Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0162

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/162/UE tal- 11 ta’ Marzu 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2004/162/KE fir-rigward tal-implimentazzjoni tagħha fil-Majott mill- 1 ta’ Jannar 2014

    ĠU L 89, 25.3.2014, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/162/oj

    25.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 89/3


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/162/UE

    tal-11 ta’ Marzu 2014

    li temenda d-Deċiżjoni 2004/162/KE fir-rigward tal-implimentazzjoni tagħha fil-Majott mill-1 ta’ Jannar 2014

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE (2) tawtorizza lill-awtoritajiet Franċiżi jipprevedu eżenzjonijiet jew rati mnaqqsa tad-dazji tal-baċir fir-rigward ta’ prodotti maħduma lokalment fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi li huma elenkati fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni. Dawk l-eżenzjonijiet jew tnaqqis jikkostitwixxu miżuri speċifiċi mfassla biex jikkumpensaw id-diffikultajiet speċifiċi li jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi fejn l-effett tagħhom huwa li jżidu l-ispejjeż tal-produzzjoni għall-intrapriżi lokali u għalhekk il-prodotti tagħhom diffiċilment jistgħu jikkompetu mal-istess prodotti li joriġinaw fi Franza metropolitana u l-Istati Membri l-oħra. Il-Majott tinsab fl-istess sitwazzjoni bħar-reġjuni Franċiżi l-oħra ultraperiferiċi.

    (2)

    F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE (3), b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, il-Majott saret reġjun ultraperiferiku fis-sens tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Id-dritt tal-Unjoni għandu għalhekk ikun applikabbli għall-Majott minn dik id-data.

    (3)

    L-awtoritajiet Franċiżi talbu li d-Deċiżjoni 2004/162/KE tkun applikabbli għall-Majott b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, u ppreżentaw lista ta’ prodotti li għalihom jixtiequ japplikaw sistema ta’ tassazzjoni differenzjata, abbażi ta’ jekk il-prodotti humiex maħduma lokalment jew le.

    (4)

    Din id-Deċiżjoni għandha tawtorizza lill-awtoritajiet Franċiżi biex japplikaw sistema ta’ tassazzjoni differenzjata għall-prodotti li għalihom iġġustifikaw: li teżisti produzzjoni lokali; it-tieni, li importazzjoni sinifikanti ta’ beni (inkluż minn Franza metropolitana u Stati Membri oħra) li jistgħu jikkompromettu l-kontinwazzjoni tal-produzzjoni lokali; u t-tielet, li jeżistu spejjeż addizzjonali li jgħollu l-prezz tal-produzzjoni lokali meta mqabbel mal-prodotti maħduma x’imkien ieħor, u li jikkompromettu l-kompetittività tal-prodotti maħduma lokalment. Id-differenzjal fit-tassazzjoni awtorizzat m’għandux ikun iktar mill-ispejjeż addizzjonali ġġustifikati. L-applikazzjoni ta’ dawk il-prinċipji u l-konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni soċjali u ekonomika strutturali speċifika tal-Majott bħala reġjun ultraperiferiku ġdid, li hija aggravata eżattament bl-istess restrizzjonijiet speċjali li ġġustifikaw id-deroga fid-Deċiżjoni 2004/162/KE għar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi l-oħra f’konformità mal-Artikolu 349 TFUE jiġġustifikaw il-miżuri speċifiċi proposti għall-Majott mingħajr ma jmorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju u mingħajr ma joħolqu vantaġġ mhux ġustifikat għall-produzzjoni lokali f’dan ir-reġjun ultraperiferiku ġdid.

    (5)

    Il-prodotti li fir-rigward tagħhom l-awtoritajiet Franċiżi ressqu dawk it-tliet tipi ta’ ġustifikazzjonijiet huma elenkati fil-Partijiet A, B u C tal-Anness għad-Deċiżjoni 2004/162/KE. Il-prodotti kkonċernati elenkati fil-parti A ta’ dak l-Anness (differenzjal tat-tassazzjoni awtorizzat ta’ 10 punti perċentwali) huma l-bżar (il-prodotti 0904 11 u 0904 12 (4)), il-vanilja (0905), iċ-ċikkulata (1806), ċerti prodotti tal-materja plastika (3925 10 10, 3925 90 80, 3926 90 90 u 3926 90 97), il-briks (6901 u 6902) u l-proteżi dentali (9021 21 90).

    (6)

    Il-prodotti kkonċernati elenkati fil-parti B tal-Anness għad-Deċiżjoni 2004/162/KE (differenzjal tat-tassazzjoni awtorizzat ta’ 20 punti perċentwali) huma l-ħut (il-prodotti 0301, 0302, 0303, 0304 u 0305), ċertu xogħol tal-injam (4407, 4409, 4414, 4418, 4419, 4420 u 4421), ċertu xogħol tal-karta jew tal-kartun (4819 u 4821), ċerti prodotti tas-settur tal-istampa u tal-pubblikazzjoni (4902, 4909, 4910 u 4911), ċerti prodotti tal-ħġieġ ċatt (7003 u 7005), ċertu xogħol tal-ħadid (7210, 7301, 7312, 7314, 9406 00 31 u 9406 00 38), ċertu xogħol tal-aluminju (7606, 7610 10 u 8310) u ċerti siġġijiet (9401 69, 9401 90 30 u 9403 40).

    (7)

    Il-prodotti kkonċernati elenkati fil-parti C tal-Anness għad-Deċiżjoni 2004/162/KE (differenzjal tat-tassazzjoni awtorizzat ta’ 30 punti perċentwali) huma l-ħalib u l-prodotti magħmulin mill-ħalib (il-prodotti 0401, 0403 u 0406), ċerti prodotti pproċessati abbażi ta’ laħam (1601 u 1602), ċerti prodotti tal-laħam u tal-pastiċċerija (1901 u 1905), il-ġelati (2105), l-ilma minerali u s-soft drinks (2201 u 2202), il-birra (2203), ylang-ylang (3301 29 11 u 3301 29 31), is-sapun u d-deterġenti (3401 u 3402) u s-saqqijiet tal-foam (9404 29 90).

    (8)

    Għalhekk, id-Deċiżjoni 2004/162/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (9)

    Minħabba l-ħtieġa urġenti li l-Majott ikun jista’, bħala reġjun ultraperiferiku ġdid, jibbenefika mid-derogi introdotti b’din id-Deċiżjoni kemm jista’ jkun malajr, għandha ssir eċċezzjoni għall-perijodu ta’ tmien ġimgħat stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE.

    (10)

    Peress li l-Majott saret reġjun ultraperiferiku fl-1 ta’ Jannar 2014, u sabiex tiġi evitata kwalunkwe inċertezza legali, jinħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2004/162/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) jinbidel b’dan li ġej:

    “B’deroga mill-Artikoli 28, 30 u 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-awtoritajiet Franċiżi għandhom ikunu awtorizzati, sal-1 ta’ Lulju 2014, li jagħtu eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxa imsejħa ‘d-dazji tal-baċir’ fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Anness li huma maħduma lokalment fil-Gwadelup, il-Gujana, Martinique, il-Majott u Réunion bħala reġjuni ultraperiferiċi fis-sens tal-Artikolu 349 TFUE.”;

    (2)

    l-Anness huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt li ġej huwa miżjud fil-Parti A:

    “5.

    — il-Majott bħala reġjun ultraperiferiku

    0904 11, 0904 12, 0905, 1806, 3925 10 00, 3925 90 80, 3926 90 90, 3926 90 97, 6901, 6902, 9021 21 90.”;

    (b)

    il-punt li ġej huwa miżjud fil-Parti B:

    “5.

    — il-Majott bħala reġjun ultraperiferiku

    0301, 0302, 0303, 0304, 0305, 4407, 4409, 4414, 4418, 4419, 4420, 4421, 4819, 4821, 4902, 4909, 4910, 4911, 7003, 7005, 7210, 7301, 7312, 7314, 7606, 7610 10, 8310, 9401 69, 9401 90 30, 9403 40, 9406 00 31, 9406 00 38.”;

    (c)

    il-punt li ġej huwa miżjud fil-Parti C:

    “5.

    — il-Majott bħala reġjun ultraperiferiku

    0401, 0403, 0406, 1601, 1602, 1901, 1905, 2105, 2201, 2202, 2203, 3301 29 11, 3301 29 31, 3401, 3402, 9404 29 90.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. STOURNARAS


    (1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Frar 2014.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE tal-10 ta' Frar 2004 dwar l-iskema tad-dazji tal-baċir fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u li testendi l-perijodu ta’ validità tad-Deċiżjoni 89/688/KEE (ĠU L 52, 21.2.2004, p. 64).

    (3)  Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE tal-11 ta’ Lulju 2012 li temenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131).

    (4)  Skont il-klassifikazzjoni fin-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni.


    Top