Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0693

    2014/693/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 29 ta' Settembru 2014 li taħtar membru Pollakk fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    ĠU L 289, 3.10.2014, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2015

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/693/oj

    3.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 289/21


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tad-29 ta' Settembru 2014

    li taħtar membru Pollakk fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    (2014/693/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-GvernPollakk,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fit-13 ta' Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015 (1).

    (2)

    Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Marzena MENDZA-DROZD, sar vakanti siġġu ta' membrufil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-Sur Michal Grzegorz MODRZEJEWSKI huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2015.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. GOZI


    (1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.


    Top