This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0847
2014/847/EU, Euratom: Commission Implementing Decision of 26 November 2014 amending Decision 90/176/Euratom, EEC authorizing France not to take into account certain categories of transactions and to use certain approximate estimates for the calculation of the VAT own resources base (notified under document C(2014) 8928)
2014/847/UE, Euratom: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta' Novembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 90/176/Euratom, KEE li tawtorizza lil Franza biex ma tikkunsidrax ċerti kategoriji ta' tranżazzjonijiet u biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (notifikata bid-dokument C(2014) 8928)
2014/847/UE, Euratom: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta' Novembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 90/176/Euratom, KEE li tawtorizza lil Franza biex ma tikkunsidrax ċerti kategoriji ta' tranżazzjonijiet u biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (notifikata bid-dokument C(2014) 8928)
ĠU L 343, 28.11.2014, pp. 39–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
28/11/2014
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 31990D0176 | Żieda | artikolu 2 BI | ||
| Modifies | 31990D0176 | Żieda | artikolu 2 TR |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32014D0847R(01) | (HR, BG, CS, DA, DE, EL, EN, ES, ET, FI, FR, HU, IT, LT, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, SV) |
|
28.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 343/39 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta' Novembru 2014
li temenda d-Deċiżjoni 90/176/Euratom, KEE li tawtorizza lil Franza biex ma tikkunsidrax ċerti kategoriji ta' tranżazzjonijiet u biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT
(notifikata bid-dokument C(2014) 8928)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(2014/847/UE, Euratom)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b'mod partikulari it-tieni inċiż tal-Artikolu 6(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 371 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), Franza tista' tkompli teżenta t-transazzjonijiet imsemmija fl-Anness X, il-Parti B ta' dik id-Direttiva, jekk hija kienet qed tagħti eżenzjoni lil dawk it-tranżazzjonijiet fl-1 ta' Jannar 1978; dawk it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT. |
|
(2) |
Fir-risposta tagħha tat-30 ta' April 2014 għall-ittra tas-26 ta' Frar 2014 tal-Kummissjoni dwar is-simplifikazzjoni ta' spezzjonijiet tar-riżorsi proprji tal-VAT (3), Franza talbet awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni biex tuża perċentwali fissi tal-bażi intermedja għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punti 2 u 10 tal-Anness X, il-Parti B tad-Direttiva 2006/112/KE għas-snin finanzjarji 2014 sa 2020. Franza wriet li l-persentaġġ storiku baqa' stabbli maż-żmien. Franza għandha għalhekk tingħata awtorizzazzjoni biex tikkalkula l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT billi tuża perċentwali fissi skont l-ittra mibgħuta mill-Kummissjoni. |
|
(3) |
Għall-finijiet ta' trasparenza u ċertezza ġuridika, hu xieraq li jkun hemm limitu ta' żmien għall-applikabilità tal-awtorizzazzjoni. |
|
(4) |
Huwa għalhekk xieraq li tkun emendata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/176/Euratom KEE (4) skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fid-Deċiżjoni 90/176/Euratom, KEE jiddaħħlu l-Artikoli 2a u 2b li ġejjin:
“Artikolu 2a
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2(2) ta' din id-Deċiżjoni, għall-fini tal-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, Franza hija awtorizzata li tuża 0,004 % tal-bażi intermedja fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 2 tal-Anness X, il-Parti B, (professjonijiet liberi) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (*1).
Artikolu 2b
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2(4) ta' din id-Deċiżjoni, għall-fini tal-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, Franza hija awtorizzata li tuża 0.11 % tal-bażi intermedja fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 10 tal-Anness X, il-Parti B, (trasport tal-passiġġieri) tad-Direttiva 2006/112/KE.
(*1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).” "
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Kristalina GEORGIEVA
Viċi President
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(3) Ares(2014)507744.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/176/Euratom, KEE tat-23 ta' Marzu 1990 li tawtorizza lil Franza biex ma tikkunsidrax ċerti kategoriji ta' tranżazzjonijiet u biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (ĠU L 99, 19.4.1990, p. 22).