This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0406
2014/406/EU: Council Decision of 20 June 2014 abrogating Decision 2010/407/EU on the existence of an excessive deficit in Denmark
2014/406/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta' Ġunju 2014 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/407/UE dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fid-Danimarka
2014/406/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta' Ġunju 2014 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/407/UE dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fid-Danimarka
ĠU L 190, 28.6.2014, p. 71–72
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32010D0407 |
28.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190/71 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta' Ġunju 2014
li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/407/UE dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fid-Danimarka
(2014/406/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 126(12) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-13 ta' Lulju 2010, wara li saret rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kunsill iddeċieda, fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/407/UE (1), li fid-Danimarka kien jeżisti defiċit eċċessiv. Il-Kunsill innota li skont id-dejta rrappurtata mill-awtoritajiet tad-Danimarka f'April 2010, id-defiċit tal-amministrazzjoni ġenerali ppjanat għall-2010 kien 5,4 % tal-PDG, u għaldaqstant, 'il fuq mill-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG skont it-Trattat. Id-dejn gross tal-amministrazzjoni ġenerali kien mistenni li jkun 45,1 % tal-PDG fl-2010, ħafna 'l isfel mill-valur ta' referenza ta' 60 % tal-PDG skont it-Trattat. Id-defiċit tal-amministrazzjoni ġenerali għall-2010 ġie rrivedut sussegwentement għal 2,5 % tal-PDG, filwaqt li d-dejn gross tal-amministrazzjoni pubblika ġie rrivedut għal 42,8 % tal-PDG. |
(2) |
Fit-13 ta' Lulju 2010, skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (2), il-Kunsill, abbażi ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, bagħat Rakkomandazzjoni lid-Danimarka bil-għan li s-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sa mhux aktar tard mill-2013. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ġiet ippubblikata. |
(3) |
Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar il-proċedura ta' defiċit eċċessiv anness mat-Trattati, il-Kummissjoni tipprovdi d-dejta għall-implimentazzjoni ta' din il-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dejta dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern tagħhom kif ukoll dwar varjabbli assoċjati oħra darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta' April u qabel l-1 ta' Ottubru, skont Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 (3). |
(4) |
Meta jiġi biex jikkunsidra jekk deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandhiex tiġi revokata, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni abbażi tad-dejta notifikata. Barra minn hekk, deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha tiġi revokata biss jekk it-tbassir tal-Kummissjoni jindika li d-defiċit ma jkunx se jaqbeż il-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG skont it-Trattat matul il-perjodu ta' tbassir (4). |
(5) |
Abbażi tad-dejta pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 479/2009 wara n-notifika mid-Danimarka qabel l-1 ta' April 2014, u abbażi tat-tbassir tar-rebbiegħa tal-2014 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati:
|
(6) |
Mill-2014, li hija s-sena ta' wara dik li fiha saret il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, id-Danimarka hija soġġetta għall-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, u għandha żżomm il-bilanċ strutturali tagħha fl-objettiv fuq terminu medju tagħha jew 'il fuq minnha. |
(7) |
Skont l-Artikolu 126(12) tat-Trattat, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha tiġi revokata meta, fil-fehma tal-Kunsill, tkun saret korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru kkonċernat. |
(8) |
Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fid-Danimarka ġie kkoreġut u d-Deċiżjoni 2010/407/UE għalhekk għandha tiġi revokata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Minn valutazzjoni globali jsegwi li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv fid-Danimarka ġiet ikkoreġuta.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2010/407/UE hija b'dan revokata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
G. A. HARDOUVELIS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/407/UE tat-13 ta' Lulju 2010 dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv fid-Danimarka (ĠU L 189, 22.7.2010, p. 15).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1).
(4) B'konformità mal-“Ispeċifikazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-Linji Gwida dwar il-format u l-kontenut ta' Programmi ta' Stabbiltà u Konverġenza”, tat-3 ta' Settembru 2012. Ara: http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/sgp/pdf/coc/code_of_conduct_en.pdf