Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0185

    (2014/185/UE): Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 11 ta' Frar 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ għall-Asil

    ĠU L 102, 5.4.2014, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/185/oj

    5.4.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 102/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-11 ta' Frar 2014

    dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ għall-Asil

    (2014/185/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 74 u l-Artikolu 78(1) u (2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jistipula, li l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera bħala osservaturi. Minbarra dan, dak ir-Regolament jistipula li għandhom isiru arranġamenti li jispeċifikaw b'mod partikolari n-natura, il-grad u l-manjiera li fihom dawk il-pajjiżi għandhom jipparteċipaw fil-ħidma tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil.

    (2)

    Fis-27 ta' Jannar 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati għal Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (l-“Arranġament”). In-negozjati ġew konklużi b'suċċess bl-inizjazalar tal-Arranġament fit-28 ta' Ġunju 2013.

    (3)

    L-Arranġament għandu jiġi ffirmat.

    (4)

    Kif speċifikat fil-premessa 21 tar-Regolament (UE) Nru 439/2010, ir-Renju Unit u l-Irlanda qed jieħdu sehem f'dak ir-Regolament u huma marbuta bihHuma għandhom għalhekk jagħtu effett lill-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 439/2010 billi jieħdu sehem f'din id-Deċiżjoni. Ir-Renju Unit u l-Irlanda għalhekk qegħdin jieħdu sehem f'din id-Deċiżjoni.

    (5)

    Kif speċifikat fil-premessa 22 tar-Regolament (UE) Nru 439/2010, id-Danimarka mhix qed tieħdu sehem f'dak ir-Regolament u mhix marbuta bih. Id-Danimarka għalhekk mhux qed tieħu sehem f'din id-Deċiżjoni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ għall-Asil huwa b'dan awtorizzat, suġġett għall-konklużjoni tal-Arranġament imsemmi (2).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina persuna(i) bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw l-Arranġament f'isem l-Unjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-11 ta' Frar 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. VENIZELOS


    (1)  Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11).

    (2)  It-test tal-Arranġament ser jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konlużjoni tiegħu.


    Top