmexxija tal-Ġeneral Ntaganda, huwa ta bidu għar-ribelljoni tal-ex-CNDP fit-territorju ta' Rutshuru f'April 2012. Huwa żgura s-sigurtà ta' dawk li rribellaw barra minn Masisi. Bejn Mejju u Awwissu 2012, huwa mexxa r-reklutaġġ u t-taħriġ ta' aktar minn 150 tifel u tifla għar-ribelljoni tal-M23, u spara lis-subien li ppruvaw jaħarbu. F'Lulju 2012 vjaġġa lejn Berunda u Degho għal attivitajiet ta' mobilizzazzjoni u reklutaġġ għall-M23.

5.

Jérôme KAKWAVU BUKANDE (psewdonimu: a) Jerome Kakwavu, b) Kmandant Jérôme)

Nazzjonalità: Kongoliż. Data ta' deżinjazzjoni min-NU:1 ta' Novembru 2005. Informazzjoni oħra: Mogħti l-grad ta' Ġeneral fl-FARDC f'Diċembru 2004. Minn Ġunju 2011, miżmum fil-Ħabs ta' Makala f'Kinshasa. Fil-25 ta' Marzu 2011, il-Qorti Militari Għolja f'Kinshasa fetħet proċess kontra Kakwavu għal delitti tal-gwerra.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Qabel kien il-President tal-UCD/FAPC. Il-kontroll tal-FAPC ta' postijiet illegali fuq il-fruntiera bejn l-Uganda u r-RDK — rotta ta' transitu ewlenija għaċ-ċirkolazzjoni tal-armi. Bħala President tal-FAPC, huwa eżerċita influwenza fuq il-politika u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FAPC, li kienu involuti fit-traffikar tal-armi u, konsegwentement, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (SRSG) għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f'Ituri fl-2002. Wieħed minn ħames uffiċjali anzjani tal-FARDC li ġew akkużati b'delitti serji li kienu jinvolvu l-vjolenza sesswali u li l-każijiet tagħhom kienu tressqu għall-attenzjoni tal-Gvern mill-Kunsill tas-Sigurtà waqt iż-żjara tiegħu fl-2009. Mogħti l-grad ta' Ġeneral fl-FARDC f'Diċembru 2004. Minn Ġunju 2011, miżmum fil-Ħabs ta' Makala f'Kinshasa. Fil-25 ta' Marzu 2011, il-Qorti Militari Għolja f'Kinshasa fetħet proċess kontra Kakwavu għal delitti tal-gwerra.

6.

Germain KATANGA

Nazzjonalità: Kongoliż. Data ta' deżinjazzjoni min-NU:1 ta' Novembru 2005. Informazzjoni oħra: Maħtur Ġeneral fl-FARDC f'Diċembru 2004. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fit-18 ta' Ottubru 2007. Il-proċess tiegħu beda f'Novembru 2009.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kap tal-FRPI. Involut fi trasferimenti ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f'Ituri mill-2002 sal-2003. Maħtur Ġeneral fl-FARDC f'Diċembru 2004. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fit-18 ta' Ottubru 2007. Il-proċess tiegħu beda f'Novembru 2009.

7.

Thomas LUBANGA

Post tat-Twelid: Ituri, ir-RDK. Nazzjonalità: Kongoliż. Data ta' deżinjazzjoni min-NU:1 ta' Novembru 2005. Informazzjoni oħra: Arrestat f'Kinshasa f'Marzu 2005 minħabba involviment tal-UPC/L fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Trasferit għall-QKI fis-17 ta' Marzu 2006. Huwa nstab ħati mill-QKI f'Marzu 2012 u ngħata sentenza ta' erbatax-il sena ħabs. Huwa appella mis-sentenza tal-qorti.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

President tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f'Ituri mill-2002 sal-2003. Arrestat f'Kinshasa f'Marzu 2005 minħabba involviment tal-UPC/L fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Trasferit għall-QKI mill-awtoritajiet Kongoliżi fis-17 ta' Marzu 2006. Il-proċess tiegħu beda f'Jannar 2009 u mistenni jintemm fl-2011. Huwa nstab ħati mill-QKI f'Marzu 2012 u ngħata sentenza ta' erbatax-il sena ħabs. Huwa appella mis-sentenza tal-qorti.

8.

Sultani MAKENGA (psewdonimu: a) Kurunell Sultani Makenga, b) Emmanuel Sultani Makenga)

Data tat-Twelid:25 ta' Diċembru 1973. Post tat-Twelid: Rutshuru, ir-RDK. Nazzjonalità: Kongoliż. Data ta' deżinjazzjoni min-NU:13 ta' Novembru 2012. Informazzjoni oħra: Mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sultani Makenga huwa mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Bħala mexxej ta' M23 (magħruf ukoll bħala l-Armata Rivoluzzjonarja Kongoliża), Sultani Makenga wettaq u huwa responsabbli għal ksur serju tal-liġi internazzjonali li jinvolvi nisa u tfal fil-mira f'sitwazzjonijiet ta' kunflitti armati, inkluż qtil u mankament, vjolenza sesswali, ħtif, u spostament furzat. Huwa kien ukoll responsabbli għal ksur tal-liġi internazzjonali relatat mal-azzjonijiet ta' M23 fir-reklutaġġ u l-użu ta' tfal f'kunflitti armati fir-RDK. Taħt il-kmand ta' Sultani Makenga, l-M23 wettaq atroċitajiet estensivi kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK. Skont xhieda u rapporti, il-militanti li operaw taħt il-kmand ta' Sultani Makenga wettqu stupri madwar it-territorju ta' Rutshuru kontra nisa u tfal, li wħud minnhom kien għad kellhom biss 8 snin, bħala parti minn politika biex jikkonsolidaw il-kontroll fit-territorju ta' Rutshuru. Taħt il-kmand ta' Makenga, M23 għamel kampanji estensivi ta' reklutaġġ furzat ta' tfal fir-RDK u fir-reġjun, kif ukoll qatel, immanka, u darab għexieren ta' tfal. Ħafna mir-rekluti tfal furzati kienu taħt l-età ta' 15-il sena. Makenga ġie rrappurtat ukoll li rċieva armi u materjal relatat bi ksur ta' miżuri meħuda mir-RDK biex timplimenta l-embargo fuq l-armi, inklużi ordinanzi domestiċi fuq l-importazzjoni u l-pussess ta' armi u materjal relatat. L-azzjonijiet ta' Makenga bħala l-mexxej ta' M23 inkludew ksur serju tal-liġi internazzjonali u atroċitajiet kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, u iggravaw il-kundizzjonijiet ta' nuqqas ta' sigurtà, spostament, u kunflitt fir-reġjun. Mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

9.

Khawa Panga MANDRO (psewdonimu: a) Kawa Panga, b) Kawa Panga Mandro, c) Kawa Mandro, d) Yves Andoul Karim, e) Yves Khawa Panga Mandro, f) Mandro Panga Kahwa, g)‘Chief Kahwa’, h)‘Kawa’)

Data tat-Twelid:20 ta' Awwissu 1973. Post tat-Twelid: Bunia, ir-RDK. Nazzjonalità: Kongoliż. Data ta' deżinjazzjoni min-NU:1 ta' Novembru 2005. Informazzjoni oħra: Miżmum il-ħabs f'Bunia f'April 2005 għas-sabotaġġ tal-proċess ta' paċi ta' Ituri. Arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f'Ottubru 2005, meħlus mill-Qorti tal-Appell f'Kisangani, sussegwentement trasferit għall-awtoritajiet ġudizzjarji f'Kinshasa fuq akkużi ġodda ta' delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra, qtil, attakki aggravati u swat. Minn Ġunju 2011 miżmum fil-Ħabs Ċentrali ta' Makala, f'Kinshasa.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ex-President ta' PUSIC, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal mill-2001 sal-2002. Miżmum il-ħabs f'Bunia f'April 2005 għas-sabotaġġ tal-proċess ta' paċi ta' Ituri. Arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f'Ottubru 2005, meħlus mill-Qorti tal-Appell f'Kisangani, sussegwentement trasferit għall-awtoritajiet ġudizzjarji f'Kinshasa fuq akkużi ġodda ta' delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra, qtil, attakki aggravati u swat. Minn Ġunju 2011 miżmum fil-Ħabs Ċentrali ta' Makala, f'Kinshasa.

10.

Callixte MBARUSHIMANA

Data tat-Twelid:24 ta' Lulju 1963. Post tat-Twelid: Ndusu/Ruhengeri, Provinċja fit-Tramuntana, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandi. Data ta' deżinjazzjoni min-NU:3 ta' Marzu 2009. Informazzjoni oħra: Arrestat f'Pariġi fit-3 ta' Ottubru 2010 taħt mandat tal-QKI għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR f'Kivus fl-2009 u ttrasferit fl-Aja fil-25 ta' Jannar 2011.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR u Viċi President tal-kmand militari għoli tal-FDLR sal-arrest tiegħu. Mexxej Politiku/Militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxu d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattenti, skont ir-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Arrestat f'Pariġi fit-3 ta' Ottubru 2010 taħt mandat tal-QKI għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR f'Kivus fl-2009 u ttrasferit fl-Aja fil-25 ta' Jannar 2011.

11.

Iruta Douglas MPAMO (psewdonimu: a) Doulas Iruta Mpamo, b) Mpano)

Indirizz: Gisenyi, ir-Rwanda (Minn Ġunju 2011). Data tat-Twelid: a)28 ta' Diċembru 1965, b)29 ta' Diċembru 1965. Post tat-Twelid: a) Bashali, Masisi, ir-RDK, b) Goma, ir-RDK, c) Uvira, ir-RDK. Nazzjonalità: Kongoliż. Data ta' deżinjazzjoni min-NU:1 ta' Novembru 2005. Informazzjoni oħra: Mhijiex magħrufa l-okkupazzjoni minn mindu ġġarrfu żewġ ajruplani tal-Great Lakes Business Company (GLBC).

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sid/Maniġer tal-Compagnie Aérienne des Grands Lacs u tal-Great Lakes Business Company, li l-inġenji tal-ajru tagħha ntużaw biex jipprovdu għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003). Responsabbli wkoll għall-ħabi ta' informazzjoni taħt forma oħra dwar titjiriet u merkanziji apparentament sabiex jippermetti l-ksur tal-embargo fuq l-armi. Mhijiex magħrufa l-okkupazzjoni minn mindu ġġarrfu żewġ ajruplani tal-Great Lakes Business Company (GLBC).

12.

Sylvestre MUDACUMURA (psewdonimu: a) Mupenzi Bernard, b) Ġeneral Maġġur Mupenzi, c) Ġeneral Mudacumura, d) Radja)

Indirizz: Il-Foresta ta' Kikoma, ħdejn Bogoyi, Walikale, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK (Minn Ġunju 2011). Nazzjonalità: Rwandi. Data ta' deżinjazzjoni min-NU: l-1 ta' Novembru 2005. Informazzjoni oħra: Kmandant militari tal-FDLR-FOCA, kif ukoll l-ewwel Viċi President politiku u kap tal-Kmand Għoli tal-FOCA, b'hekk ġew ikkombinati l-funzjonijiet ta' kmand militari u politiku ġenerali minn mindu ġew arrestati l-kapijiet tal-FDLR fl-Ewropa.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kmandant tal-FDLR, jeżerċita influwenza fuq il-linji ta' politika, u jżomm kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Mudacumura (jew membri tal-persunal) kien f'komunikazzjoni telefonika mal-mexxej tal-FDLR Murwanashyaka fil-Ġermanja, inkluż fiż-żmien tal-Massakru ta' Busurungi f'Mejju 2009, u mal-kmandant militari l-Maġġur Guillaume waqt l-operazzjonijiet Umoja Wetu u Kimia II fl-2009. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għal 27 każ ta' reklutaġġ u użu tat-tfal minn truppi taħt il-kmand tiegħu fit-Tramuntana ta' Kivu mill-2002 sal-2007. Kmandant militari tal-FDLR-FOCA, kif ukoll l-ewwel Viċi President politiku u kap tal-Kmand Għoli tal-FOCA, b'hekk ġew ikkombinati l-funzjonijiet ta' kmand militari u politiku ġenerali minn mindu ġew arrestati l-kapijiet tal-FDLR fl-Ewropa.

13.

Leodomir MUGARAGU (psewdonimu: a) Manzi Leon, b) Leo Manzi)

Indirizz: Il-Kwartieri Ġenerali ta' FDLR fil-Foresta ta' Kikoma, ħdejn Bogoyi, Walikale, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK (Minn Ġunju 2011). Data tat-Twelid: a) 1954 b) 1953. Post tat-Twelid: a) Kigali, ir-Rwanda b) Rushashi, Provinċja fit-Tramuntana, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandi. Data ta' deżinjazzjoni min-NU:1 ta' Diċembru 2010. Informazzjoni oħra: Kap tal-Persunal tal-FDLR-FOCA, inkarigat mill-amministrazzjoni.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skont rappurtar minn sorsi miftuħa u rappurtar uffiċjali, Leodomir Mugaragu huwa l-Kap tal-Persunal tal-Forces Combattantes Abucunguzi/Forza Kombattenti għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FOCA), il-fergħa armata tal-FDLR. Skont rappurtar uffiċjali Mugaragu jagħmel pjanijiet f'livell għoli għall-operazzjonijiet militari tal-FDLR fil-Lvant tar-RDK. Kap tal-Persunal tal-FDLR-FOCA, inkarigat mill-amministrazzjoni.

14.

Leopold MUJYAMBERE (psewdonimu: a) Musenyeri, b) Achille, c) Frere Petrus Ibrahim)

Indirizz: Nyakaleke (ix-Xlokk ta' Mwenga), in-Nofsinhar ta' Kivu, ir-RDK. Data tat-Twelid: a)17 ta' Marzu 1962, b) Bejn wieħed u ieħor 1966. Post tat-Twelid: Kigali, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandi. Data ta' deżinjazzjoni min-NU:3 ta' Marzu 2009. Informazzjoni oħra: Minn Ġunju 2011, Kmandant tas-settur operattiv tan-Nofsinhar ta' Kivu, issa msejjaħ ‘Amazon’ tal-FDLR/FOCA.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kmandant tat-Tieni Diviżjoni tal-FOCA/il-Brigati ta' Riżerva (fergħa armata tal-FDLR). Mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu qabel ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien lejn nofs jew fl-aħħar tal-adoloxxenza, qed tirrekluta bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riż. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Minn Ġunju 2011, Kmandant tas-settur operattiv tan-Nofsinhar ta' Kivu, issa msejjaħ ‘Amazon’ tal-FDLR-FOCA.

15.

Jamil MUKULU (psewdonimu: a) Steven Alirabaki, b) David Kyagulanyi, c) Musezi Talengelanimiro, d) Mzee Tutu, e) Abdullah Junjuaka, f) Alilabaki Kyagulanyi, g) Hussein Muhammad, h) Nicolas Luumu, i) Professor Musharaf, j) Talengelanimiro)

Deżinjazzjoni: a) Kap tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), b) Kmandant, Forzi Demokratiċi Alleati. Data tat-Twelid: a) 1965 b)1 ta' Jannar 1964. Post tat-Twelid: Il-Villaġġ ta' Ntoke, Sotto Kontea ta' Ntenjeru, Distrett ta' Kayunga, Uganda. Nazzjonalità: Ugandi. Data ta' deżinjazzjoni min-NU:12 ta' Ottubru 2011.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skont rapportar minn sorsi miftuħa u rapportar uffiċjali, inklużi r-rapporti tal-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU dwar ir-RDK, is-Sur Jamil Mukulu huwa l-mexxej militari tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), grupp armat barrani li jopera fir-RDK li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattenti tal-ADF, kif deskritt fil-paragrafu 4(b) tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008). Il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU dwar ir-RDK irrapporta li Mukulu pprovda tmexxija u appoġġ materjali lill-ADF, grupp armat li jopera fit-territorju tar-RDK. Skont bosta sorsi, inklużi r-rapporti tal-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU dwar ir-RDK, Jamil Mukulu kompla wkoll ikollu influwenza fuq il-linji ta' politika, ipprovda finanzjament u żamm kmand dirett u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-ADF fuq il-post, inkluża s-superviżjoni ta' rabtiet ma' netwerks terroristiċi internazzjonali.

16.

Ignace MURWANASHYAKA (psewdonimu: Dr. Ignace)

Titolu: Dr. Data tat-Twelid:14 ta' Mejju 1963. Post tat-Twelid: a) Butera, Rwanda, b) Ngoma, Butare, Rwanda. Nazzjonalità: Rwandi. Data ta' deżinjazzjoni min-NU:1 ta' Novembru 2005. Informazzjoni oħra: Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009. Sostitwit minn Gaston Iamuremye, magħruf bħala ‘Rumuli’, bħala President tal-FDLR-FOCA. Il-proċess ta' Murwanashyaka għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR fir-RDK fl-2008 u l-2009 beda fl-4 ta' Mejju 2011 f'qorti Ġermaniża.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

President tal-FDLR, u kmandant suprem tal-forzi armati tal-FDLR, jeżerċita influwenza fuq il-linji ta' politika, u għandu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. F'komunikazzjoni telefonika mal-kmandanti militari tal-FDLR fuq il-post (inkluż matul il-massakru f'Busurungi f'Mejju 2009); ta ordinijiet militari lill-kmandanti għoljin; involut fil-koordinazzjoni tat-trasferiment ta' armi u munizzjon lill-unitajiet tal-FDLR u t-twassil ta' struzzjonijiet speċifiċi għall-użu; amministra somom kbar ta' flus li rriżultaw mill-bejgħ illeċitu ta' riżorsi naturali f'żoni taħt il-kontroll tal-FDLR. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kellu responsabbiltà ta' kmand bħala l-President u l-kmandant militari tal-FDLR għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal mill-FDLR fil-Lvant tal-Kongo. Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009. Sostitwit minn Gaston Iamuremye, magħruf bħala ‘Rumuli’, bħala President tal-FDLR-FOCA. Il-proċess ta' Murwanashyaka għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR fir-RDK fl-2008 u l-2009 beda fl-4 ta' Mejju 2011 f'qorti Ġermaniża.

17.

Straton MUSONI (psewdonimu: IO Musoni)

Data tat-Twelid: a)6 ta' April 1961, b)4 ta' Ġunju 1961. Post tat-Twelid: Mugambazi, Kigali, Rwanda Nazzjonalità: Rwandi. Data ta' deżinjazzjoni min-NU:29 ta' Marzu 2007. Informazzjoni oħra: Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009. Il-proċess ta' Musoni għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR fir-RDK fl-2008 u l-2009 beda fl-4 ta' Mejju 2011 f'qorti Ġermaniża. Sostitwit minn Sylvestre Mudacumura bħala l-ewwel Viċi President tal-FDLR.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Permezz tat-tmexxija tiegħu tal-FDLR, grupp armat barrani li jopera fir-RDK, Musoni qiegħed jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattanti li jagħmlu parti minn dawk il-gruppi, bi ksur tar-Riż. 1649 (2005). Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009. Il-proċess ta' Musoni għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR fir-RDK fl-2008 u l-2009 beda fl-4 ta' Mejju 2011 f'qorti Ġermaniża. Sostitwit minn Sylvestre Mudacumura bħala l-ewwel Viċi President tal-FDLR.

18.

Jules MUTEBUTSI (psewdonimu: a) Jules Mutebusi, b) Jules Mutebuzi, c) Kurunell Mutebutsi)

Data tat-Twelid: 1964. Post tat-Twelid: Minembwe, in-Nofsinhar ta' Kivu, ir-RDK. Nazzjonalità: Kongoliż. Data ta' deżinjazzjoni min-NU: l-1 ta' Novembru 2005. Informazzjoni oħra: Kien Viċi Kmandant Reġjonali Militari tal-FARDC tal-għaxar Reġjun Militari f'April 2004, ġie mkeċċi minħabba nuqqas ta' dixxiplina. F'Diċembru 2007, ġie arrestat mill-awtoritajiet tar-Rwanda meta pprova jaqsam il-fruntiera lejn ir-RDK. Minn dak iż-żmien qed jgħix f'semilibertà f'Kigali (mhux awtorizzat jitlaq il-pajjiż).

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ingħaqad ma' elementi oħra rinnegati ta' dak li qabel kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta' Bukavu bil-forza f'Mejju 2004. Implikat fir-riċeviment ta' armi barra l-istrutturi tal-FARDC u l-forniment ta' provvisti lil gruppi armati u l-milizzja msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Kien Viċi Kmandant Reġjonali Militari tal-FARDC tal-għaxar Reġjun Militari f'April 2004, ġie mkeċċi minħabba nuqqas ta' dixxiplina. F'Diċembru 2007, ġie arrestat mill-awtoritajiet tar-Rwanda meta pprova jaqsam il-fruntiera lejn ir-RDK. Minn dak iż-żmien qed jgħix f'semilibertà f'Kigali (mhux awtorizzat jitlaq il-pajjiż).

19.

Baudoin NGARUYE WA MYAMURO (psewdonimu: Kurunell Baudoin NGARUYE)

Titolu: Mexxej militari tal-Mouvement du 23 Mars (M23) Deżinjazzjoni: Brigadier Ġenerali Indirizz: Rubavu/Mudende, ir-Rwanda. Data tat-Twelid: a)1 ta' April 1978, b) 1978 Post tat-Twelid: a) Bibwe, ir-RDK b) Lusamambo, it-territorju ta' Lubero, ir-RDK. Nazzjonalità: Kongoliż. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: FARDC ID 1-78-09-44621-80. Data ta' deżinjazzjoni min-NU: l-30 ta' Novembru 2012. Informazzjoni oħra: Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16.3.2013 f'Gasizi/Rubavu

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

F'April 2012, Ngaruye mexxa r-ribelljoni tal-ex-CNDP, magħruf bħala l-Mouvement du 23 Mars (M23), taħt l-ordnijiet tal-Ġeneral Ntaganda. Bħalissa huwa għandu t-tielet l-ogħla kariga fost il-kmandanti militari fl-M23. Il-Grupp ta' esperti dwar ir-RDK preċedentement kienu rrakkomandaw li jiġi deżinjat fl-2008 u l-2009. Huwa responsabbli għal u wettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi internazzjonali. Huwa rrekluta u ħarreġ mijiet ta' tfal għall-M23 bejn l-2008 u l-2009 u mbagħad lejn tmiem l-2010. Huwa wettaq qtil, mankament u ħtif, ħafna drabi bin-nisa fil-mira. Huwa responsabbli għal eżekuzzjonijiet u tortura tad-diżerturi fl-M23. Fl-2009 fil-FARDC, huwa ta l-ordnijiet biex jinqatlu l-irġiel kollha fil-villaġġ ta' Shalio, f'Walikale. Huwa pprovda wkoll armi, munizzjonijiet u salarji f'Masisi u Walikale taħt l-ordnijiet diretti mingħand Ntaganda. Fl-2010 orkestra l-ispostament furzat u l-esproprjazzjoni tal-popolazzjonijiet fiż-żona ta' Lukopfu. Huwa kien ukoll involut b'mod estensiv fin-netwerks kriminali fi ħdan il-FARDC li jagħmlu qligħ mill-kummerċ minerali li wassal għal tensjonijiet u vjolenza mal-Kurunell Innocent Zimurinda fl-2011. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16.3.2013 f'Gasizi/Rubavu

20.

Mathieu, Chui NGUDJOLO (psewdonimu: Cui Ngudjolo)

Data ta' deżinjazzjoni min-NU:1 ta' Novembru 2005. Informazzjoni oħra: Arrestat minn MONUC f'Bunia f'Ottubru 2003. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-7 ta' Frar 2008. Inħeles minn kull akkuża miġjuba kontrih mill-QKI f'Diċembru 2012. Wara li ġie rilaxxat mill-kustodja, ġie arrestat mill-awtoritajiet Olandiżi, u ressaq talba għall-asil fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kap tal-Persunal tal-FNI u ex-Kap tal-Persunal tal-FRPI, eżerċita influwenza fuq linji ta' politika u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FRPI, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), responsabbli għat-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal taħt il-ħmistax-il sena f'Ituri fl-2006. Arrestat minn MONUC f'Bunia f'Ottubru 2003. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-7 ta' Frar 2008. Inħeles minn kull akkuża miġjuba kontrih mill-QKI f'Diċembru 2012. Wara li ġie rilaxxat mill-kustodja, ġie arrestat mill-awtoritajiet Olandiżi, u ressaq talba għall-asil fil-Pajjiżi l-Baxxi.

21.

Floribert Ngabu NJABU (psewdonimu: a) Floribert Njabu, b) Floribert Ndjabu, c) Floribert Ngabu Ndjabu)

Data ta' deżinjazzjoni min-NU:1 ta' Novembru 2005. Informazzjoni oħra: Taħt arrest domiċiljari f'Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment tal-FNI f'abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem. Trasferit fl-Aja fis-27 ta' Marzu 2011 biex jixhed fil-proċessi tal-QKI ta' Germain Katanga u Mathieu Ngudjolo. Applika għall-asil fil-Pajjiżi l-Baxxi f'Mejju 2011. F'Ottubru 2012, qorti Olandiża ċaħdet it-talba tiegħu għall-asil; il-każ bħalissa jinsab taħt appell.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

President ta' FNI, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Taħt arrest domiċiljari f'Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment tal-FNI f'abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem. Trasferit fl-Aja fis-27 ta' Marzu 2011 biex jixhed fil-proċessi tal-QKI ta' Germain Katanga u Mathieu Ngudjolo. Applika għall-asil fil-Pajjiżi l-Baxxi f'Mejju 2011. F'Ottubru 2012, qorti Olandiża ċaħdet it-talba tiegħu għall-asil; il-każ bħalissa jinsab taħt appell.

22.

Laurent NKUNDA (psewdonimu: a) Nkunda Mihigo Laurent, b) Laurent Nkunda Bwatare, c) Laurent Nkundabatware, d) Laurent Nkunda Mahoro Batware, e) Laurent Nkunda Batware, f) President, g) Ġeneral Nkunda, h) Papa Six)

Data tat-Twelid: a)6 ta' Frar 1967b)2 ta' Frar 1967. Post tat-Twelid: Katoyi, Kivu tat-Tramuntana, ir-RDK. Nazzjonalità: Kongoliż. Data ta' deżinjazzjoni min-NU:1 ta' Novembru 2005. Informazzjoni oħra: Kien il-Ġeneral tal-RCD-G. Fundatur, National Congress for the People's Defense, 2006; Uffiċjal Anzjan, Rally for Congolese Democracy-Goma (RCD-G), 1998 — 2006; Uffiċjal Rwandan Patriotic Front (RPF), 1992-1998. Laurent Nkunda ġie arrestat mill-awtoritajiet Rwandi fir-Rwanda f'Jannar 2009 u ġie sostitwit bħala l-kmandant tas-CNDP. Minn dakinhar, huwa qiegħed taħt detenzjoni domiċiljari f'Kigali, Rwanda. It-talba tal-gvern tar-RDK biex Nkunda jiġi estradizt għad-delitti li wettaq fir-RDK tal-Lvant, ġiet irrifjutata mir-Rwanda. Fl-2010, l-appell ta' Nkunda għal detenzjoni illegali ġie rifjutat mill-qorti tar-Rwanda f'Gisenyi, li ddeċidiet li l-kwisjoni għandha tiġi eżaminata minn qorti militari. L-avukati ta' Nkunda bdew proċedura mal-Qorti Militari tar-Rwanda. Għad għandu xi influwenza fuq ċerti elementi tas-CNDP.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ingħaqad ma' elementi oħra rinnegati ta' dak li qabel kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta' Bukavu bil-forza f'Mejju 2004. Irċieva armi barra l-FARDC bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għal 264 każ ta' reklutaġġ u użu tat-tfal minn truppi taħt il-kmand tiegħu fit-Tramuntana ta' Kivu mill-2002 sal-2009. Kien il-Ġeneral tal-RCD-G. Fundatur, National Congress for the People's Defense, 2006; Uffiċjal Anzjan, Rally for Congolese Democracy-Goma (RCD-G), 1998 — 2006; Uffiċjal Rwandan Patriotic Front (RPF), 1992-1998. Laurent Nkunda ġie arrestat mill-awtoritajiet Rwandi fir-Rwanda f'Jannar 2009 u ġie sostitwit bħala l-kmandant tas-CNDP. Minn dakinhar, huwa qiegħed taħt detenzjoni domiċiljari f'Kigali, Rwanda. It-talba tal-gvern tar-RDK biex Nkunda jiġi estradizt għad-delitti li wettaq fir-RDK tal-Lvant, ġiet irrifjutata mir-Rwanda. Fl-2010, l-appell ta' Nkunda għal detenzjoni illegali ġie rifjutat mill-qorti tar-Rwanda f'Gisenyi, li ddeċidiet li l-kwisjoni għandha tiġi eżaminata minn qorti militari. L-avukati ta' Nkunda bdew proċedura mal-Qorti Militari tar-Rwanda. Għad għandu xi influwenza fuq ċerti elementi tas-CNDP.

23.

Felicien NSANZUBUKIRE (psewdonimu: Fred Irakeza)

Deżinjazzjoni: Kap tal-ewwel battaljun tal-FDLR-FOCA, ibbażat fiż-żona Uvira-Sange tan-Nofsinhar ta' Kivu. Indirizz: Magunda, it-territorju ta' Mwenga, in-Nofsinhar ta' Kivu, ir-RDK (Minn Ġunju 2011). Data tat-Twelid: 1967. Post tat-Twelid: a) murama, Kigali, ir-Rwanda, b) Rubungo, Kigali, ir-Rwanda, c) Kinyinya, Kigali, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandi. Data ta' deżinjazzjoni min-NU:1 ta' Diċembru 2010. Informazzjoni oħra: Membru tal-FDLR mill-inqas mill-1994 u jopera fil-Lvant tar-RDK minn Ottubru 1998.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Felicien Nsanzubukire ssorvelja u kkoordina t-traffikar ta' munizzjon u armi bejn mill-inqas Novembru 2008 u April 2009 mir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, permezz tal-Lag Tanganyika, lejn unitajiet tal-FDLR ibbażati fiż-żoni Uvira u Fizi tan-Nofsinhar ta' Kivu. Kap tal-ewwel battaljun tal-FDLR-FOCA, ibbażat fiż-żona Uvira-Sange tan-Nofsinhar ta' Kivu. Membru tal-FDLR mill-inqas mill-1994 u jopera fil-Lvant tar-RDK minn Ottubru 1998.

24.

Pacifique NTAWUNGUKA (psewdonimu: a) Pacifique Ntawungula, b) Kurunell Omega, c) Nzeri, d) Israel)

Deżinjazzjoni: Kmandant, is-Settur Opeattiv tat-Tramuntana ta' Kivu ‘SONOKI’ tal-FDLR-FOCA. Indirizz: Matembe, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK (Minn Ġunju 2011). Data tat-Twelid: a) l-1 ta' Jannar 1964, b) Bejn wieħed u ieħor 1964. Post tat-Twelid: Gaseke, Provinċja ta' Gisenyi, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandi. Data ta' deżinjazzjoni min-NU:3 ta' Marzu 2009. Informazzjoni oħra: Irċieva taħriġ militari fl-Eġittu.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kmandant tal-Ewwel Diviżjoni tal-FOCA (fergħa armata tal-FDLR). Mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu qabel ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien lejn nofs jew fl-aħħar tal-adoloxxenza, qed tirrekluta bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riż. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Irċieva taħriġ militari fl-Eġittu.

25.

James NYAKUNI

Nazzjonalità: Ugandi. Data ta' deżinjazzjoni min-NU:1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sħab fil-kummerċ ma' Jerome Kakwavu, b'mod partikolari f'kuntrabandu fil-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda, inkluż kuntrabandu suspettat ta' armi u materjal militari fi trakkijiet li ma jiġux iċċekkjati. Ksur tal-embargo fuq l-armi u l-forniment ta' għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzja msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), inkluż appoġġ finanzjarju li jippermettilhom joperaw b'mod militari.

26.

Stanislas NZEYIMANA (psewdonimu: a) Deogratias bigaruka izabayo, b) Izabayo deo, c) Jules Mateso Mlamba, d) Bigaruka, e) Bigurura)

Deżinjazzjoni: Viċi kmandant tal-FDLR-FOCA. Indirizz: Mukobervwa, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK (Minn Ġunju 2011). Data tat-Twelid: a)1 ta' Jannar 1966, b)28 ta' Awwissu 1966, c) bejn wieħed u ieħor 1967. Post tat-Twelid: Mugusa, Butare, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandi. Data ta' deżinjazzjoni min-NU:3 ta' Marzu 2009.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Viċi Kmandant tal-FOCA (fergħa armata tal-FDLR). Mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu qabel ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien lejn nofs jew fl-aħħar tal-adoloxxenza, qed tirrekluta bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riż. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà.

27.

Dieudonné OZIA MAZIO (psewdonimu: a) Ozia Mazio, b) Omari, c) Mr Omari)

Data tat-Twelid:6 ta' Ġunju 1949. Post tat-Twelid: Ariwara, ir-RDK. Nazzjonalità: Kongoliż. Data ta' deżinjazzjoni min-NU:1 ta' Novembru 2005. Informazzjoni oħra: Waqt li kien president tal-Fédération des entreprises congolaises (FEC) fit-territorju ta' Aru, huwa mifhum li Dieudonné Ozia Mazio miet f'Ariwara fit-23 ta' Settembru 2008.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skemi finanzjarji ma' Jerome Kakwavu u l-FAPC u traffikar fil-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda, li ppermetta li provvisti u flus kontanti isiru disponibbli għal Kakwavu u t-truppi tiegħu. Ksur tal-embargo fuq l-armi, inkluż il-forniment ta' għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzja msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003). Waqt li kien president tal-Fédération des entreprises congolaises (FEC) fit-territorju ta' Aru, huwa mifhum li Dieudonné Ozia Mazio miet f'Ariwara fit-23 ta' Settembru 2008.

28.

Jean-Marie Lugerero RUNIGA (psewdonimu: Jean-Marie Rugerero)

Deżinjazzjoni: M23, President. Indirizz: Rubavu/Mudende, ir-Rwanda. Data tat-Twelid: a) Bejn wieħed u ieħor fl-1960, b)9 ta' Settembru 1966. Post tat-Twelid: Bukavu, ir-RDK. Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 31 ta' Diċembru 2012. Informazzjoni oħra: Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013, f'Gasizi/Rubavu.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Dokument tad-9 ta' Lulju 2012 iffirmat mill-mexxej tal-M23 Sultani Makenga ħatar lil Runiga bħala l-koordinatur tal-qasam politiku tal-M23. Skont id-dokument, il-ħatra ta' Runiga nħolqot minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-kawża tal-M23. Runiga huwa msemmi bħala l-'President' tal-M23 f'entrati fis-sit tal-Internet tal-grupp. Ir-rwol mexxej tiegħu huwa kkorraborat mir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, li jirriferi għal Runiga bħala l-'mexxej tal-M23'. Skont artikolu tat-13 ta' Diċembru 2012 tal-Associated Press, Runiga wera lill-Associated Press lista ta' talbiet li huwa qal ser jiġu ppreżentati lill-gvern tal-Kongo. Inklużi fit-talbiet huma r-riżenja ta' Kabila u x-xoljiment tal-assemblea nazzjonali. Runiga indika li jekk jingħata l-opportunità, l-M23 jista' jerġa' jieħu Goma. ‘U għall-mument mhux ser nirtiraw,’ qal Runiga lill-Associated Press. Huwa indika wkoll li l-fergħa politika tal-M23 għandha terġa' tieħu l-kontroll ta' Goma bħala prekondizzjoni għan-negozjati. ‘Naħseb li l-membri tagħna li qegħdin f'Kampala jirrappreżentawna. Fi żmien debitu, ser inkun hemm jien ukoll. Qed nistenna li jiġu organizzati l-affarijiet u meta Kabila jkun hemm, jien immur ukoll,’ qal Runiga. Skont artikolu tas-26 ta' Novembru 2012 f'Le Figaro, Runiga ltaqa' mal-President tar-RDK Kabila fl-24 ta' Novembru 2012 biex jibda diskussjonijiet. Separatament, f'intervista ma' Le Figaro, Runiga stqarr, ‘L-M23 huwa kompost primarjament minn ex-membri militari tal-FARDC li telqu biex jipprotestaw kontra n-nuqqas ta' osservanza tal-patti tat-23 ta' Marzu 2009.’ Huwa żied jgħid, ‘Is-suldati tal-M23 huma diżerturi mill-armata li telqu bl-armi tagħhom f'idejhom. Reċentement, aħna rkuprajna ħafna tagħmir minn bażi militari f'Bunagana. Għal issa, dan jippermettielna li kull jum nieħdu lura t-territorju u li nimbuttaw lura l-attakki kollha mill-FARDC. Ir-rivoluzzjoni tagħna hija Kongoliża, immexxjia mill-Kongoliżi, għall-poplu Kongoliż.’ Skont artikolu ta' Reuters tat-22 ta' Novembru 2012, Runiga stqarr li l-M23 kellu l-kapaċità li jżomm Goma wara li l-forzi tal-M23 ġew imsaħħa minn suldati Kongoliżi li rribellaw mill-FARDC: ‘L-ewwel nett għandna armata dixxiplinata, u għandna wkoll is-suldati tal-FARDC li ngħaqdu magħna. Dawn huma ħutna, ser jitħarrġu mill-ġdid u jiġu riabilitati, imbagħad ser naħdmu magħhom.’ Skont artikolu tas-27 ta' Novembru 2012 ippubblikat f'The Guardian, Runiga indika li l-M23 ser jirrifjuta li jobdi appell minn mexxejja reġjonali tal-Konferenza Internazzjonali tal-Lagi l-Kbar li jitilqu minn Goma sabiex iħejju t-triq għal taħdidiet ta' paċi. Minflok, Runiga stqarr li l-irtirar tal-M23 minn Goma jkun ir-riżultat, mhux prekondizzjoni, tan-negozjati. Skont ir-Rapport Finali tal-15 ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, Runiga mexxa delegazzjoni li marret Kampala, l-Uganda fid-29 ta' Lulju 2012 u ffinalizza l-aġenda ta' 21 punt tal-moviment tal-M23 qabel in-negozjati antiċipati fil-Konferenza Internazzjonali dwar ir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar. Skont artikolu tat-23 ta' Novembru 2012 tal-BBC, l-M23 ġie ffurmat meta ex-membri tas-CNDP li kienu ġew integrati fil-FARDC bdew jipprotestaw kontra kondizzjonijiet u pagi ħżiena, u n-nuqqas tal-implimentazzjoni sħiħa tal-patt ta' paċi tat-23 ta' Marzu 2009 bejn is-CNDP u r-RDK li wassal għall-integrazzjoni tas-CNDP fl-FARDC. L-M23 huwa impenjat f'operazzjonijiet militari attivi sabiex jieħu kontroll ta' territorju fil-Lvant tar-RDK, skont ir-rapport tal-IPIS ta' Novembru 2012. L-M23 u l-FARDC iġġieldu għall-kontroll ta' diversi bliet u rħula fil-Lvant tar-RDK fl-24 u l-25 ta' Lulju 2012; l-M23 attakka lill-FARDC f'Rumangabo fis-26 ta' Lulju 2012; l-M23 keċċew lill-FARDC minn Kibumba fis-17 ta' Novembru 2012; u l-M23 ħa l-kontroll ta' Goma fl-20 ta' Novembru 2012.Skont ir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, diversi ex-kombattenti tal-M23 jaffermaw li l-mexxejja tal-M23 qatlu b'mod sommarju għexieren ta' tfal li ppruvaw jaħarbu wara li ġew rekrutati bħala suldati tfal tal-M23. Skont rapport tal-11 ta' Settembru 2012 mill-Human Rights Watch (HRW), raġel mir-Rwanda, ta' 18-il sena, li ħarab wara li ġie reklutat bil-forza fir-Rwanda qal lill-HRW li huwa kien xhud tal-eżekuzzjoni ta' tifel ta' 16-il sena mill-unità tal-M23 tiegħu li kien ipprova jaħrab f'Ġunju. It-tifel inqabad u ssawwat sal-mewt mill-ġellieda tal-M23 quddiem ir-rekluti l-oħra. Il-kmandant tal-M23 li ordna l-qtil tiegħu mbagħad allegatament qal lir-rekluti l-oħra ‘[h]uwa ried jabbandunana,’ bħala spjegazzjoni għaliex it-tifel inqatel. Ir-rapport jiddikjara wkoll li x-xhieda affermaw li tal-inqas 33 rekluta ġdid u ġellieda oħra tal-M23 inqatlu b'mod sommarju meta ppruvaw jaħarbu. Uħud minnhom ġew marbutin u sparawlhom quddiem rekluti oħrajn bħala eżempju tal-kastig li jistgħu jirċievu. Rekluta żagħżugħ qal lill-HRW, ‘[m]eta konna fl-M23, qalu [li kellna għażla] u stajna nibqgħu magħhom jew stajna mmutu. Ħafna nies ippruvaw jaħarbu. Uħud instabu u mbagħad dik kienet immedjatament il-mewt tagħhom.’ Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013, f'Gasizi/Rubavu.

29.

Ntabo Ntaberi SHEKA

Deżinjazzjoni: Kap Kmandant, Nduma Defence of Congo, grupp Mayi Mayi Sheka. Data tat-Twelid: 4 ta' April 1976. Post tat-Twelid: Territorju ta' Walikale, ir-RDK. Nazzjonalità: Kongoliż. Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 28 ta' Novembru 2011.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ntabo Ntaberi Sheka, Kap Kmandant tal-fergħa politika tal-Mayi Mayi Sheka, huwa l-mexxej politiku tal-grupp armat Kongoliż li jimpedixxi d-diżarm, id-demobilizzazzjoni, jew ir-reintegrazzjoni tal-ġellieda. Il-Mayi Mayi Sheka huwa grupp ta' milizzja bbażat fil-Kongo li jopera minn bażijiet fit-territorju ta' Walikale fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Il-grupp Mayi Mayi Sheka wettaq attakki fuq minjieri fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, inkluż it-teħid tal-kontroll tal-minjieri ta' Bisiye u l-estorsjoni minn persuni tal-lokal. Ntabo Ntaberi Sheka wettaq ukoll ksur serju tal-liġi internazzjonali li jinvolvi li jiġu mmirati t-tfal. Ntabo Ntaberi Sheka ppjana u ordna sensiela ta' attakki fit-territorju ta' Walikale mit-30 ta' Lulju sat-2 ta' Awwissu 2010, biex jikkastiga l-popolazzjonijiet lokali akkużati li kkollaboraw mal-forzi tal-Gvern Kongoliż. Matul l-attakki, tfal ġew stuprati u maħtufin, soġġetti għal xogħol furzat u soġġetti għal trattament krudili, inuman jew degradanti. Il-grupp ta' milizzja Mayi Mayi Sheka wkoll jirrekluta bil-forza lis-subien u jżomm tfal fl-iskjeramenti tagħhom mill-attivitajiet ta' reklutaġġ.

30.

Bosco TAGANDA (psewdonimu: a) Bosco Ntaganda, b) Bosco Ntagenda, c) General Taganda, d) Lydia, e) Terminator, f) Tango Romeo (Sinjal ta' sejħa), g) Romeo (Sinjal ta' sejħa), h) Major)

Indirizz: Goma, ir-RDK (Minn Ġunju 2011). Data tat-Twelid: Bejn l-1973 u l-1974. Post tat-Twelid: Bigogwe, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Kongoliż. Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 1 ta' Novembru 2005. Informazzjoni oħra: Imwieled fir-Rwanda, meta kien għadu tifel huwa mar joqgħod f'Nyamitaba, fit-territorju ta' Masisi, it-Tramuntana ta' Kivu. Ġie maħtur Brigadier Ġenerali tal-FARDC permezz ta' Digriet Presidenzjali fil-11 ta' Diċembru 2004, wara l-ftehimiet ta' paċi ta' Ituri. Kien Kap tal-Persunal tas-CNDP u sar il-kmandant militari tas-CNDP minn mindu ġie arrestat Laurent Nkunda f'Jannar 2009. Minn Jannar 2009, Viċi Kmandant de facto tal-operazzjonijiet konsekuttivi kontra l-FDLR ‘Umoja Wetu’, ‘Kimia II’, u ‘Amani Leo’ fit-Tramuntana u n-Nofsinhar ta' Kivu. Daħal fir-Rwanda f'Marzu 2013, u ta ruħu volontarjament f'idejn l-uffiċjali tal-QKI f'Kigali fit-22 ta' Marzu. Ġie ttrasferit fil-QKI fl-Aja, fejn inqrawlu l-akkużi kontrih fi smigħ preliminari fis-26 ta' Marzu.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kmandant militari tal-UPC/L, li jeżerċita influwenza fuq linji ta' politika u jżomm il-kmand u l-kontroll fuq l-attivitajiet tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Huwa nħatar Ġeneral fil-FARDC f'Diċembru 2004 imma rrifjuta li jaċċetta l-promozzjoni, u għalhekk baqa' barra l-FARDC. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f'Ituri fl-2002 u l-2003, u kellu responsabbiltà diretta u/jew ta' kmand f'155 każ ta' reklutaġġ u użu tat-tfal fit-Tramuntana ta' Kivu mill-2002 sal-2009. Bħala Kap tal-Persunal tas-CNDP, kellu responsabbiltà diretta u ta' kmand għall-massakru f'Kiwanja (Novembru 2008). Imwieled fir-Rwanda, meta kien għadu tifel huwa mar joqgħod f'Nyamitaba, fit-territorju ta' Masisi, it-Tramuntana ta' Kivu. Minn Ġunju 2011, huwa jgħix f'Goma u huwa s-sid ta' azjendi agrikoli kbar fiż-żona ta' Ngungu, fit-territorju ta' Masisi, it-Tramuntana ta' Kivu. Ġie maħtur Brigadier Ġenerali tal-FARDC permezz ta' Digriet Presidenzjali fil-11 ta' Diċembru 2004, wara l-ftehimiet ta' paċi ta' Ituri. Kien Kap tal-Persunal tas-CNDP u sar il-kmandant militari tas-CNDP minn mindu ġie arrestat Laurent Nkunda f'Jannar 2009. Minn Jannar 2009, Viċi Kmandant de facto tal-operazzjonijiet konsekuttivi kontra l-FDLR ‘Umoja Wetu’, ‘Kimia II’, u ‘Amani Leo’ fit-Tramuntana u n-Nofsinhar ta' Kivu. Daħal fir-Rwanda f'Marzu 2013, u ta ruħu volontarjament f'idejn l-uffiċjali tal-QKI f'Kigali fit-22 ta' Marzu. Ġie ttrasferit fil-QKI fl-Aja, fejn inqrawlu l-akkużi kontrih fi smigħ preliminari fis-26 ta' Marzu.

31.

Innocent ZIMURINDA (psewdonimu: Zimulinda)

Deżinjazzjoni: a) M23, Bde Comd, Grad: Kurunell, b) Kurunell fl-FARDC. Indirizz: Rubavu, Mudende. Data tat-Twelid: a)1 ta' Settembru 1972, b) Bejn wieħed u ieħor fl-1975, c)16 ta' Marzu 1972. Post tat-Twelid: a) Ngungu, fit-territorju ta' Masisi, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK, b) Masisi, ir-RDK. Nazzjonalità: Kongoliż. Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 1 ta' Diċembru 2010. Informazzjoni oħra: Ġie integrat fl-FARDC fl-2009 bħala Logutenent Kurunell, kmandant tal-brigata Kimia II Ops tal-FARDC, ibbażata fiż-żona ta' Ngungu. F'Lulju 2009, Zimurinda ġie promoss għal Kurunell u sar kmandant tas-Settur tal-FARDC f'Ngungu u sussegwentement f'Kitchanga fl-Operazzjonijiet FARDC Kimia II u Amani Leo. Waqt li Zimurinda ma deherx fl-ordinanza presidenzjali tar-RDK fil-31 ta' Diċembru 2010 fejn inħatru uffiċjali għolja tal-FARDC, Zimurinda de facto żamm il-pożizzjoni ta' kmand tiegħu tat-22 settur tal-FARDC f'Kitchanga u jżomm il-kariga u jilbes l-uniformi li ħarġet ġdida tal-FARDC. Huwa jibqa' leali għal Bosco Ntaganda. F'Diċembru 2010, attivitajiet ta' reklutaġġ li twettqu minn elementi taħt il-kmand ta' Zimurinda ġew iddenunzjati f'rapporti ta' sorsi miftuħa. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013, f'Gasizi/Rubavu.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skont diversi sorsi, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda, fil-kapaċità tiegħu bħala wieħed mill-kmandanti tal-231 Brigata tal-FARDC, ta ordnijiet li rriżultaw fil-massakru ta' aktar minn 100 rifuġjat Rwandi, il-biċċa l-kbira nisa u tfal, waqt operazzjoni militari fiż-żona ta' Shalio f'April 2009. Il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK irrapporta li xhieda kienu raw b'għajnejhom stess lil-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda jirrifjuta li jeħles lil tlitt itfal mill-kmand tiegħu f'Kahlehe, fid-29 ta' Awwissu 2009. Skont bosta sorsi, qabel l-integrazzjoni tas-CNDP fil-FARDC, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda, f'Novembru 2008 pparteċipa f'operazzjoni tas-CNDP li rriżultat fil-massakru ta' 89 pajżan, inklużi nisa u tfal, fir-reġjun ta' Kiwanja. F'Marzu 2010, 51 grupp għad-drittijiet tal-bniedem li kienu qed jaħdmu fil-Lvant tar-RDK allegaw li Zimurinda kien responsabbli għal diversi abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem li kienu jinvolvu l-qtil ta' għadd kbir ta' pajżana, inklużi nisa u tfal, bejn Frar 2007 u Awwissu 2007. Fl-istess ilment, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda ġie akkużat li kien responsabbli għall-istupru ta' għadd kbir ta' nisa u bniet. Skont dikjarazzjoni tal-21 ta' Mejju 2010 mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għat-Tfal u l-Konflitt Armat, Innocent Zimurinda kien involut fl-eżekuzzjoni arbitrarja ta' suldati tfal, inkluż matul l-operazzjoni Kimia II. Skont l-istess dikjarazzjoni, huwa ċaħad l-aċċess lill-Missjoni tan-NU fir-RDK (MONUC) biex jiċċekkjaw it-truppi għal minorenni. Skont il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK, il-Logutenent Kurunell Zimurinda għandu responsabbiltà diretta u ta' kmand għar-reklutaġġ ta' tfal u għaż-żamma ta' tfal fi truppi taħt il-kmand tiegħu. Ġie integrat fl-FARDC fl-2009 bħala Logutenent Kurunell, kmandant tal-brigata Kimia II Ops tal-FARDC, ibbażata fiż-żona ta' Ngungu. F'Lulju 2009, Zimurinda ġie promoss għal Kurunell u sar kmandant tas-Settur tal-FARDC f'Ngungu u sussegwentement f'Kitchanga fl-Operazzjonijiet FARDC Kimia II u Amani Leo. Waqt li Zimurinda ma deherx fl-ordinanza presidenzjali tar-RDK fil-31 ta' Diċembru 2010 fejn inħatru uffiċjali għolja tal-FARDC, Zimurinda de facto żamm il-pożizzjoni ta' kmand tiegħu tat-22 settur tal-FARDC f'Kitchanga u jżomm il-kariga u jilbes l-uniformi li ħarġet ġdida tal-FARDC. Huwa jibqa' leali għal Bosco Ntaganda. F'Diċembru 2010, attivitajiet ta' reklutaġġ li twettqu minn elementi taħt il-kmand ta' Zimurinda ġew iddenunzjati f'rapporti ta' sorsi miftuħa. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013, f'Gasizi/Rubavu.

(b)

Lista ta' entitajiet imsemmija fl-Artikoli 3, 4, u 5.

1.

ADF (psewdonimu: a) Forces Democratiques Alliees-Armee Nationale de Liberation de l'Ouganda, b) ADF/NALU, c) Alleanza Iżlamika tal-Forzi Demokratiċi)

Indirizz: Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu, Repubblika Demokratika tal-Kongo. Data tad-deżinjazzjoni tan-NU:30 ta' Ġunju 2014.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Il-Forzi Demokratiċi Alleati (‘ADF’) inħolqot fl-1995 u tinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda. Skont ir-rapport finali tal-Grupp ta' Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (‘GOE’), hekk kif jikkwota lill-uffiċjali tal-Uganda u s-sorsi tan-NU, fl-2013 l-ADF kellhom saħħa stmata ta' bejn 1 200 sa 1 500 ġellied armat li jinsabu fit-territorju tal-Grigal ta' Beni tal-provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu, qrib il-fruntiera mal-Uganda. Dawn l-istess sorsi jistmaw is-sħubija totali tal-ADF — inklużi n-nisa u t-tfal — għal bejn 1 600 u 2 500. Minħabba l-operazzjonijiet militari offensivi mill-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) u l-Missjoni tal-Organizzazzjoni għall-Istabilizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-RDK (MONUSCO) li saru fl-2013 u fl-2014, l-ADF ferrex il-ġellieda tiegħu f'bosta bażijiet iżgħar, u ċaqlaq lin-nisa u t-tfal għal żoni fil-Punent ta' Beni, u mal-fruntiera bejn Ituri u t-Tramuntana ta' Kivu. Il-kmandant militari tal-ADF huwa Hood Lukwago u l-kap suprem tiegħu huwa l-individwu li ġie milqut mis-sanzjonijiet Jamil Mukulu.

L-ADF wettaq ksur serju tal-liġi internazzjonali u l-UNSCR 2078 (2012), inkluż kif dettaljat hawn taħt.

L-ADF irrekluta u uża suldati tfal bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli (il-paragrafu 4(d) tal-UNSCR)

Ir-rapport finali tal-2013 tal-GOE iddikjara li l-GOE għamel intervista lil tliet ex-ġellieda tal-ADF li kienu ħarbu matul l-2013 u li ddeskrivew kif dawk li jirreklutaw mill-ADF fl-Uganda jattiraw lin-nies lejn ir-RDK b'wegħdiet foloz ta' impjieg (għall-adulti) u edukazzjoni b'xejn (għat-tfal) u mbagħad iġegħluhom jingħaqdu mal-ADF. Skont ir-rapport tal-GOE ukoll, ex-ġellieda tal-ADF qalu lill-GOE li l-gruppi ta' taħriġ tal-ADF tipikament jinkludu rġiel adulti u subien u żewġ subien li ħarbu mill-ADF fl-2013 qalu lill-GOE li huma kienu rċevew taħriġ militari mill-ADF. Ir-rapport tal-GOE jinkludi wkoll rakkont tat-taħriġ tal-ADF minn ‘ex-suldat tifel tal-ADF’.

Skont ir-rapport finali tal-2012 tal-GOE, ir-rekluti tal-ADF jinkludu tfal, kif intwera mill-każ tal-persuna li tirrekluta tal-ADF li nqabad mill-awtoritajiet tal-Uganda f'Kasese ma' sitt subien fi triqtu lejn ir-RDK f'Lulju 2012.

Eżempju speċifiku tar-reklutaġġ tal-ADF u l-użu tat-tfal jidher f'ittra tas-6 ta' Jannar 2009 mill-Ex-Direttur tal-Afrika tal-Human Rights Watch, Georgette Gagnon, lill-Ex-Ministru tal-Ġustizzja tal-Uganda, Kiddhu Makubuyu, li tgħid li tifel bl-isem ta' Bushobozi Irumba ġie sekwestrat fl-età ta' disa' snin mill-ADF fl-2000. Huwa kellu jipprovdi trasport u servizzi oħra lil ġellieda tal-ADF.

Barra minn hekk, ‘The Africa Report’ ikkwotat allegazzjonijiet li l-ADF allegatament qed jirrekluta tfal mill-età żgħira ta' għaxar snin bħala suldati tfal u kelliem tal-Uganda People's Defence Force (UPDF) ġie kkwotat li ddikjara li l-UPDF salva 30 tifel minn kamp ta' taħriġ f'Buvuma Island f'Lake Victoria.

L-ADF wettaq ukoll għadd kbir ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u tad-dritt umanitarju internazzjonali kontra nisa u tfal, inkluż il-qtil, il-mankament u l-vjolenza sesswali (il-paragrafu 4(e) tal-UNSCR).

Skont ir-rapport finali tal-2013 tal-GOE, fl-2013 l-ADF attakka għadd kbir ta' rħula, li wassal biex aktar minn 66 000 persuna ħarbet lejn l-Uganda. Dawn l-attakki naqqsu l-popolazzjoni ta' żona kbira, li minn dak iż-żmien l-ADF qed jikkontrolla billi jaħtaf jew joqtol persuni li jirritornaw fl-irħula tagħhom. Bejn Lulju u Settembru 2013, l-ADF qata' ras mill-inqas ħames persuni fiż-żona ta' Kamango, spara lil ħafna oħrajn, u ssekwestra għexieren oħra. Dawn l-azzjonijiet itterrorizzaw lill-popolazzjoni lokali u żamm lin-nies lura milli jirritornaw lejn darhom.

Il-Global Horizontal Note, mekkaniżmu ta' monitoraġġ u rappurtar ta' ksur serju kontra t-tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat — irrapporta lill-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar it-Tfal u l-Konflitti Armati (CAAC) li matul il-perijodu ta' rappurtar minn Ottubru sa Diċembru 2013, l-ADF kien responsabbli għal 14 mit-18-il persuna maqtula ddokumentati, inkluż f'inċident fil-11 ta' Diċembru 2013, fit-territorju Beni, it-Tramuntana ta' Kivu, meta l-ADF attakka il-villaġġ ta' Musuku, fejn qatel 23 persuna, inkluż 11-il tifel u tifla (tlett ibniet u tmien subien), ta' età bejn ix-xahrejn u s-17-il sena. Il-vittmi kollha kienu ġew mutilati b'mod sever bil-machetes, inklużi żewġt itfal li ssalvaw mill-attakk.

Ir-Rapport ta' Marzu 2014 tas-Segretarju Ġenerali dwar Vjolenza Sesswali Relatata ma' Konlitt jidentifika lill-‘Allied Democratic Forces — National Army for the Liberation of Uganda’ fuq il-lista tiegħu ta' ‘Partijiet issuspettati b'mod kredibbli li wettqu jew li kienu responsabbli għal stupru jew forom oħra ta' vjolenza sesswali f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat.’

L-ADF ipparteċipa wkoll f'attakki kontra forzi taż-żamma tal-paċi tal-MONUSCO (il-paragrafu 4(i) tal-UNSCR).

Fl-aħħar nett, il-Missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO) irrappurtat li l-ADF wettaq mill-inqas żewġ attakki fuq il-forzi taż-żamma tal-paċi tal-MONUSCO. L-ewwel wieħed, fl-14 ta' Lulju 2013, kien attakk fuq pattulja tal-MONUSCO fit-triq bejn Mbau u Kamango. Dettalji dwar dan l-attakk jinsabu fir-rapport finali tal-2013 tal-GOE. It-tieni attakk seħħ fit-3 ta' Marzu 2014. Vettura tal-MONUSCO ġiet attakkata bil-granati għaxar kilometri mill-ajruport Mavivi f'Beni, li rriżulta fit-tidrib ta' ħames membri tal-forzi taż-żamma tal-paċi.

2.

BUTEMBO AIRLINES (BAL)

Indirizz: Butembo, ir-RDK. Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 29 ta' Marzu 2007. Informazzjoni oħra: Kumpannija tal-ajru privata, topera minn Butembo. Minn Diċembru 2008, il-BAL ma għadx għandha liċenzja biex topera inġenji tal-ajru fir-RDK.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kisoni Kambale (miet fil-5 ta' Lulju 2007 u sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta' April 2008) uża l-kumpannija tal-ajru tiegħu biex jittrasporta deheb tal-FNI, razzjonijiet u armi bejn Mongbwalu u Butembo. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta' għajnuna’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija tal-ajru privata, topera minn Butembo. Minn Diċembru 2008, il-BAL ma għadx għandha liċenzja biex topera inġenji tal-ajru fir-RDK.

3.

COMPAGNIE AERIENNE DES GRANDS LACS (CAGL); GREAT LAKES BUSINESS COMPANY (GLBC) (psewdonimu: (CAGL)

Indirizz: a) Avenue Président Mobutu, Goma, ir-RDK, b) Gisenyi, ir-Rwanda, c)PO BOX 315, Goma, ir-RDK. Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 29 ta' Marzu 2007. Informazzjoni oħra: Minn Diċembru 2008, GLBC ma kienx baqagħlha inġenji tal-ajru operattivi, għalkemm diversi inġenji tal-ajru komplew itiru fl-2008 minkejja sanzjonijiet tan-NU.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

CAGL u GLBC huma kumpanniji li huma l-proprjetà ta' Douglas MPAMO, individwu li huwa diġà soġġett għal sanzjonijiet skont ir-Riżoluzzjoni 1596 (2005). CAGL u GLBC intużaw għat-trasport ta' armi u munizzjon bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Minn Diċembru 2008, GLBC ma kienx baqagħlha inġenji tal-ajru operattivi, għalkemm diversi inġenji tal-ajru komplew itiru fl-2008 minkejja sanzjonijiet tan-NU.

4.

CONGOMET TRADING HOUSE

Indirizz: Butembo, it-Tramuntana ta' Kivu. Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 29 ta' Marzu 2007. Informazzjoni oħra: M'għadhiex teżisti bħala kumpannija tan-negozju tad-deheb f'Butembo, it-Tramuntana ta' Kivu.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Congomet Trading House (li preċedentement kienet imniżżla fil-lista bħala Congocom) kienet proprjetà ta' Kisoni Kambale (li miet fil-5 ta' Lulju 2007 u li sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta' April 2008). Kambale kiseb kważi l-produzzjoni kollha tad-deheb fid-distrett ta' Mongbwalu, li kien ikkontrollat mill-FNI. L-FNI kiseb dħul sostanzjali mit-taxxi imposti fuq din il-produzzjoni. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta' għajnuna’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). M'għadhiex teżisti bħala kumpannija tan-negozju tad-deheb f'Butembo, it-Tramuntana ta' Kivu.

5.

FORCES DEMOCRATIQUES DE LIBERATION DU RWANDA (FDLR) (psewdonimu: a) FDLR, b) Force Combattante Abacunguzi, c) Combatant Force for the Liberation of Rwanda, d) FOCA)

Indirizz: a) it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK b) in-Nofsinhar ta' Kivu, ir-RDK. Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 31 ta' Diċembru 2012. Informazzjoni oħra: Posta elettronika: Fdlr@fmx.de; fldrrse@yahoo.fr; fdlr@gmx.net.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

L-FDLR huwa wieħed mill-akbar gruppi armati barranin li joperaw fit-territorju tar-RDK. Il-grupp ġie ffurmat fl-2000, u wettaq ksur serju tad-dritt internazzjonali li jinvolvi li jiġu mmirati nisa u tfal f'konflitt armat, inkluż il-qtil, l-immankar, il-vjolenza sesswali u l-ispostament furzat. Skont rapport tal-2010 minn Amnesty International, il-FDLR kienu responsabbli għall-qtil ta' sitta u disgħin persuna ċivili f'Busurguni, fit-territorju ta' Walikale. Uħud mill-vittmi ġew maħruqin ħajjin f'darhom. Skont l-istess sors, f'Ġunju 2010, ċentru mediku ta' NGO irrapporta madwar sittin każ fix-xahar ta' tfajliet u nisa li kienu ġew stuprati fin-nofsinhar tat-territorju ta' Lubero, fit-Tramuntana ta' Kivu minn gruppi armati inkluż l-FDLR. Skont rapport tal-20 ta' Diċembru 2010 mill-Human Rights Watch (HRW), kien hemm evidenza dokumentata li l-FDLR attivament kienu qed jirreklutaw it-tfal. Il-HRW identifika tal-inqas 83 tifel Kongoliż taħt l-età ta' 18-il sena, uħud fl-età żgħira ta' 14-il sena, li ġew reklutati bil-forza mill-FDLR. F'Jannar tal-2012, l-HRW irrapporta li kombattenti tal-FDLR attakkaw għadd kbir ta' rħula fit-territorju ta' Masisi, u qatlu sitt persuni ċivili, stupraw żewġ nisa, u ħatfu tal-inqas 48 persuna. Skont rapport ta' Ġunju 2012 mill-HRW, f'Mejju 2012 ġellieda tal-FDLR attakkaw persuni ċivili f'Kamananga u Lumenje, fil-provinċja tan-Nofsinhar ta' Kivu, kif ukoll f'Chambucha, territorju ta' Walikale, u rħula fiż-żona ta' Ufumandu tat-territorju ta' Masisi, provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu. F'dawn l-attakki, ġellieda tal-FDLR b'machetes u skieken qattgħu għall-mewt għexieren ta' persuni ċivili, inklużi ħafna tfal. Skont ir-Rapport ta' Ġunju 2012 tal-Grupp ta' Esperti, l-FDLR attakka diversi rħula fin-Nofsinhar ta' Kivu mill-31 ta' Diċembru 2011 sal-4 ta' Jannar 2012. Investigazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kkonfermat li tal-inqas 33 persuna, inklużi 9 itfal u 6 nisa, kienu nqatlu, jew maħruqin ħajjin, dekapitati jew billi sparawlhom matul l-attakk. Barra minn hekk, ġew stuprati mara u tifla. Ir-Rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Ġunju 2012 jistqarr ukoll li investigazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kkonfermat li l-FDLR immassakra tal-inqas 14-il persuna ċivili, inklużi 5 nisa u 5 itfal fin-Nofsinhar ta' Kivu f'Mejju 2012. Skont ir-rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Novembru 2012, in-NU iddokumenta tal-inqas 106 inċident ta' vjolenza sesswali mwettaq mill-FDLR bejn Diċembru 2011 u Settembru 2012. Ir-rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Novembru 2012 jinnota li, skont investigazzjoni tan-NU, l-FDLR stupra seba' nisa fil-lejl tal-10 ta' Marzu 2012, inkluża minorenni, f'Kalinganya, fit-territorju ta' Kabare. L-FDLR reġa' attakka r-raħal fl-10 ta' April 2012 u stupra tlieta min-nisa għat-tieni darba. Ir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti jirrapporta wkoll il-qtil ta' 11-il persuna mill-FDLR f'Bushibwambombo, Kalehe fis-6 ta' April 2012, u l-involviment tal-FDLR fil-qtil ta' 19-il persuna oħra fit-territorju Masisi, inklużi ħames minorenni u sitt nisa, f'Mejju. Il-Mouvement Du 23 Mars (M23) huwa grupp armat li jopera fir-RDK li rċieva armi u materjal relatat, inkluż konsulenza, taħriġ u assistenza relatata ma' attivitajiet militari.Diversi testimonjanzi ta' xhieda jiddikjaraw li l-M23 jirċievi fornimenti militari ġenerali mir-Rwandan Defense Forces (RDF) fil-forma ta' armi u munizzjon barra minn appoġġ materjali għal operazzjonijiet ta' ġlied. L-M23 kien kompliċi u responsabbli għat-twettiq ta' ksur serju tad-dritt internazzjonali li jinvolvi li jiġu mmirati nisa u tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat fir-RDK, inkluż il-qtil u l-immankar, il-vjolenza sesswali, is-sekwestru, u l-ispostament furzat. Skont għadd kbir ta' rapporti, investigazzjonijiet, u testimonjanzi minn xhieda, l-M23 kien responsabbli għat-twettiq ta' massakri ta' persuni ċivili, kif ukoll għall-istupru ta' nisa u tfal f'diversi reġjuni fir-RDK. Diversi rapporti jindikaw li ġellieda tal-M23 wettqu 46 stupru ta' nisa u bniet, li l-iżgħar fosthom kellha 8 snin. Barra mir-rapporti ta' vjolenza sesswali, l-M23 wettaq ukoll kampanji estensivi ta' reklutaġġ furzat ta' tfal fi ħdan il-grupp. Huwa stmat li minn Lulju 2012, fit-territorju ta' Rutshuru fil-Lvant tar-RDK biss, l-M23 wettaq ir-reklutaġġ furzat ta' 146 żagħżugħ u tifel. Uħud mill-vittmi kellhom biss 15-il sena. L-atroċitajiet imwettqin mill-M23 kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, kif ukoll il-kampanja ta' reklutaġġ furzat tal-M23, u l-fatt li dan irċieva armi u assistenza militari kkontribwixxa b'mod drammatiku għall-instabbiltà u l-kunflitt fir-reġjun u f'xi każi, kisru d-dritt internazzjonali.

6.

M23

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU:31 ta' Diċembru 2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Il-Mouvement Du 23 Mars (M23) huwa grupp armat li jopera fir-RDK li rċieva armi u materjal relatat, inkluż konsulenza, taħriġ u assistenza relatata ma' attivitajiet militari. Diversi testimonjanzi ta' xhieda jiddikjaraw li l-M23 jirċievi fornimenti militari ġenerali mir-Rwandan Defense Forces (RDF) fil-forma ta' armi u munizzjon barra minn appoġġ materjali għal operazzjonijiet ta' ġlied. L-M23 kien kompliċi u responsabbli għat-twettiq ta' ksur serju tad-dritt internazzjonali li jinvolvi li jiġu mmirati nisa u tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat fir-RDK, inkluż il-qtil u l-immankar, il-vjolenza sesswali, is-sekwestru, u l-ispostament furzat. Skont għadd kbir ta' rapporti, investigazzjonijiet, u testimonjanzi minn xhieda, l-M23 kien responsabbli għat-twettiq ta' massakri ta' persuni ċivili, kif ukoll għall-istupru ta' nisa u tfal f'diversi reġjuni fir-RDK. Diversi rapporti jindikaw li ġellieda tal-M23 wettqu 46 stupru ta' nisa u bniet, li l-iżgħar fosthom kellha 8 snin. Barra mir-rapporti ta' vjolenza sesswali, l-M23 wettaq ukoll kampanji estensivi ta' reklutaġġ furzat ta' tfal fi ħdan il-grupp. Huwa stmat li minn Lulju 2012, fit-territorju ta' Rutshuru fil-Lvant tar-RDK biss, l-M23 wettaq ir-reklutaġġ furzat ta' 146 żagħżugħ u tifel. Uħud mill-vittmi kellhom biss 15-il sena. L-atroċitajiet imwettqin mill-M23 kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, kif ukoll il-kampanja ta' reklutaġġ furzat tal-M23, u l-fatt li dan irċieva armi u assistenza militari kkontribwixxa b'mod drammatiku għall-instabbiltà u l-kunflitt fir-reġjun u f'xi każi, kisru d-dritt internazzjonali.

7.

MACHANGA LTD

Indirizz: Kampala, l-Uganda. Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 29 ta' Marzu 2007. Informazzjoni oħra: Kumpannija li tesporta d-deheb (Diretturi: is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya). Fl-2010, assi li jappartjenu għal Machanga, miżmuma fil-kont tal-Emirates Gold, ġew iffriżati mill-Bank of Nova Scotia Mocatta (UK). Il-proprjetarju preċedenti ta' Machanga, Rajendra Kumar, u ħuh Vipul Kumar, baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

MACHANGA xtrat id-deheb permezz ta' relazzjoni kummerċjali regolari ma' kummerċjanti fir-RDK li kienu konnessi mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta' għajnuna’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija li tesporta d-deheb (Diretturi: is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya). Fl-2010, assi li jappartjenu għal Machanga, miżmuma fil-kont tal-Emirates Gold, ġew iffriżati mill-Bank of Nova Scotia Mocatta (UK). Il-proprjetarju preċedenti ta' Machanga, Rajendra Kumar, u ħuh Vipul Kumar, baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK.

8.

TOUS POUR LA PAIX ET LE DEVELOPPEMENT (NGO) (psewdonimu: TPD)

Indirizz: Goma, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK. Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 1 ta' Novembru 2005. Informazzjoni oħra: Goma, b'kumitati provinċjali fin-Nofsinhar ta' Kivu, f'Kasai Oċċidentali, Kasai Orjentali u Maniema. Uffiċjalment waqqfu l-attivitajiet kollha mill-2008. Fil-prattika, minn Ġunju 2011 l-uffiċċji tat-TPD huma miftuħa u involuti f'każijiet relatati mar-ritorn ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP), inizjattivi ta' rikonċiljazzjoni tal-komunità, soluzzjonijiet ta' konflitti dwar artijiet, eċċ. Il-President tat-TPD huwa Eugene Serufuli u l-Viċi President huwa Saverina Karomba. Membri importanti jinkludu d-deputati provinċjali tat-Tramuntana ta' Kivu Robert Seninga u Bertin Kirivita.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Implikata fil-ksur tal-embargo fuq l-armi billi provdiet għajnuna lill-RCD-G, b'mod partikolari billi forniet trakkijiet għat-trasport tal-armi u t-truppi, kif ukoll billi ttrasportat armi għad-distribuzzjoni lil partijiet tal-popolazzjoni f'Masisi u Rutshuru, fit-Tramuntana ta' Kivu, fil-bidu tal-2005. Goma, b'kumitati provinċjali fin-Nofsinhar ta' Kivu, f'Kasai Oċċidentali, Kasai Orjentali u Maniema. Uffiċjalment waqqfu l-attivitajiet kollha mill-2008. Fil-prattika, minn Ġunju 2011 l-uffiċċji tat-TPD huma miftuħa u involuti f'każijiet relatati mar-ritorn ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP), inizjattivi ta' rikonċiljazzjoni tal-komunità, soluzzjonijiet ta' konflitti dwar artijiet, eċċ. Il-President tat-TPD huwa Eugene Serufuli u l-Viċi President huwa Saverina Karomba. Membri importanti jinkludu d-deputati provinċjali tat-Tramuntana ta' Kivu Robert Seninga u Bertin Kirivita.

9.

UGANDA COMMERCIAL IMPEX (UCI) LTD

Indirizz: a)Kajoka Street, Kisemente, Kampala, Uganda (Tel. +256 41 533 578/9), b)PO BOX 22709, Kampala, Uganda. Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 29 ta' Marzu 2007. Informazzjoni oħra: Kumpannija li tesporta d-deheb. (Ex Diretturi s-Sur J.V. LODHIA — magħruf bħala ‘Chuni’- u ibnu s-Sur Kunal LODHIA). F'Jannar 2011, l-awtoritajiet tal-Uganda nnotifikaw lill-Kumitat li wara eżenzjoni fuq il-holdings finanzjarji tagħha, l-Emirates Gold ħallset lura d-dejn tal-UCI lil Crane Bank f'Kampala, li wassal biex il-kontijiet tagħha ingħalqu. Il-proprjetarju preċedenti ta' UCI, J.V. Lodhia u ibnu Kumal Lodhia, baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

UCI xtrat id-deheb permezz ta' relazzjoni kummerċjali regolari ma' kummerċjanti fir-RDK li kienu konnessi mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta' għajnuna’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija li tesporta d-deheb. (Ex Diretturi s-Sur J.V. LODHIA — magħruf bħala ‘Chuni’- u ibnu s-Sur Kunal LODHIA). F'Jannar 2011, l-awtoritajiet tal-Uganda nnotifikaw lill-Kumitat li wara eżenzjoni fuq il-holdings finanzjarji tagħha, l-Emirates Gold ħallset lura d-dejn tal-UCI lil Crane Bank f'Kampala, li wassal biex il-kontijiet tagħha ingħalqu. Il-proprjetarju preċedenti ta' UCI, J.V. Lodhia u ibnu Kumal Lodhia, baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK.”


Top