Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0471

2014/471/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill meħuda bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni, tas- 17 ta' Lulju 2014 li taħtar Membru tal-Kummissjoni Ewropea

ĠU L 212, 18.7.2014, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/471/oj

18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

meħuda bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni,

tas-17 ta' Lulju 2014

li taħtar Membru tal-Kummissjoni Ewropea

(2014/471/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fid-9 ta' Frar 2010, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni 2010/80/UE (2) dwar il-ħatra tal-Kummissjoni Ewropea għall-perijodu sal-31 ta' Ottubru 2014.

(2)

Fl-ittra bid-data tat-18 ta' Ġunju 2014, is-Sur José Manuel DURÃO BARROSO, President tal-Kummissjoni, informa lill-Kunsill li s-Sinjura Viviane REDING kienet irriżenjat mill-kariga tagħha bħala Membru tal-Kummissjoni b'effett mit-30 ta' Ġunju 2014.

(3)

F'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, post battal ikkawżat b'riżenja għandu jimtela għall-bqija tal-mandat tal-Membru minn Membru ġdid tal-istess nazzjonalità.

(4)

Għalhekk, għandu jinħatar Membru ġdid tal-Kummissjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bi qbil komuni mas-Sur José Manuel DURÃO BARROSO, il-President tal-Kummissjoni, il-Kunsill jaħtar lis-Sinjura Martine REICHERTS bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-31 ta' Ottubru 2014.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  Opinjoni tas-16 ta' Lulju 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 38,11.2.2010, p. 7.


Top